Kummissjoni Ewropea > NGE > Falliment

L-aħħar aġġornament: 26-02-2007
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Falliment - Informazzjoni Ġenerali

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. L-aġġornament qed jitħejja bħalissa u jkun disponibbli fil-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


Jekk għandek talba kontra ditta li qed tfalli, inti tgawdi ċerti forom ta' protezzjoni.

Ditta għandha tagħtik il-flus imma ssospendiet il-pagamenti u għalhekk ma tistax tħallsek. Il-liġi ġeneralment tipprovdi għal żewġ possibbiltajiet f'dan il-każ:

  • Jew id-ditta tista’ tiġi salvata; f'dan il-każ, titqiegħed taħt amministrazzjoni b'ordni tal-qorti. L-iskop ta' din il-proċedura hu li tissalvagwardja d-ditta, iżżomm in-negozju tagħha għaddej, tħares l-impjiegi u jiġi stabbilit x'inhuma d-djun.
  • Jew is-sitwazzjoni hija tant serja li tiġġustifika l-istralċ tad-ditta, li huwa l-falliment fil-lingwa tal-bniedem komuni.

Fiż-żewġ każijiet, malli l-qorti tkun tat id-deċiżjoni tagħha, il-kredituri ma jistgħux aktar jipproċedu individwalment kontra d-ditta. L-iskop ta' dan il-prinċipju hu li jkun żgurat li l-kredituri kollha jitqiesu ndaqs u jkunu protetti l-assi tad-debitur.

Biex titħallas, issa int trid tipprova t-talba tiegħek kontra l-persuna, ġeneralment magħrufa bħala l-amministratur jew il-likwidatur, li huwa responsabbli biex jorganizza mill-ġdid jew jillikwida l-assi tad-debitur.

L-Istati Membri kollha għandhom regoli speċjali li jirregolaw il-mod u ż-żmien li fih it-talbiet iridu jiġu ppruvati.

Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, trid tibgħat lill-amministratur jew lil-likwidatur dokument li jkun fih ċerti punti ta' informazzjoni obbligatorji biex tindika li għandek talba kontra id-ditta falluta. Trid tehmeż evidenza dokumentarja, bħal fattura jew rikonoxximent tad-dejn.

Mhux probabbli li tkun l-unika persuna b’talba kontra d-ditta falluta, u dik id-ditta jista' ma jkollhiex riżorsi biżżejjed biex tħallas kollox lill-kredituri kollha. Jekk ikun hekk, trid tifhem li mhux it-talbiet kollha jiġu ttrattati ndaqs: uħud minnhom igawdu prijorità, bħal dawk li jkunu koperti minn garanzija, u jiġu mħallsa l-ewwel.

Ikklikkja fuq il-bandiera ta' l-Istat Membru li jinteressak biex tikseb l-informazzjoni li għandek bżonn fuq il-formalitajiet biex tipprova t-talbiet tiegħek hemmhekk.

Hemm Regolament tal-Komunità reċenti li jagħmilha ferm aktar diffiċli għal debitur biex jevita li jħallas id-djun tiegħu billi jittrasferixxi l-assi tiegħu minn Stat Membru għall-ieħor. Ikklikkja fuq l-ikona “Il-liġi tal-Komunità” biex issir taf aktar.

Hemm ukoll mudell internazzjonali tal-liġi fuq is-suġġett. Ikklikkja fuq l-ikona “Il-liġi internazzjonali” biex issib it-test kollu bi spjegazzjonijiet.

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 26-02-2007

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit