Kummissjoni Ewropea > NGE > Falliment > Lussemburgu

L-aħħar aġġornament: 03-07-2006
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Falliment - Lussemburgu

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. L-aġġornament qed jitħejja bħalissa u jkun disponibbli fil-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


 

LISTA TAL- KONTENUT

1. X’inhuma t-tipi differenti ta’ proċeduri legali ta’ falliment u l-għanijiet tagħhom? 1.
1.a) Definizzjoni ta’ falliment 1.a)
1.b) Tipi ta’ proċeduri legali 1.b)
2. X’inhuma l-kundizzjonijiet għal kull tip ta’ proċedura ta’ falliment? 2.
2.a) Kundizzjonijiet sostantivi 2.a)
2.b) Pubbliċità 2.b)
3. X’inhu r-rwol tal-parteċipanti varji? 3.
3.a) Falliment 3.a)
3.b) Ftehim 3.b)
3.c) Differiment 3.c)
3.d) Tmexxija kkontrollata 3.d)
3.e) Ħlas kollettiv ta’ djun 3.e)
4. X’inhuma l-effetti tal-ftuħ tal-proċedura? 4.
5. X’inhuma r-regoli applikabbli għal ċerti kategoriji ta’ klejms? 5.
6. X’inhuma r-regolamenti relatati ma’ l-atti preġudizzjabbli? 6.
7. X’inhuma l-kundizzjonijiet għal preżentazzjoni u ammissjoni tal-klejms? 7.
8. X’inhuma r-regolamenti relatati mal-proċeduri ta’ riorganizzazzjoni? 8.
8.a) Ħlas kollettiv ta’ djun 8.a)
8.b) Tmexxija kkontrollata 8.b)
9. X’inhuma r-regolamenti relatati mal-proċedura ta’ likwidazzjoni? 9.
10. X’inhuma l-kundizzjonijiet għal għeluq tal-proċedura? 10.

 

1. X’inhuma t-tipi differenti ta’ proċeduri legali ta’ falliment u l-għanijiet tagħhom?

1.a) Definizzjoni ta’ falliment

Id-duttrina tal-Lussemburgu, ispirata mid-duttrina Belġjana, tiddefinixxi l-falliment bħala meta l-attiv ta’ debitur jiġi ssuperat mill-passiv tiegħu.

1.b) Tipi ta’ proċeduri legali

Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu jagħraf ħames proċeduri legali ta’ falliment. Tlieta minn dawn għandhom x’jaqsmu man-negozjanti waħdanin (individwu u persuna legali), oħra li hija miftuħa esklussivament għall-individwi mhux negozjanti.

L-aħħar waħda għandha x’taqsam esklussivament man-nutara (billi din hija speċifika għal kategorija professjonali, din ma tkunx ippreżentata fil-qafas ta’ dan il-fuljett).

Barra minn dawn il-proċeduri legali, fil-Liġi Kummerċjali tal-Lussemburgu teżisti proċedura speċifikata mill-Artikoli 593 u s-segwenti li tippermetti lin-negozjant li jikseb differiment ta’ ħlas f’ċerti kundizzjonijiet.

Il-proċedura ta’ tmexxija kkontrollata hija waħda li għandha x’taqsam mar-riorganizzazzjoni tan-negozju tan-negozjant li qiegħed jagħmel it-talba. Sadanittant, il-profitt minn din il-proċedura jista’ wkoll jintalab jekk in-negozjant jixtieq li tkun effettwata likwidazzjoni tajba ta’ l-attiv.

Il-proċedura ta’ falliment hija waħda li għandha x’taqsam mal-likwidazzjoni tal-patrimonju tan-negozjant li falla.

Il-ftehim preventiv ta’ falliment huwa proċedura miftuħa, b’ċerti kundizzjonijiet, għad-debitur li jissodisfa l-kundizzjonijiet tal-falliment. Jekk il-ftehim isir permezz ta’ ċediment ta’ attiv, il-proċedura, l-istess bħall-proċedura ta’ falliment, ikollha l-għan li tippermetti l-likwidazzjoni ta’ l-attiv tan-negozjant li ċeda l-attiv.

FuqFuq

Din il-proċedura hija totalment differenti mill-proċedura ta’ falliment minħabba l-fatt li n-negozjant jaħrab mill-effetti riżultanti mill-proċedura ta’ falliment.

Twaqqfet ukoll proċedura ta’ riorganizzazzjoni finanzjarja għan-nutara sabiex, meta l-klejm tagħhom tkun dgħajfa, tippermettilhom li jibbenefikaw minn sistema speċjali bil-ħsieb tar-riorganizzazzjoni tan-negozju tagħhom jew tal-likwidazzjoni tajba ta’ l-attiv tagħhom.

Il-proċedura ta’ ħlas kollettiv ta’ djun hija waħda miftuħa għall-individwi mhux negozjanti li jsibu ruħhom f’sitwazzjoni ta’ falliment. L-għan tagħha huwa li tippermetti lill-kwerelant li jirranġa s-sitwazzjoni finanzjarja tiegħu bit-twaqqif ta’ pjan għal ħlas tad-djun tiegħu.

2. X’inhuma l-kundizzjonijiet għal kull tip ta’ proċedura ta’ falliment?

2.a) Kundizzjonijiet sostantivi

Għat-tmexxija kkontrollata, il-kundizzjonijiet mitluba jirreferu għall-kwalità tal-kwerelant li qabel xejn irid ikun negozjant u jrid ikun ġenwin.

Il-klejm ta’ dan ta’ l-aħħar trid tkun dgħajfa.

Madankollu, minkejja din id-dgħufija ta’ klejm, irid ikun hemm possibbiltà ta’ riorganizzazzjoni ta’ l-attività b’tali mod li jonqos il-passiv.

Għall-proċedura ta’ falliment, barra l-kwalità bħala negozjant tad-debitur, il-kundizzjonijiet jirrikjedu li dan ta’ l-aħħar irid ikun waqqaf il-pagamenti tiegħu u jkun f’sitwazzjoni li taffettwa l-klejm b’mod ħażin.

Għall-proċedura ta’ ftehim, il-kundizzjonijiet huma l-istess bħal tal-falliment bid-differenza li d-debitur li qiegħed jagħmel it-talba jrid ikun xortih ħażina u jkun ġenwin (l-Artikolu 2 tal-Liġi ta’ l-14 t’April 1886 dwar il-ftehim preventiv ta’ falliment).

FuqFuq

Ikun possibbli għan-negozjant, li ma jkunx jista’, wara xi avvenimenti straordinarji, junura d-djun tiegħu, li jitlob differiment ta’ ħlas lill-qorti kummerċjali.

Dan jingħata biss sakemm is-sitwazzjoni tan-negozjant tinkludi elementi li jippermettu li l-bilanċ bejn l-attiv u l-passiv jiġi stabbilit mill-ġdid.

Il-proċedura għal ħlas kollettiv ta’ djun hija miftuħa għall-individwi mhux negozjanti sakemm dawn ma jkunux irranġaw il-falliment tagħhom u d-debitur li jitlob biex jibbenefika mill-proċedura jkun awtorizzat li joqgħod fil-Gran Dukat tal-Lussemburgu.

Il-proċeduri ta’ tmexxija kkontrollata (l-Artikolu 1 tad-Digriet Grandukali tal-25 ta’ Mejju 1935 li jagħlaq il-leġiżlazzjoni relatata mad-differiment ta’ ħlas, mal-ftehim preventiv ta’ falliment u mal-falliment permezz tat-twaqqif ta’ sistema tat-tmexxija kkontrollata), ta’ ftehim (l-Artikolu 3 tal-Liġi ta’ l-14 t’April 1886 dwar il-ftehim preventiv ta’ falliment), ta’ ħlas kollettiv ta’ djun fil-każ ta’ djun żejda (l-Artikolu 3 tal-Liġi tat-8 ta’ Diċembru 2000 dwar il-prevenzjoni ta’ djun żejda u li ġab fis-seħħ l-introduzzjoni ta’ proċedura ta’ ħlas kollettiv ta’ djun fil-każ ta’ djun żejda) u l-proċedura ta’ differiment ta’ ħlas jibdew jitħaddmu fuq talba ta’ l-uniku debitur.

Il-proċedura ta’ falliment, tista’ b’hekk tinfetaħ b’diversi modi.

Għalhekk il-liġi tobbliga lid-debitur fi stat ta’ falliment biex jieħu ġurament quddiem qorti kummerċjali kompetenti fit-territorju (l-Artikolu 440 tal-Kodiċi Kummerċjali).

Madankollu, l-Artikolu 442 tal-Kodiċi Kummerċjali jippermetti wkoll lill-kredituri ta’ negozjant li jiddikjarawh fallut.

FuqFuq

L-istess Artikolu jippermetti wkoll lill-qorti kummerċjali biex tiddikjara uffiċjalment il-falliment tan-negozjant (notevolment fil-każ ta’ falliment fil-proċedura ta’ ftehim preventiv ta’ falliment).

2.b) Pubbliċità

Miżuri ta’ pubbliċità ġew maħsuba fil-qasam ta’ proċeduri ta’ falliment, ta’ ftehim, ta’ differiment ta’ ħlas u ta’ tmexxija kkontrollata.

Dawn huma miżuri ta’ pubblikazzjoni permezz ta’ kartelluni u/jew permezz tal-mezzi ta’ l-istampa.

3. X’inhu r-rwol tal-parteċipanti varji?

3.a) Falliment

Bħall-proċeduri kollha speċifikati f’din il-preżentazzjoni u li jikkonċernaw in-negozjanti, il-kompetenza fil-qasam ta’ falliment taqa’ fuq il-qorti distrettwali li qiegħda fil-qasam kummerċjali kompetenti fit-territorju (minn hawn ’il quddiem “il-qorti kummerċjali”).

Hija din li se tippronunċja s-sentenza dikjaratorja ta’ falliment, tiddetermina d-data ta’ waqfien ta’ pagamenti, tinnomina lil dawk li se jintervjenu (riċevitur tal-qorti, kuratur), tiffissa d-data ta’ dikjarazzjoni ta’ kredituri u d-data għall-għeluq tar-rapport li jivverifika l-kredituri u tiddikjara l-għeluq tal-proċedura ta’ falliment.

L-amministrazzjoni tal-beni hija fdata lil kuratur innominat mill-qorti li jkun inkarigat li jillikwida l-beni tad-debitur u li jqassam il-profitt tal-likwidazzjoni tagħhom bejn il-kredituri differenti filwaqt li jirrispetta r-regolamenti relatati mal-privileġġi u d-drittijiet żgurati.

FuqFuq

Dan se jeżerċita l-funzjonijiet tiegħu taħt il-kontroll ta’ riċevitur innominat mill-qorti kummerċjali.

Mad-dikjarazzjoni tal-falliment, in-negozjant fallut jitneħħa mill-amministrazzjoni tal-beni tiegħu u ma jkunx jista’ jagħmel aktar pagamenti, ftehim u atti oħrajn bħal dawn.

3.b) Ftehim

Wara l-bidu tat-talba, il-qorti kummerċjali tiddelega wieħed mill-imħallfin tagħha biex jivverifika s-sitwazzjoni ta’ min qiegħed jagħmel it-talba u jistabbilixxi rapport.

Fuq il-bażi ta’ dan ir-rapport, il-qorti tista’ tikkonċedi perjodu sabiex tippermetti lin-negozjant iwettaq il-proposti ta’ ftehim tiegħu għall-kredituri tiegħu.

F’ħin aħħari, jista’ finalment jiddeċiedi jekk jirratifikax il-ftehim jew le.

Fil-qafas ta’ din il-proċedura l-qorti tinnomina wieħed mill-membri tagħha li jkollu l-missjoni li minn naħa jissottometti rapport dwar is-sitwazzjoni tad-debitur u minn naħa oħra, jissorvelja l-iżvilupp tajjeb ta’ l-operazzjonijiet ta’ ftehim.

Bħal fil-qafas tal-falliment, id-debitur ma jistax aktar iċedi, jipoteka jew jikkommetti ruħu mingħajr awtorizzazzjoni ta’ l-imħallef innominat (l-Artikolu 6 tal-Liġi ta’ l-14 ta’ April 1886).

3.c) Differiment

Il-qorti kummerċjali tinnomina riċevitur tal-qorti nkarigat biex jippreżentalha rapport dwar is-sitwazzjoni tad-debitur u tista’ tikkonċedi d-differiment ta’ ħlas. F’dan il-każ, din tinnomina wieħed jew għadd ta’ riċevituri li jkun(u) inkarigat(i) bil-kontroll ta’ l-operazzjonijiet tad-debitur sakemm idum id-differiment.

FuqFuq

Matul dan iż-żmien, id-debitur ma jistax aktar iċedi, jipoteka jew jikkommetti l-beni tiegħu.

3.d) Tmexxija kkontrollata

It-talba titressaq quddiem il-qorti kummerċjali distrettwali fejn jinsab l-istabbiliment prinċipali tan-negozjant jew l-uffiċċju fejn il-kumpanija kkonċernata hija reġistrata.

Jekk il-kundizzjonijiet jintlaħqu, il-qorti tinnomina wieħed mill-imħallfin tagħha biex jagħmel rapport dwar is-sitwazzjoni tan-negozjant.

Minn dak il-ħin, in-negozjant jitlef id-dritt li jiddisponi mill-beni tiegħu (ngħidu aħna billi jbigħhom, billi jirhanhom) ħlief jekk jirċievi l-garanzija miktuba ta’ l-imħallef innominat mill-qorti.

Meta r-rapport ikun sottomess, il-qorti tista’ tirrifjuta jew tilqa’ t-talba.

F’każ ta’ rifjut, tkun tista’, bl-istess sentenza, tiddikjara l-falliment tan-negozjant.

Fil-każ kuntrarju, it-tmexxija tal-patrimonju ta’ min qiegħed jagħmel it-talba titqiegħed taħt il-kontroll ta’ wieħed jew għadd ta’ riċevituri nnominati mill-qorti (ir-riċevituri mhux bilfors ikunu imħallfin tal-qorti) li jkunu jridu jagħmlu inventarju tal-beni tan-negozjant u joħorġu bilanċ biex jiddeterminaw l-istat tal-passiv u ta’ l-attiv ta’ dan.

Wara dan ifassal (ifasslu) proġett ta’ riorganizzazzjoni ta’ l-intrapriża jew proġett għat-titjib ta’ l-attiv.

Dan il-proġett imbagħad ikun ikkomunikat lill-kredituri tan-negozjant kif ukoll lid- debituri konġunti tiegħu u lill-garanti tiegħu.

Meta l-pjan jiġi sottomess, il-qorti tista’ tirrifjutah (allura tkun tista’ tiddikjara l-falliment tad-debitur) jew taċċettah (b’hekk il-pjan isir obbligatorju għan-negozjant, il-garanti u d-debituri konġunti ta’ dan għall-kredituri tiegħu).

FuqFuq

3.e) Ħlas kollettiv ta’ djun

Żewġ tipi ta’ istanzi jintervjenu skond kif ikun il-każ fil-qafas tal-fażi konvenzjonali jew ġudizzjarja.

Fl-ewwel każ, jintervjeni s-Servizz ta’ Informazzjoni u ta’ Konsulenza dwar id-dejn żejjed (is-“SIC”) li mbagħad imexxi l-fajl u jistabbilixxi, flimkien mad-debitur u l-kredituri tiegħu, proġett ta’ pjan ta’ rkupru.

Dan il-proġett, ladarba jiġi stabbilit, ikun sottomess lill-Kummissjoni ta’ Medjazzjoni li, min-naħa tagħha, tipproponi lill-partijiet interessati (debitur, kredituri) pjan ta’ rkupru li jkun jinkludi għadd ta’ miżuri li jvarjaw minn rapport sempliċi jew tqassim mill-ġdid tal-ħlas ta’ djun sa maħfriet parzjali jew totali ta’ djun.

Fil-każ li l-fażi konvenzjonali tfalli, tista’ tinbeda l-fażi ġurisdizzjonali.

Din tingħata bidu quddiem il-qorti tal-paċi fid-domiċilju tad-debitur.

Il-partijiet imbagħad jitressqu quddiem il-qorti tal-paċi li tista’ tesiġi li jagħtu d-dokumenti jew l-elementi kollha li jippermettu li jiġi stabbilit il-patrimonju tad-debitur (attiv u passiv).

Fuq il-bażi ta’ l-elementi li jkunu ġew sottomessi, il-qorti tiddeċiedi pjan ta’ rkupru li jkun jinkludi miżuri li jħallu lid-debitur jiffaċċja l-obbligi tiegħu.

Il-pjan ta’ rkupru deċiż mill-qorti jkollu żmien massimu ta’ seba’ snin u jista’ ma jibqax validu f’sensiela limitata ta’ każi (notevolment meta d-debitur ma jkunx irrispetta l-obbligi li kien inkarigat bihom mill-pjan ta’ rkupru).

4. X’inhuma l-effetti tal-ftuħ tal-proċedura?

Fil-proċeduri ta’ ftehim, ta’ falliment, ta’ differiment ta’ ħlas u ta’ tmexxija kkontrollata, l-atti ta’ attwazzjoni imposti fuq in-negozjant u l-beni tiegħu jiġu sospiżi. Mill-banda l-oħra, l-ebda wieħed mit-testi legali fis-seħħ fil-Gran Dukat ma jżomm lill-kredituri milli jagħmlu xi atti li jkollhom l-għan li jikkonservaw it-totalità tal-patrimonju tad-debitur tagħhom.

FuqFuq

Fil-proċeduri kollha, id-debitur ma jkunx jista’ aktar jiddisponi b’mod liberu mill-beni tiegħu.

F’ċerti każijiet, sadanittant, l-atti ta’ dispożizzjoni jkunu għad jistgħu jsiru jekk minflok tidher il-garanzija tal-persuna nnominata mill-qorti kummerċjali (fir-rigward ta’ differiment ta’ ħlas jew fir-rigward ta’ tmexxija kkontrollata).

Fir-rigward ta’ ħlas kollettiv ta’ djun, il-bidu tat-talba tad-debitur quddiem is-SIC tinvolvi f’kull dritt is-sospensjoni tal-mezzi ta’ attwazzjoni tal-beni tiegħu, ħlief għal dawk li jikkonċernaw l-obbligi ta’ manteniment (l-Artikolu 3 tal-Liġi tat-8 ta’ Diċembru 2000).

Fil-każ ta’ falliment tal-fażi konvenzjonali, il-qorti tal-paċi li quddiemha se titressaq il-fażi ġudizzjarja, tista’ tissospendi l-mezzi ta’ attwazzjoni taħt l-istess kundizzjonijiet li ssemmew qabel.

5. X’inhuma r-regoli applikabbli għal ċerti kategoriji ta’ klejms?

Fil-prinċipju l-proċeduri differenti speċifikati f’dan il-fuljett ma jtemmux il-kuntratti tad-debitur.

Madankollu, dan ir-regolament għandu xi eċċezzjonijiet fir-rigward ta’ falliment. Fil-fatt, fil-qafas tiegħu, id-deċiżjoni maħruġa mill-qorti li tiddikjara l-falliment ittemm il-kuntratti ta’ xogħol (l-Artikolu 30 tal-Liġi ta’ l-24 ta’ Mejju 1989 dwar il-kuntratt ta’ xogħol).

Il-proċeduri differenti msemmija ma jtemmux il-privileġġi tal-kredituri, ħlief il-proċedura ta’ ftehim.

Fil-fatt, il-parteċipazzjoni għall-vot dwar il-ftehim ittellef il-pożizzjoni ta’ kredituri privileġġjati għal dawk li se jibbenefikaw minn drittijiet żgurati (l-Artikolu 10 tal-Liġi ta’ l-14 ta’ April 1886).

FuqFuq

Fir-rigward ta’ falliment u ta’ tmexxija kkontrollata, ikun possibbli l-proċediment għall-kumpens ta’ żewġt idjun sakemm dawn ikunu likwidati u pagabbli qabel is-sentenza li tiddikjara l-falliment jew it-tmexxija kkontrollata jew id-djun jiġu konnessi u jekk dawn joħorġu mill-istess sors (il-Qorti Distrettwali tal-Lussemburgu, l-14 ta’ Mejju 1986, nru. 32046 tar-reġistru).

Il-kumpensi konvenzjonali jkunu nulli jekk ma jkunux milħuqa fil-każ ta’ fallimenti f’perjodu suspett.

Fir-rigward ta’ tmexxija kkontrollata, ta’ ftehim, ta’ differiment ta’ ħlas, tali kumpensi ma jkunux possibbli meta jiġu effettwati mill-mument meta d-debitur jitlef id-dispożizzjoni libera tad-drittijiet tiegħu u tal-beni tiegħu.

6. X’inhuma r-regolamenti relatati ma’ l-atti preġudizzjabbli?

Fil-proċeduri ta’ falliment, ta’ tmexxija kkontrollata, ta’ differiment ta’ ħlas u ta’ ftehim, id-debitur jitlef il-libertà li jwettaq ċerti tipi ta’ atti, notevolment, l-atti ta’ pagamenti.

Ħlief għall-falliment, l-interdizzjoni tkun valida biss jekk id-debitur ma jkunx irċieva l-garanzija tal-persuna nnominata mill-qorti.

Kull att imwettaq bi vjolazzjoni ta’ din l-interdizzjoni tkun annullata.

Barra minn hekk, fir-rigward ta’ falliment, ikun possibbli li l-qorti tannulla l-atti mwettqa mid-debitur matul il-perjodu suspett.

Il-perjodu suspett huwa definit bħala ż-żmien li jgħaddi mid-data meta d-debitur iwaqqaf il-pagamenti tiegħu. Matul dan il-perjodu l-atti kollha mwettqa mid-debitur jistgħu jiġu annullati. Jekk jiġu mwettqa suġġetti għal ħlas, ikun hemm bżonn li tiġi ppreżentata l-prova li l-kuntratturi konġunti tad-debitur kienu jafu li kien fi stat ta’ waqfien ta’ pagamenti.

FuqFuq

7. X’inhuma l-kundizzjonijiet għal preżentazzjoni u ammissjoni tal-klejms?

Fil-qafas tal-proċedura ta’ falliment, is-sentenza ta’ falliment tiġi ppubblikata minn mezzi differenti (l-istampa, daħla fil-qorti kummerċjali) sabiex tippermetti lill-kredituri tad-debitur fallut biex isiru jafu dwar is-sitwazzjoni u biex jippreżentaw ruħhom (l-Artikolu 472 tal-Kodiċi Kummerċjali).

Il-kredituri mbagħad iridu jagħmlu dikjarazzjoni ta’ klejm lill-Iskrivan tal-qorti kummerċjali u jiddepożitaw it-titoli ġustifikatorji tagħhom (l-Artikolu 496 tal-Kodiċi Kummerċjali).

Il-klejms jiġu vverifikati mill-kuratur inkarigat bil-likwidazzjoni tal-falliment u jista’ jirrifjutahom (l-Artikolu 500 tal-Kodiċi Kummerċjali).

Fir-rigward ta’ ftehim, id-debitur li għamel it-talba għal ftehim irid juri fir-rikjesta tiegħu l-identità u d-domiċilju tal-kredituri tiegħu kif ukoll l-ammont tal-klejms tagħhom (l-Artikolu 3 tal-Liġi ta’ l-14 ta’ April 1886).

In-notifika lill-kredituri ssir permezz ta’ ittra reġistrata (l-Artikolu 8 tal-Liġi ta’ l-14 ta’ April 1886). Din l-ittra tistedinhom biex jieħdu sehem fil-laqgħa ta’ ftehim.

Din it-taħrika tkun ippubblikata wkoll fil-mezzi ta’ l-istampa.

Matul il-laqgħa ta’ ftehim, il-kredituri jiddikjaraw l-ammont tal-klejms tagħhom.

Kif diġà ġie ppreċiżat, il-parteċipazzjoni għall-vot ittellef il-kwalità ta’ kredituri privileġġjati għall-kredituri kollha li għandhom dritt żgurat (l-Artikolu 10 tal-Liġi ta’ l-14 ta’ April 1886).

Fir-rigward ta’ differiment ta’ attwazzjoni, id-debitur ikun ugwalment marbut li jinkludi lista li jkollha l-isem tal-kredituri tiegħu, l-ammont tal-klejms tagħhom u d-domiċilju tagħhom.

FuqFuq

Il-kredituri jitħarrku permezz ta’ ittra reġistrata (l-Artikolu 596 tal-Kodiċi Kummerċjali) u tal-mezzi ta’ l-istampa.

Matul il-laqgħa li għaliha jkunu msejjħa, huma jridu jiddikjaraw l-ammont tal-klejms tagħhom (l-Artikolu 597 tal-Kodiċi Kummerċjali).

Fir-rigward ta’ tmexxija kkontrollata, ma jkunx hemm proċedura ta’ dikjarazzjoni ta’ klejm u ta’ ammissjoni. Id-debitur fit-talba tiegħu jindika lill-qorti l-identità tal-kredituri tiegħu.

Dawn ikunu avżati minn qabel mill-qorti dwar il-pjan ta’ riorganizzazzjoni jew tat-titjib ta’ l-attiv li jkun ġie stabbilit mir-riċevituri nnominati mill-qorti.

8. X’inhuma r-regolamenti relatati mal-proċeduri ta’ riorganizzazzjoni?

8.a) Ħlas kollettiv ta’ djun

Is-SIC imbagħad imexxi l-fajl u, flimkien mad-debitur u l-kredituri ta’ dan, jistabbilixxi proġett ta’ pjan ta’ rkupru.

Dan il-proġett, ladarba jiġi stabbilit, ikun sottomess lill-Kummissjoni ta’ Medjazzjoni li, min-naħa tagħha, tipproponi lill-partijiet interessati (debitur, kredituri) pjan ta’ rkupru li jkun jinkludi għadd ta’ miżuri li jvarjaw minn rapport sempliċi jew tqassim mill-ġdid tal-ħlas ta’ djun sa maħfriet parzjali jew totali ta’ djun.

Fil-każ ta’ ftehim dwar il-modi ta’ rkupru, il-pjan ikun iffirmat mill-partijiet kollha interessati u mill-President tal-Kummissjoni u jkun aċċettat. Ħlief għal xi eċċezzjonijiet, il-modalitajiet tiegħu ma jinbidlux.

Wara li jkunu għaddew sitt xhur mill-bidu tat-talba tad-debitur u l-ebda pjan ta’ rkupru ma jkun aċċettat, is-SIC tinforma lid-debitur bil-falliment tal-proċedura amikevoli.

FuqFuq

Fil-qafas tal-fażi ġudizzjarja, l-imħallef iwaqqaf pjan ta’ rkupru li jinkludi miżuri li jippermettu lid-debitur jiffaċċja l-obbligi tiegħu.

Il-pjan ta’ rkupru imwaqqaf mill-imħallef ikollu żmien massimu ta’ seba’ snin u jista’ jkun iddikjarat invalidu f’sensiela limitata ta’ każijiet (notevolment meta d-debitur ma jkunx irrispetta l-obbligi li jkun inkarigat bihom mill-pjan ta’ rkupru).

8.b) Tmexxija kkontrollata

Ir-riċevitur(i) jibda (jibdew) jiġbor (jiġbru) inventarju tal-beni tan-negozjant u joħroġ (joħorġu) bilanċ biex jiddetermina(w) l-istat tal-passiv u ta’ l-attiv ta’ dan.

Imbagħad jikkompila(w) proġett ta’ riorganizzazzjoni ta’ l-intrapriża jew proġett ta’ titjib ta’ l-attiv u ta’ tqassim ta’ dan.

Il-proġett ta’ tisrif ta’ propjetà jrid jirrispetta l-ordni riservata mil-liġi għall-privileġġi u għall-ipoteki.

Dan il-proġett imbagħad ikun ikkomunikat lill-kredituri tan-negozjant kif ukoll lid- debituri konġunti tiegħu u lill-garanti tiegħu.

Meta l-pjan ikun sottomess lill-qorti, din tista’ tirrifjutah (allura tista’ tiddikjara l-falliment tad-debitur) jew taċċettah (li b’hekk il-pjan isir obbligatorju għan-negozjant, il-garanti u d-debituri konġunti tiegħu għall-kredituri ta’ dan).

Madankollu tkun marbuta li tirrifjuta l-pjan jekk il-maġġoranza tal-kredituri topponi dan il-pjan (din il-maġġoranza trid tirrappreżenta ta’ bilfors 50% tal-massa totali tad-djun).

Jekk il-pjan ta’ riorganizzazzjoni jew tisrif ta’ proprjetà ta’ l-attiv ikun aċċettat, in-negozjant jingħata lura l-eżerċizzju liberu tad-drittijiet tiegħu.

FuqFuq

9. X’inhuma r-regolamenti relatati mal-proċedura ta’ likwidazzjoni?

Ir-regolamenti relatati mal-likwidazzjoni jikkonċernaw essenzjalment il-każ tal-likwidazzjoni ta’ l-attiv fil-każ ta’ falliment. Madankollu, il-liġi dwar il-ftehim tagħmel provvediment li, f’każ ta’ ftehim permezz ta’ rinunzja ta’ l-attiv, ir-regolamenti ta’ likwidazzjoni tal-falliment japplikaw.

F’każ ta’ falliment, il-kuratur jipproċedi bil-likwidazzjoni ta’ l-attiv tad-debitur u tal-passiv tiegħu. Huwa jipproċedi bil-bejgħ tal-beni differenti li tagħhom hu titulari l-fallut.

Imbagħad, il-kuratur ikun marbut li jistabbilixxi ordni ta’ preferenza tal-kredituri privileġġjati u l-bqija ta’ l-ammont li se jmur għand il-kredituri li m’għandhomx privileġġi jew drittijiet. Huwa wara jħarrek lill-partijiet kollha interessati għall-verifika tal-kontijiet u jippreżentalhom il-kontijiet tal-falliment.

Wara l-verifika tal-kontijiet, ikun jista’ jipproċedi bil-kumpens tal-kredituri filwaqt li jirrispetta l-ordni b’riżultat tal-minuti ta’ verifika tal-kontijiet stabbiliti minnu u ffirmati mir-riċevitur u mill-iskrivan tal-qorti kummerċjali.

10. X’inhuma l-kundizzjonijiet għal għeluq tal-proċedura?

Fil-każ ta’ falliment, meta l-pagamenti jkunu effettwati, il-kuratur jista’ jintroduċi talba ta’ l-għeluq li tkun segwita mis-sentenza ta’ għeluq li, kif jidher f’isimha, tagħlaq il-proċedura ta’ falliment.

Fir-rigward ta’ ftehim, ta’ differiment ta’ ħlas, ta’ tmexxija kkontrollata, id-deċiżjoni li biha l-qorti tagħti l-miżura meħtieġa tagħlaq il-proċedura.

Is-sentenza li tiddikjara l-falliment tista’ tagħmel żewġ tipi ta’ sanzjonijiet kontra d-debitur fallut: sanzjonijiet penali u sanzjonijiet ċivili.

Il-qorti tista’ tagħmel sanzjonijiet kontra d-debitur fallut, sanzjonijiet ċivili u penali.

Jekk il-qorti tinnota li l-falliment kien riżultat ta’ żbalji serji u karatteristiċi kommessi mill-fallut, din tista’ toħroġ interdizzjoni li ma tħallihx jeżerċita attività kummerċjali kemm jekk tkun diretta jew inkella bl-intervent ta’ persuna oħra. Din l-interdizzjoni tinkludi wkoll l-interdizzjoni li jeżerċita funzjoni li timplika poter ta’ deċiżjoni fi ħdan kumpanija.

Fost is-sanzjonijiet ċivili l-oħra, għall-fallimenti ta’ kumpaniji kummerċjali hemm il-possibbiltà li l-falliment ikun estiż għad-diretturi tagħha, il-possibbiltajiet ta’ azzjonijiet fuq il-bażi ta’ l-Artikoli 1382 u 1383 tal-Kodiċi Ċivili (responsabbiltà ta’ dritt komuni) u fuq il-bażi ta’ l-Artikoli 59 u 192 tal-Liġi dwar il-kumpaniji kummerċjali.

Jistgħu jittieħdu ugwalment sanzjonijiet penali (fallimenti) kontra l-fallut.

« Falliment - Informazzjoni Ġenerali | Lussemburgu - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 03-07-2006

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit