Kummissjoni Ewropea > NGE > Falliment > Latvja

L-aħħar aġġornament: 19-01-2007
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Falliment - Latvja

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. L-aġġornament qed jitħejja bħalissa u jkun disponibbli fil-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


 

LISTA TAL- KONTENUT

1. X’inhuma t-tipi u l-għanijiet differenti ta’ proċedimenti ta’ falliment? 1.
2. X’inhuma l-kondizzjonijiet biex jinfetaħ kull wieħed mit-tipi ta’ proċediment ta’ falliment? 2.
3. X’funzjoni għandhom id-diversi parteċipanti f’kull wieħed mit-tipi ta’ proċediment? 3.
4. X’inhuma l-effetti tal-ftuħ ta’ proċedimenti? 4.
5. X’inhuma r-regoli speċifiċi relatati ma’ ċerti kategoriji ta’ talbiet? 5.
6. X’inhuma r-regoli li jirrigwardaw l-atti ta’ detriment? 6.
7. X’inhuma l-kondizzjonijiet għall-preżentazzjoni u l-ammissjoni tat-talbiet? 7.
8. X’inhuma r-regoli dwar il-proċedura ta’ riorganizzazzjoni? 8.
9. X’inhuma r-regoli dwar il-proċeduri ta’ stralċ? 9.
10. X’inhuma l-kondizzjonijiet għat-tmiem tal-proċedimenti? 10.

 

1. X’inhuma t-tipi u l-għanijiet differenti ta’ proċedimenti ta’ falliment?

Skond il-leġiżlazzjonijiet nazzjonali l-falliment huwa l-istat li jkun fih id-debitur meta ma jkunx jista’ jħallas l-obbligi ta’ dejn tiegħu. Il-falliment jiġi ddeterminat b’sentenza tal-qorti.

Il-ftuħ ta’ proċedimenti ta’ falliment jista’ jirriżulta f’dan li ġej:

  1. restawrazzjoni – riżoluzzjoni ta’ stat ta’ falliment bit-twettiq ta’ miżuri ppjanati bl-iskop li jiġi evitat falliment possibbli ta’ debitur u li tirrestawra s-solvibbiltà u l-kapaċità li jiġu sodisfatti t-talbiet tal-kredituri;

    B’mod partikolari f’każ meta tittieħed deċiżjoni dwar restawrazzjoni, il-kredituri b’garanzija huma projbiti li jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom fuq il-proprjetà tad-debitur li sservi bħala garanzija għat-talbiet tagħhom, sakemm jiġi rrifjutat proġett ta’ restawrazzjoni, imma, jekk il-proġett ta’ restawrazzjoni jiġi adottat u approvat, - sa l-aħħar tar-restawrazzjoni jew it-tmiem tagħha.

  2. ftehim – riżoluzzjoni ta’ stat ta’ falliment bi ftehim bejn il-kredituri u d-debitur dwar il-ħarsien ta’ l-obbligi tad-debitur.

    B’mod partikolari f’każ ta’ ftehim, kredituri huma marbuta bit-termini u l-kondizzjonijiet tal-ftehim u għandhom jikkonformaw mal-ftehim anki jekk ikunu vvutaw kontra l-ftehim jew ma jkunux ħadu sehem fil-votazzjoni. Barra dan, il-laqgħa tal-kredituri tista’ ma tiddeċidix fuq ir-restawrazzjoni jew fuq il-bidu ta’ proċedimenti ta’ falliment sakemm ikun għadu fis-seħħ il-ftehim.

  3. falliment – riżoluzzjoni ta’ stat ta’ falliment li tillikwida l-assi tad-debitur u li tissodisfa t-talbiet tal-kredituri minn riżorsi li jkunu nkisbu waqt il-proċedimenti ta’ stralċ.

    Fil-Latvja ma jeżistux miżuri preventivi biex titjieb is-solvibbiltà qabel il-ftuħ ta’ proċedimenti ta’ falliment kif ukoll dwar ir-ristrutturazzjonijiet u r-riorganizzazzjonijiet informali.

    FuqFuq

2. X’inhuma l-kondizzjonijiet biex jinfetaħ kull wieħed mit-tipi ta’ proċediment ta’ falliment?

Il-kategoriji ta’ persuni li ġejjin jistgħu jiġu suġġetti għal proċedimenti ta’ falliment:

  1. l-intrapriżi u l-kumpaniji kollha rreġistrati fir-Reġistru ta’ l-Intrapriżi;
  2. l-intrapriżi ta’ l-Istat u tal-muniċipalitajiet u l-kumpaniji fil-perjodu ta’ tranżizzjoni.

Persuni fiżiċi ma jistgħux jiġu suġġetti għal proċedimenti ta’ falliment.

Il-persuni li ġejjin jistgħu jitolbu lil qorti biex tiftaħ proċedimenti ta’ falliment, billi jippreżentaw l-applikazzjoni rispettiva (l-applikazzjoni ta’ falliment):

  1. id-debitur jew il-likwidaturi ta’ debituri (kummissjonijiet ta’ likwidazzjoni);
  2. il-kredituri jew grupp ta’ kredituri;
  3. l-amministratur tal-każ ta’ falliment rispettiv;
  4. l-awtoritajiet ta’ l-Istat u tal-muniċipalitajiet kompetenti

Wara li d-debitur jiġi ddikjarat fallut, l-amministratur għandu jwettaq l-attivitajiet li ġejjin:

  1. fi żmien tliet ijiem minn meta d-debitur jiġi ddikjarat fallut, l-amministratur għandu jibgħat notifika u traskrizzjoni tas-sentenza tal-qorti lir-Reġistratur ta’ l-Intrapriżi English - latviešu valoda u lill-Uffiċċju tar-Reġistru ta’ l-Artijiet English - latviešu valoda, fejn tkun tinsab il-proprjetà immobbli, waqt li jindika fid-dokument anness ismu u kunjomu, il-post tan-negozju u n-numru tat-telefon.

    Ir-Reġistru ta’ l-Intrapriżi għandu jirreġistra l-informazzjoni li tkun intbagħtet skond il-proċeduri pprovduti fil-Liġi dwar ir-Reġistru ta’ l-Intrapriżi. Huwa d-dmir ta’ l-Uffiċċju tar-Reġistru ta’ l-Artijiet li jagħmel annotazzjoni fit-taqsima rilevanti tar-reġistru ta’ l-artijiet, skond il-Liġi dwar ir-Reġistru ta’ l-Artijiet, li s-sid ikun ġie ddikjarat fallut;

    FuqFuq

  2. fi żmien tliet ijiem minn meta d-debitur jiġi ddikjarat fallut l-amministratur għandu jibgħat in-notifika rispettiva għall-pubblikazzjoni fil-gazzetta uffiċjali “Latvijas Vēstnesis” latviešu valoda. L-amministratur għandu wkoll id-dritt li jibgħat in-notifika ta’ falliment għall-pubblikazzjoni f’gazzetti oħrajn.

3. X’funzjoni għandhom id-diversi parteċipanti f’kull wieħed mit-tipi ta’ proċediment?

It-talba għall-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment kontra d-debitur għandha tiġi eżaminata minn qorti reġjonali kompetenti fejn id-debitur ikollu l-indirizz reġistrat.

L-amministatur  huwa persuna maħtura minn qorti fuq il-bażi ta’ proposta mill-aġenzija ta’ l-Istat “L-amministrazzjoni tal-falliment”.

Tista’ tkun amministratur biss persuna fiżika li għandha edukazzjoni legali ogħla jew edukazzjoni ogħla fil-qasam ta’ l-ekonomija, tal-ġestjoni jew tal-finanzi, jew mhux inqas minn tliet snin esperjenza ta’ xogħol fl-istituzzjonijiet ta’ superviżjoni u awtoritajiet esekuttivi ta’ intrapriża jew kumpanija, u li ssodisfat ir-rekwiżiti għaċ-ċertifikazzjoni fl-ispeċjalizzazzjoni ta’ amministratur u li ngħatat ċertifikat mill-aġenzija ta’ l-Istat “l-Amministrazzjoni tal-falliment”.

L-amministratur għandu jassigura l-legalità u l-effikaċja tal-proċedimenti ta’ falliment; għandu jamministra u jassigura l-preservazzjoni tal-proprjetà tad-debitur sakemm jintemmu l-proċedimenti ta’ falliment.

FuqFuq

Wara li d-debitur jiġi ddikjarat fallut l-amministratur ikollu d-drittijiet li ġejjin:

  1. li jiddeċiedi jekk id-debitur ikomplix jopera b’mod sħiħ jew parzjali;
  2. li jgawdi d-drittijiet u s-setgħat kollha ta’ l-istituzzjonijiet amministrattivi mogħtija lilu mil-liġi, mill-istatuti tad-debitur jew mill-kuntratti.

Id-debitur huwa intrapriża jew kumpanija li ma tkunx f’qagħda li tħallas l-obbligi ta’ dejn tagħha. Ir-rappreżentanti tad-debitur huma azzjonisti tal-kapital tad-debitur, membri u uffiċjali ta’ istituzzjonijiet amministrattivi tad-debitur li għandhom id-dritt li jieħdu deċiżjonijiet dwar id-debitur jew li jirrappreżentaw lid-debitur skond l-istatuti jew il-kuntratti tad-debituri.

Ir-rappreżentanti tad-debituri għandhom l-obbligi li ġejjin:

  1. li jattendu għal-laqgħat kollha tal-kredituri u s-seduti tal-qorti kollha li jkunu ġew notifikati dwarhom, kif ukoll li jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa;
  2. li jinnotifikaw lill-amministratur, fi żmien tliet ijiem, bl-indirizz tar-residenza l-ġdida f’każ ta’ bdil fir-residenza tad-debitur matul il-proċedimenti ta’ falliment;
  3. li jipprovdu l-informazzjoni li tkun intalbet minn laqgħa ta’ l-amministratur u l-kredituri fi żmien ħmistax-il ġurnata mid-data li fiha tkun intbagħtet it-talba;
  4. li jippreżentaw applikazzjoni ta’ falliment lill-qorti.

Il-kreditur  huwa Stat, muniċipalità, persuna legali, persuna fiżika jew grupp ta’ persuni fiżiċi marbutin b’kuntratt, li jkollu jieħu mingħand id-debitur. Hemm żewġ kategoriji ta’ kredituri:

  1. kreditur mingħajr garanzija – kreditur li t-talba tiegħu mhix garantita b’rahan;
  2. kreditur bil-garanzija – kreditur li t-talba tiegħu hi garantita b’rahan pussessorju, b’rahan kummerċjali jew b’ipoteka rreġistrata fir-Reġistru ta’ l-Artijiet jew fir-Reġistru tal-Vapuri.

Il-kreditur għandu d-drittijiet li ġejjin:

FuqFuq

  1. li jieħu sehem f’laqgħa tal-kredituri;
  2. li jippreżenta applikazzjoni ta’ falliment lill-qorti;
  3. li jippreżenta lill-amministratur oġġezzjonijiet motivati dwar l-ammissibbiltà tat-talbiet ta’ kredituri oħrajn, ħlief talbiet deċiżi minn deċiżjonijiet tal-qorti li jkunu ġew fis-seħħ;
  4. li jappella lil qorti mid-deċiżjoni ta’ laqgħa ta’ kredituri b’mod parzjali dwar l-ammissibbiltà ta’ talba ta’ kreditur ieħor jew miċ-ċaħda tat-talba tiegħu;
  5. li jitlob li jsiru laqgħat regolari ta’ kredituri;
  6. kreditur bil-garanzija jista’ jagħti bidu għall-bejgħ tal-proprjetà ta’ debitur li tkun isservi bħala garanzija għat-talba tiegħu (proprjetà soġġetta għal rahan) wara li tkun ittieħdet riżoluzzjoni ta’ stat ta’ falliment (ftehim, restawrazzjoni jew falliment);
  7. li jitħallas għal dak li għandu jieħu.

Il-laqgħa tal-kredituri hija operazzjoni organizzata u kollettiva tal-kredituri. Hija għandha d-dritt li:

  1. taħtar il-kumitat tal-kredituri;
  2. tagħżel riżoluzzjoni ta’ l-istat ta’ falliment u tiddetermina d-dispożizzjonijiet bażiċi tagħha;
  3. teżamina u tadotta jew tirrifjuta l-proposti mibgħuta għar-riżoluzzjoni ta’ l-istat ta’ falliment (abbozz ta’ ftehim, proġett ta’ restawrazzjoni, deċiżjoni dwar il-falliment) u l-proċeduri għall-ħlas tad-djun fl-ordni ta’ prijorità ddeterminata mil-Liġi dwar il-Falliment ta’ l-Intrapriżi u tal-Kumpaniji;
  4. tiddeċiedi dwar l-ammont ta’ spejjeż għall-amministratur u l-proċeduri dwar il-ħlas tad-djun, kif ukoll tiddetermina t-tmiem tal-perjodu għar-riżoluzzjoni ta’ l-istat ta’ falliment.

Ġuriżdizzjoni fl-eżami ta’ l-ilmenti

FuqFuq

  1. L-ilmenti dwar id-deċiżjonijiet jew l-attivitajiet ta’ amministratur għandhom jiġu eżaminati mill-aġenzija ta’ l-Istat “L-amministrazzjoni ta’ falliment”, li għandha taċċerta l-opinjoni ta’ min jagħmel l-ilment u ta’ l-amministratur, il-konformità tagħha mal-liġijiet u għandha tipprova tirriżolvi konflitt, li jkun qam, jew tirrikonċilja l-partijiet. Il-qorti, li fiha jkunu nbdew il-proċedimenti ta’ falliment, għandha tiddeċiedi dwar l-ilmenti li jirrigwardaw id-deċiżjonijiet jew l-attivitajiet ta’ l-amministraturi, billi tirreferi għall-materjal ma’ l-ilment li jikkonċerna l-eżami tat-tilwima fl-“Amministrazzjoni ta’ falliment” ta’ l-aġenzija ta’ l-Istat.
  2. L-ilmenti dwar id-deċiżjonijiet jew l-attivitajiet ta’ persuni oħrajn involuti fil-proċedimenti ta’ falliment għandhom jiġu deċiżi mill-qorti li fiha jkunu nbdew il-proċedimenti ta’ falliment.
  3. Kull kreditur għandu d-dritt li jappella f’qorti mid-deċiżjoni ta’ laqgħa ta’ kredituri b’mod parzjali dwar l-ammissibbiltà ta’ talba ta’ kreditur ieħor jew dwar iċ-ċaħda tat-talba tiegħu. L-appell jista’ jiġi ppreżentat fi żmien ġimgħatejn mill-ġurnata tal-laqgħa tal-kredituri, imma jekk il-kreditur ma jkunx ipparteċipa fil-laqgħa, mill-ġurnata li fiha l-kreditur jiġi nnotifikat bid-deċiżjoni tal-laqgħa tal-kredituri.
  4. Kreditur jew grupp ta’ kredituri jistgħu jitolbu lil qorti tirrevoka deċiżjoni ta’ laqgħa ta’ kredituri dwar restawrazzjoni jekk din id-deċiżjoni tkun inkisbet permezz ta’ frodi jew theddid, jew b’riżultat ta’ żball.

4. X’inhuma l-effetti tal-ftuħ ta’ proċedimenti?

Mal-bidu ta’ proċedimenti ta’ falliment, kreditur huwa pprojbit milli jwettaq azzjonijiet individwali li bihom jistgħu jiġu ddanneġġjati l-interessi tal-kredituri in ġenerali. Drittijiet ta’ proprjetà miksubin mill-kredituri jew terzi persuni bħala riżultat ta’ l-azzjonijiet ta’ kredituri għandhom jiġu ddikjarati nulli u bla effett minn qorti fuq il-bażi ta’ talba mill-amministratur, debitur, kreditur ieħor jew grupp ta’ kredituri.

FuqFuq

Mal-ftuħ ta’ proċedimenti ta’ falliment amministratur għandu jassigura li l-frażi “maksātnespējīgais” (“fallut”) tintuża fir-rekwiżiti kollha tad-debitur.

Mal-ftuħ ta’ proċedimenti ta’ falliment id-debitur:

jitlef id-dritt li jiddisponi mill-proprjetà tiegħu;

tiġi sospiża l-operazzjoni ta’ l-istituzzjonijiet amministrattivi tad-debitur;

jitterminaw ż-żjieda fil-ħlas tal-multi minħabba pagamenti li jsiru tard u ż-żjieda fil-pagamenti ta’ l-interessi dwar it-talbiet kontra d-debitur;

jiġu sospiżi l-proċedimenti ċivili kontra d-debitur;

jitterminaw il-proċedimenti ta’ infurzar ta’ sentenzi għall-irkuprar ta’ l-arretrati.  

5. X’inhuma r-regoli speċifiċi relatati ma’ ċerti kategoriji ta’ talbiet?

Id-drittijiet tal-partijiet terzi huma mħarsa bil-mod li ġej:

  1. il-lista tal-proprjetà tad-debitur suġġetta għat-talbiet tal-kredituri m’għandhiex tinkludi proprjetà fil-pussess ta’ jew miżmuma mid-debitur, li tkun tappartjeni lil terzi persuni;
  2. l-amministratur għandu jassigura l-preservazzjoni tal-proprjetà li tkun tappartjeni lil terzi persuni sakemm tiġi trasferita lis-sid. L-amministratur għandu d-dritt li jirkupra mingħand terzi persuni dawk l-ispejjeż li jirriżultaw mill-manutenzjoni tal-proprjetà tagħhom;
  3. jekk proprjetà li tkun tappartjeni lil terzi persuni tkun ġiet trasferita qabel ma jiskadi ż-żmien li fih iridu jintbagħtu t-talbiet tal-kredituri, u s-sidien tal-proprjetà jkunu bagħtu t-talbiet tagħhom fiż-żmien stipulat, il-valur ta’ din il-proprjetà jrid jiġu rimborżat kollu kemm hu qabel ma jiġu sodisfatti talbiet oħrajn. L-ammont imħallas għandu jiġi rkuprat mingħand il-persuna li tkun responsabbli mit-trasferiment żbaljat tal-proprjetà tat-terza persuna.

Ir-rilaxx b’mod sħiħ jew parzjali mill-obbligi li jirrigwardaw debitur (talbiet jew djun) permezz tat-tpaċija mhuwiex permess.

FuqFuq

Kumpens għad-danni: 

  1. l-amministratur għandu responsabbiltà sħiħa għad-danni kkaġunati lill-kredituri minħabba n-nuqqas tiegħu jew tagħha;
  2. l-amministatur huwa responsabbli għad-danni kkaġunati mill-ispeċjalisti u l-assistenti mistiedna mill-amministratur, li jkunu qed jaġixxu skond l-awtorità tiegħu;
  3. jekk istituzzjoni kompetenti ta’ l-Istat jew ta’ muniċipalità tkun bagħtet applikazzjoni ta’ falliment li tkun infondata jew li tkun falza b’mod intenzjonali, id-danni li jsofri d-debitur għandhom jiġu kkumpensati mill-baġit ta’ l-Istat jew tal-muniċipalità rispettivament;
  4. f’każ ta’ restawrazzjoni għandu jkun hemm proġett ta’ restawrazzjoni li jindika l-kumpens li jrid jingħata lill-kredituri bil-garanzija dwar ir-restrizzjoni tad-drittijiet tagħhom matul ir-restawrazzjoni u l-proċeduri għall-ħlas ta’ dan il-kumpens;
  5. jekk il-proprjetà soġġetta għal rahan tinqered, jew il-valur tagħha jonqos waqt ir-restawrazzjoni, it-talba tal-kreditur bil-garanzija għandha tiġi koperta, skond il-valur tal-proprjetà soġġetta għal rahan jew sa l-ammont tat-tnaqqis fil-valur tagħha, mill-ispejjeż ta’ amministrazzjoni tal-proċedimenti ta’ falliment. It-tnaqqis fil-valur tal-proprjetà soġġetta għal rahan, kif jidher hawnhekk, ma japplikax għax-xedd u l-kedd naturali tal-proprjetà.

Terminazzjoni ta' kuntratti ta' l-impjieg:

Wara li d-debitur jiġi ddikjarat fallut, l-amministratur jista’ jittermina l-kuntratti ta’ l-impjieg ta’ l-impjegati li jaħdmu mad-debitur.

F’każ ta’ terminazzjoni ta’ kuntratti ta’ l-impjieg, l-impjegati li jitneħħew mill-impjieg jakkwistaw l-istatus ta’ kredituri:

FuqFuq

  1. sa l-ammont tas-salarju mhux imħallas u l-ħlasijiet relatati li ma jkunux ġew irċevuti;
  2. sa l-ammont tar-rimborż tad-danni li jikkonċernaw inċident jew marda fuq il-post tax-xogħol għall-perjodu kollu ta’ mingħajr ħlas, u sa l-ammont tal-ħlasijiet dovuti għall-perijodu ta’ tliet snin bil-quddiem lill-baġit speċjali dwar l-assigurazjoni soċjali ta’ l-Istat, jekk l-inċident fuq il-post tax-xogħol ikun ġara, jew il-marda tkun ittieħdet, qabel l-1 ta’ Jannar 1997.

 L-obbligi tal-kredituri:

  1. il-kreditur bil-garanzija għandu jikkoordina ma’ l-amministratur dwar id-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw l-irkant volontarju tal-proprjetà mobbli tad-debitur soġġetta għal rahan u l-prezz inizjali;
  2. jikkonformaw mat-termini u l-kondizzjonijiet tal-ftehim, irrispettivament mil-fatt jekk il-kreditur ikunx ivvota kontra l-ftehim jew ma jkunx ħa sehem fil-votazzjoni;
  3. f’każ ta’ restawrazzjoni l-kreditur bil-garanzija ma jistax jeżerċita d-drittijiet tiegħu dwar il-proprjetà tad-debitur li sservi bħala garanzija għat-talbiet tagħhom, sakemm il-proġett ta’ restawrazzjoni jiġi rifjutat, imma, jekk il-proġett ta’ restawrazzjoni jiġi adottat u approvat, sa l-aħħar tar-restawrazzjoni jew it-terminazzjoni tagħha.

Ir-regoli dwar il-prijoritajiet tal-kredituri:

  1. l-ewwelnett, l-ispejjeż amministrattivi tal-proċedimenti ta’ falliment iridu jkunu koperti kollha;
  2. wara li jiġu koperti l-ispejjeż amministrattivi, il-fondi li jibqgħu għandhom jitqassmu, l-ewwelnett, biex jiġu sodisfatti t-talbiet tal-kredituri prijoritarji (l-ammonti prinċipali tad-dejn biss mingħajr imgħax) fil-gruppi li ġejjin:
    1. ammonti dovuti lill-impjegati;
    2. pagamenti lil irziezet, produtturi individwali, kooperattivi u kumpaniji inkorporati għal dak li jirrigwarda prodotti agrikoli pprovduti lil intrapriżi ta’ pproċessar;
    3. ammonti dovuti għall-ħlas tad-djun tat-taxxa soċjali għal sena qabel il-bidu tal-proċedimenti ta’ falliment;
    4. ammonti dovuti lill-Istat dwar il-ħlas lura ta’ kreditu garantit mill-Istat;
    5. ammonti dovuti għall-ħlas lura ta’ djun ta’ taxxi u drittijiet oħrajn, inkluż id-dejn tat-taxxa soċjali li jibqa’, ħlief il-ħlas bin-nifs;
  3. it-tieninett, wara li jiġu sodisfatti l-ammonti dovuti lill-kredituri prijoritarji kif provdut, il-fondi li jibqgħu għandhom jitqassmu biex jiġu sodisfatti l-ammonti dovuti lill-kredituri li jibqgħu;
  4. l-ammonti dovuti lil kwalunkwe grupp sussegwenti ta’ kredituri għandhom jiġu sodisfatti biss wara li jiġu sodisfatti b’mod sħiħ l-ammonti dovuti lill-grupp preċedenti ta’ kredituri. Jekk il-fondi monetarji tad-debitur ma jkunux biżżejjed biex jissodisfaw b’mod sħiħ l-ammonti kollha dovuti lill-grupp wieħed ta’ kredituri, dawn l-ammonti għandhom jiġu sodisfatti skond il-proporzjon ta’ l-ammont li jkun dovut lil kwalunkwe kreditur fi ħdan dan il-grupp.

6. X’inhuma r-regoli li jirrigwardaw l-atti ta’ detriment?

Il-qorti tista’ tiddikjara nulli u bla effett it-tranżazzjonijiet li jirrigwardaw il-proprjetà immobbli bejn id-debitur u l-persuni terzi fiċ-ċirkustanzi li ġejjin:

FuqFuq

  1. ikunu ġew magħmula wara l-ġurnata li fiha tkun ġiet ippreżentata l-applikazzjoni ta’ falliment u d-debitur ikun għalhekk bl-intenzjoni kkaġuna d-danni lill-kredituri – indipendentement mill-fatt jekk il-persuna li magħha jew għan-nom tagħha tkun saret it-tranżazzjoni kinitx jew ma kinitx taf dwar l-ikkaġunar ta’ danni lill-kredituri;
  2. ikunu ġew magħmula fi żmien ħames snin qabel il-ġurnata li fiha jkun seħħ il-falliment, id-debitur ikun għalhekk bl-intenzjoni kkaġuna d-danni lill-kredituri u l-persuna li magħha jew għan-nom tagħha tkun saret it-tranżazzjoni kienet taf bl-ikkaġunar ta’ dawn id-danni;
  3. ikunu ġew magħmula fi żmien ħames snin qabel il-ġurnata li fiha jkun seħħ il-falliment, u dan ikun ġie determinat minn qorti li tkun qed tisma’ l-proċedimenti kriminali u d-debitur ikun twassal għall-falliment minħabba reat u l-persuna, li magħha jew għan-nom tagħha tkun saret it-tranżazzjoni, kienet taf b’dan ir-reat.

Jekk id-debitur ikun wettaq tranżazzjonijiet ma’ persuni interessati dwar id-debitur jew għall-benefiċċju ta’ dawn il-persuni u jekk minħabba dawn it-tranżazzjonijiet il-kredituri jkunu sofrew danni, għandu jiġi preżunt li dawn il-persuni kienu jafu bl-ikkaġunar tad-danni, sakemm ma jippruvawx mod ieħor.

Jekk it-tranżazzjonijiet, li minħabba fihom ikunu ġew ikkaġunati d-danni lill-kredituri, ikunu saru wara l-ġurnata meta jkun seħħ il-falliment jew fi żmien xahar qabel il-ġurnata li fiha jkun seħħ il-falliment, għandu jitqies li d-debitur għamel danni b’mod intenzjonali lill-interessi tal-kredituri, sakemm ma jippruvax mod ieħor.

7. X’inhuma l-kondizzjonijiet għall-preżentazzjoni u l-ammissjoni tat-talbiet?

L-amministratur jissottometti avviż għall-pubblikazzjoni fil-gazzetta uffiċjali “Latvijas Vēstnesis.” latviešu valoda L-avviż jinkludi stedina lill-kredituri biex jissottomettu t-talbiet tagħhom kontra debitur, il-post u l-ħin li fihom dawn is-sottomissjonijiet iridu jiġu rċevuti u l-konsegwenzi tad-dewmien.

FuqFuq

It-talbiet tal-kredituri kontra debitur għandhom jintbagħtu lill-amministratur fi żmien tliet xhur mill-ġurnata li fiha tiġi ppublikata n-notifika ta’ falliment tad-debitur fil-gazzetta uffiċjali “Latvijas Vēstnesis” jekk qorti ma tkunx speċifikat perijodu ta’ żmien iktar qasir. Persuni li jilħqu l-istatus ta’ kredituri wara t-tmiem ta’ dan il-perijodu ta’ żmien għandhom jissottomettu t-talbiet tagħhom lill-amministratur qabel id-determinazzjoni tal-proċeduri għall-ħlas ta’ l-ispejjeż u djun amministrattivi.

Amministratur għandu jikkompila t-talbiet tal-kredituri li jkunu ntbagħtu u li jkunu riflessi fil-kontabbiltà tad-debitur, u jipprepara lista tat-talbiet tal-kredituri bil-garanzija, lista tat-talbiet tal-kredituri mingħajr garanzija, waqt li jindika l-ammont ta’ kull talba. Fil-lista tat-talbiet tal-kredituri mingħajr garanzija, l-amministratur għandu jindika n-numru ta’ voti ta’ kull kreditur mingħajr garanzija li jikkorrispondi għall-ammont tat-talba għall-ewwel laqgħa tal-kredituri.

L-amministratur għandu jaggruppa t-talbiet tal-kredituri f’sekwenza rispettiva għall-ħlas tad-djun, jivverifika li t-talbiet jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-liġi u, jekk ikun meħtieġ, jitlob informazzjoni u dokumenti mingħand min jagħmel it-talba. L-amministratur jiddeċiedi dwar l-ammissibbiltà jew iċ-ċaħda tat-talba tal-kreditur. L-amministratur ma jistax jiċħad talbiet ta’ kredituri rikonoxxuti minn deċiżjoni ta’ qorti li tkun ġiet fis-seħħ.

Wara li jkun ivverifika l-bażi għat-talbiet tal-kredituri bil-garanzija, l-amministratur għandu jeskludi mil-lista ta’ proprjetà għall-irkupru tat-talbiet tal-kredituri dik il-proprjetà li tkun ingħatat b’rahan bħala garanzija għal dawn it-talbiet.

FuqFuq

8. X’inhuma r-regoli dwar il-proċedura ta’ riorganizzazzjoni? 

Ma teżistix proċedura ta’ riorganizzazzjoni ta’ qabel il-falliment fil-Latvja.

9. X’inhuma r-regoli dwar il-proċeduri ta’ stralċ?

L-iskop prinċipali tal-proċedimenti ta’ falliment huwa li safejn hu possibbli jiġu sodisfatti t-talbiet tal-kredituri billi jinkiseb l-akbar dħul possibbli mil-likwidazzjoni tal-proprjetà tad-debitur. Il-bejgħ ta’ l-assi tad-debitur għandu jsir permezz ta’ irkantijiet pubbliċi organizzati mill-amministratur. F’każijiet individwali l-amministratur jista’, bil-kunsens mogħti minn laqgħa tal-kredituri, jutilizza għamliet oħra ta’ aljenazzjoni tal-proprjetà mobbli tad-debitur.

10. X’inhuma l-kondizzjonijiet għat-tmiem tal-proċedimenti?

Qorti tittermina l-proċedimenti ta’ falliment fuq il-bażi ta’ applikazzjoni mibgħuta mill-amministratur jekk tkun teżisti waħda miċ-ċirkustanzi li ġejjin:

  1. id-debitur ikun wettaq l-obbligi kollha tiegħu;
  2. id-debitur ikun wettaq dawk l-obbligi kollha li jkun skadilhom iż-żmiem biex jitwettqu, u wara t-twettiq ta’ dawn l-obbligi l-assi tad-debitur ikunu jeċċedu l-ammont ta’ djun li jkun baqa’;
  3. l-ebda kreditur ma jkun applika sa l-aħħar tal-perijodu ta’ żmien avżat;
  4. il-proċedimenti ta’ falliment ikunu ġew ikkompletati.

Il-konsegwenzi tat-tmiem tal-proċedimenti ta’ falliment:

  1. jekk il-proċedimenti ta’ falliment jinġiebu fit-tmiem minħabba t-tiġdid tas-solvibbiltà attwali ta’ debitur, is-setgħat ta’ amministratur jitterminaw, fil-proċedimenti ta’ falliment rilevanti, jiġġeddu d-drittijiet tad-debitur li jippossjedi u jamministra l-proprjetà tiegħu, kif ukoll il-funzjonament tal-korpi amministrattivi tad-debitur;
  2. jekk il-proċedimenti ta’ falliment jiġu terminati minħabba l-falliment ta’ debitur, is-setgħat ta’ l-amministratur jiġu terminati meta qorti tkun iddeċidiet dwar it-terminazzjoni tal-proċedimenti ta’ falliment.

Aktar tagħrif

  • Il-Portal tal-Qrati tal-Latvja latviešu valoda 
  • Gwida tal-Liġi tal-Latvja English 
  • Tulkošanas un terminoloğijas centrs English - latviešu valoda 
  • Latvijas Republikas Tieslietu Ministrija English - latviešu valoda 
  • Maksātnespējas administrācija English - latviešu valoda
  • Latvijas Republikas uznēmumu Registrs English - latviešu valoda 
  • Zemesgramata English - latviešu valoda 
  • Latvijas Vēstnesis latviešu valoda

« Falliment - Informazzjoni Ġenerali | Latvja - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 19-01-2007

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit