Kummissjoni Ewropea > NGE > Falliment > Irlanda

L-aħħar aġġornament: 30-06-2006
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Falliment - Irlanda

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. L-aġġornament qed jitħejja bħalissa u jkun disponibbli fil-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


 

LISTA TAL- KONTENUT

1. X’inhuma it-tipi differenti u l-għanijiet tal-proċeduri tal-falliment? 1.
2. X’inhuma l-kondizzjonijiet biex jinbeda kull tip ta’ proċedura tal-falliment? 2.
3. X’inhu ir-rwol tad-diversi parteċipanti f’kull tip ta’ proċedura? 3.
4. X’inhuma l-effetti tal-bidu tal-proċeduri? 4.
5. X’inhuma r-regoli speċifiċi relatati ma’ ċerti kategoriji ta’ talbiet? 5.
6. X’inhuma r-regoli dwar l-atti ta’ detriment? 6.
7. X’inhuma l-kondizzjonijiet għall-preżentazzjoni u l-ammissjoni tat-talbiet? 7.
8. X’inhuma ir-regoli dwar ir-riorganizzazzjoni tal-proċeduri? 8.
9. X’inhuma r-regoli dwar il-proċedura ta’ l-istralċ? 9.
10. X’inhuma l-kondizzjonijiet għall-għeluq tal-proċedura? 10.

 

1. X’inhuma it-tipi differenti u l-għanijiet tal-proċeduri tal-falliment?

Definizzjoni: “Il-Falliment huwa liġi għall-benefiċċju u l-ħlas tal-Kredituri u d-debituri tagħhom, f’każijiet meta d-debituri ma jistgħux jew ma jridux iħallsu d-djun tagħhom”

- Re Reiman 20 Fed Cas 490 (1874)

Il-Liġi tal-Falliment tapplika biss għad-debituri li huma individwi. Tinsab fl-Att dwar il-Falliment, ta’ l-1988. Biex ikun iddikjarat Fallut id-Debitur irid ikun ikkommetta “att ta’ Falliment”. Dawn huma definiti fl-Artikolu 7 subartikolu (1) ta’ l-Att. L-att tal-Falliment l-aktar iċċitat ta’ spiss fil-proċeduri tal-Falliment huwal-Artikolu 7(1) (f) li jipprovdi li debitur ikkommetta att ta’ Falliment

“jekk l-eżekuzzjoni kontrih saret bil-qbid ta’ l-oġġetti tiegħu skond ordni ta’ xi qorti jew jekk saret riferta li ma jkunux inġabru oġġetti mix-xeriff jew reġistratur tal-kontea kemm bil-kontrofirma fuq l-ordni jew b’mod ieħor”

Proċeduri ta’ qabel il-falliment:

  1. Ċitazzjoni tal-Falliment

    Din titlob il-ħlas tas-somma dovuta fi żmien 14-il ġurnata li fin-nuqqas li jsir hekk id-debitur ikun ikkommetta att ta’ Falliment (L-artikolu 7 (1) (g))

  2. Petizzjoni għall-arranġament

    Id-debitur jista’ Jitlob lill-Qorti tagħtih il-protezzjoni mill-proċeduri ta’ Falliment biex ikun jista’ jagħmel offerta ta’ tranżazzjoni lill-kredituri tiegħu. Jekk l-offerta tkun aċċettata minn tlieta minn ħamsa fin-numru u l-valur tal-kredituri tiegħu u approvata mill-Qorti din torbot lill-kredituri tiegħu kollha. Jekk l-offerta ma tkunx aċċettata jew approvata mill-Qorti dina stess tista’ tiddikjara d-debitur Fallut.

    FuqFuq

Proċeduri Formali tal-Falliment:

Dawn jimxu permezz ta’ Petizzjoni (li trid toħroġ fi żmien tliet xhur mit-twettiq ta’ l-att ta’ Falliment) bbażata fuq l-Affidavit.

Il-Petizzjoni, l-Affidavit u forom oħra meħtieġa fil-proċeduri tal-Falliment jistgħu jinstabu fl-appendiċi O tar-Regoli ta’ l-Istrument Statutorju tal-Qrati Superjuri Nru 79 ta’ l-1989

2. X’inhuma l-kondizzjonijiet biex jinbeda kull tip ta’ proċedura tal-falliment?

Kondizzjonijiet Sostantivi:

It-twettiq ta’ Att ta’ Falliment kif mfisser fl-Artikolu 7 (1) ta’ l-Att dwar il-Falliment ta’ l-1988

Id-dejn irid ikun ammont likwidat ta’ mhux anqas minn €2,000-00

Hemm kondizzjonijiet dwar id-domiċilju/ir-residenza ġewwa l-Istat (l-Artikolu 11 ta’ l-Att)

Min jista’ jitlob il-bidu tal-proċeduri tal-Falliment?

Kreditur

Id-Debitur

Ir-Rekwiżiti tal-Pubbliċità:

Il-Petizzjoni għandha tkun innotifikata personalment lid-Debitur.

Jekk id-debitur ikun ddikjarat Fallut l-avviż tad-Dikjarazzjoni għandu jkun ippubblikat fl-Iris Ofigiuil (il-Gazzetta Uffiċjali) Gazzetta ta’ Kuljum Nazzjonali, u meta japplika, Gazzetta ta’ Kuljum Lokali.

3. X’inhu ir-rwol tad-diversi parteċipanti f’kull tip ta’ proċedura?

Il-Qorti

Il-Qorti biss tista’ tiddikjara li xi ħadd huwa Fallut

Għall-finijiet prattiċi, il-passi kollha fil-Falliment jeħtieġu l-approvazzjoni tal-Qorti.

FuqFuq

Iċ-Ċessjonarju Uffiċjali fil-Falliment

Meta xi ħadd ikun iddikjarat Fallut il-proprjetà tiegħu tinżamm miċ-Ċessjonarju Uffiċjali fil-Falliment. Iċ-Ċessjonarju Uffiċjali fil-Falliment jieħu ħsieb, bla ħsara għall-approvazzjoni tal-Qorti (l-Artikolu 61 (7)), ta’ l-aspetti prattiċi tat-tmexxija ta’ kuljum tal-Falliment – bħal bejgħ ta’ l-assi tal-Fallut u jiċċertifika lill-Qorti min huma l-kredituri tal-Fallut għall-finijiet tal-Liġi Irlandiża dwar il-Falliment. Il-poteri, id-dmirijiet u l-funzjonijiet taċ-Ċessjonarju Uffiċjali huma stabbiliti fil-parti III ta’ l-Att dwar il-Falliment ta’ l-1988.

Id-Dimirijiet tad-Debitur

Fost dmirijiet oħrajn, il-Fallut huwa meħtieġ li jiżvela l-proprjetà kollha lill-qorti; li jikkonsenja liċ-Ċessjonarju Uffiċjali l-proprjetà kollha fil-kustodja jew kontroll tiegħu jew tagħha; li jikkonsenja liċ-Ċessjonarju Uffiċjali l-kotba u d-dokumenti kollha dwar il-patrimonju tiegħu jew tagħha.

l-Artikolu 123 ta’ l-Att dwar il-Falliment ta’ l-1988 jistabbilixxi 16-il reat separat li jistgħu jitwettqu minn Fallut li kollha jaqgħu taħt l-intestatura wiesgħa ta’ nuqqas ta’ kooperazzjoni mal-Qorti fl-amministrazzjoni tal-patrimonju tal-Fallut.

4. X’inhuma l-effetti tal-bidu tal-proċeduri?

Definizzjoni ta’ Assi

““Proprjetà” tinkludi flus, oġġetti,  things in action (drittijiet eżegwibbli legalment), l-art u kull deskrizzjoni ta’ proprjetà, kemm reali jew personali u kemm jekk jinsabu fl-Istat jew x’imkien ieħor; kif ukoll obbligi, is-servitujiet, u kull deskrizzjoni ta’ patrimonju, interess, u profitt, preżenti jew futur, kweżit jew kontinġenti, minħabba jew inċidentali għall-proprjetà kif definit fuq.”

FuqFuq

- L-Artikolu 3 ta’ l-Att dwar il-Falliment ta’ l-1988.

Natura tat-Tneħħija tal-Proprjetà mingħand id-Debitur

Il-proprjetà tad-Debitur tinżamm miċ-Ċessjonarju Uffiċjali mad-dikjarazzjoni – l-artikolu 44 (1) ta’ l-Att.

5. X’inhuma r-regoli speċifiċi relatati ma’ ċerti kategoriji ta’ talbiet?

Kategoriji ta’ Talbiet li jkunu ppreżentati

  1. Talbiet Preferenzjali
  2. Talbiet Mhux Preferenzjali

Id-diversi talbiet f’kull waħda mill-kategoriji ta’ hawn fuq jiġu pari passu bejniethom.

It-talbiet Preferenzjali, b’mod ġenerali, jinkludi r-rati tal-komun, it-taxxi u l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali. Huma stabbiliti fid-dettall fl-Artikolu 81 et seq. ta’ l-Att. Għandu jkun innotat li l-ispejjeż tal-Falliment jiġu qabel bħala prijorità fuq it-talbiet kollha bis-saħħa ta’ l-Artikolu 80 ta’ l-Att .

Drittjiet ta’ Terzi

Dawn huma aktarx limitati u huma regolati fit-taqsima III ta’ l-Att. Issir referenza partikolari għall-proprjetà miżmuma mill-Fallut bħala Trustee u hemm ċerti limitazzjonijiet fuq is-setgħat taċ-Ċessjonarju Uffiċjali fir-rigward tal-copyright (dritt ta’ l-awtur).

6. X’inhuma r-regoli dwar l-atti ta’ detriment?

l-Annullament tal-Falliment

L-Artikolu 16 ta’ l-Att jistabbilixxi proċedura fejn il-Fallut jista’ "jagħti prova" kontra l-validità ta’ l-Ordni ta’ Dikjarazzjoni tal-Falliment. Li tagħti prova bażikament tikkonsisti li tistqarr għas-sodisfazzjoni tal-Qorti li rekwiżit wieħed jew iżjed stabbiliti fl-intestatura “Kondizzjonijiet Sostantivi” fid-Domanda 2. ta’ hawn fuq ma tħarsux. Jekk il-Fallut jirrexxielu jagħti prova l-Qorti hija meħtieġa li tannulla l-Falliment. Jekk il-Fallut jonqos f'rikors li jagħti din il-prova hemm dritt ta' appell lill-Qorti Suprema.

FuqFuq

7. X’inhuma l-kondizzjonijiet għall-preżentazzjoni u l-ammissjoni tat-talbiet?

Il-Preżentazzjoni u l-Ammissjoni tat-Talbiet:

Dan huwa regolat fl-ewwel skeda (twila) ta’ l-Att dwar il-Falliment.

Il-Kredituri biss li jipprovaw it-talbiet tagħhom fil-Falliment jistgħu jaqsmu xi dividend. Iċ-Ċessjonarju Uffiċjali jista’ jiffissa żmien li fih iridu jintbagħtu t-talbiet. Il-Prova tad-Debitu tista' tingħata bħala prospett dettaljat ta’ rendikont, affidavit tad-dejn jew xi mezz ieħor preskritt.

8. X’inhuma ir-regoli dwar ir-riorganizzazzjoni tal-proċeduri?

Mhux rilevanti għall-Falliment ħlief għall-Petizzjoni għall-Arranġament imsemmi hawn taħt “Proċeduri ta’ qabel il-falliment” fid-domanda 1. ta’ hawn fuq.

9. X’inhuma r-regoli dwar il-proċedura ta’ l-istralċ?

L-istralċ fil-Liġi Irlandiża hija kelma teknika li għandha x’taqsam ma’ l-Istralċ ta’ Kumpaniji u għalhekk mhux rilevanti għall-Falliment. Tisrif fi flus ta’ l-assi u d-distribuzzjoni tad-dħul fil-Falliment huma regolati fit-taqsima III ta’ l-Att dwar il-Falliment ta’ l-1988 diġà msemmi.

10. X’inhuma l-kondizzjonijiet għall-għeluq tal-proċedura?

Biex wieħed jinħeles mill-Falliment:

  1. Il-Fallut irid iħallas id-djun u l-ispejjeż flimkien ma’ l-imgħax – L-Artikolu 85 (3)(a)(i) jew
  2. Il-Fallut irid iħallas id-djun u l-ispejjeż u t-talbiet preferenzjali u jikseb il-kunsens tal-kredituri kollha – l-Artikolu 85 (3) (a) (ii) jew
  3. Il-patrimonju tal-Fallut irid ikun imsarraf kollu fi flus, l-ispejjeż kollha u t-talbiet preferenzjali għandhom jitħallsu u l-kredituri jitħallsu 50 ċenteżmu fl-Euro – l-Artikolu 85 (4) (a) jew
  4. Il-patrimonju tal-Fallut irid ikun imsarraf kollu fi flus, l-ispejjeż kollha u t-talbiet preferenzjali għandhom jitħallsu, irid ikun tħallas dividend u l-Fallut u/jew il-ħbieb għandhom iħallsu dik is-somma lill-kredituri li meta magħduda mad-dividend tammonta għall-50 ċenteżmu fl-Euro – l-Artikolu 85 (4) (b) jew
  5. Il-patrimonju tal-Fallut irid ikun imsarraf kollu fi flus, l-ispejjeż kollha u t-talbiet preferenzjali għandhom ikunu mħallsin, il-proprjetà kollha akkwistata wara l-ordni tad-dikjarazzjoni trid tkun żvelata, il-Falliment ikun dam għal 12-il sena u il-Qorti trid tkun persważa li huwa raġonevoli u xieraq li jkun rijabilitat mill- Falliment – l-Artikolu 85 (4) (c)

L-istigma

Fallut li ma jkunx inħeles mill-Falliment isofri ċerti disabilitajiet statutorji per eżempju ma jkunx jistax iħaddem Kont Bankarju; ikun projbit milli jkun Direttur ta’ Kumpanija jew b’xi mod ikollu x’jaqsam mat-tmexxija ta’ kumpanija – l-Att dwar il-Kumpaniji ta’ l-1963 l-Artikolu 183; ikun ipprojbit milli jkun membru tal-Parlament jew ta’ awtorità lokali.

Meta jinħeles, kull proprjetà li tibqa’ f’idejn iċ-Ċessjonarju Uffiċjali awtomatikament tmur lura f’idejn il-Fallut rijabilitat. Fallut rijabilitat jista’ jistabbilixxi negozju bl-istess mod bħal ħaddieħor.

Fil-livell kummerċjali Fallut rijabilitat presumibbilment ikollu diffikultà jsib kull xorta ta' kreditu.

« Falliment - Informazzjoni Ġenerali | Irlanda - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 30-06-2006

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit