Kummissjoni Ewropea > NGE > Falliment > Finlandja

L-aħħar aġġornament: 13-11-2006
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Falliment - Finlandja

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. L-aġġornament qed jitħejja bħalissa u jkun disponibbli fil-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


Ghal l-ahtar aggiornaurent fuq it-test, Mekk jghogobk ara suomi
 

LISTA TAL- KONTENUT

1. Liema huma t-tipi u l-għanijiet differenti tal-kawżi ta’ insolvenza? 1.
2. X’inhuma l-kondizzjonijiet biex tiftaħ kull wieħed mit-tipi tal-kawżi ta’ insolvenza? 2.
2.1. Falliment 2.1.
2.2. Riorganizzazzjoni ta’ intrapriża 2.2.
2.3. Aġġustament tad-djun ta’ individwu privat 2.3.
3. X’inhu l-irwol tal-parteċipanti varji f’ kull wieħed mit-tipi tal-kawżi? 3.
3.1. Falliment 3.1.
3.2. Riorganizzazzjoni ta’ intrapriża 3.2.
3.3. Aġġustament tad-djun ta’ individwu privat 3.3.
4. X’inhuma l-effetti tal-ftuħ tal-kawżi? 4.
4.1. Falliment 4.1.
4.2. Riorganizzazzjoni ta’ intrapriża 4.2.
4.3. Aġġustament tad-djun ta’ individwu privat 4.3.
5. X’inhuma r-regoli speċifiċi marbuta ma’ ċerti kategoriji ta’ kawżi? 5.
5.1. Falliment 5.1.
5.2. Riorganizzazzjoni ta’ intrapriża 5.2.
5.3. Aġġustament tad-djun ta’ individwu privat 5.3.
6. X’inhuma r-regoli marbuta ma’ l-atti detrimentali? 6.
7. X’inhuma l-kondizzjonijiet għall-preżentazzjoni u l-ammissjoni tal-kawżi? 7.
7.1. Falliment 7.1.
7.2. Riorganizzazzjoni ta’ intrapriża 7.2.
7.3. Aġġustament tad-djun ta’ individwu privat 7.3.
8. X’inhuma r-regoli marbuta mall-proċeduri tar-riorganizzazzjoni? 8.
9. X’inhuma r-regoli marbuta mal-kawżi ta’ xoljiment (likwidazzjoni tal-beni u l-qsim tar-rikavat)? 9.
10. X’inhuma l-kondizzjonijiet għall-għeluq tal-kawża? 10.
10.1. Falliment 10.1.
10.2. Riorganizzazzjoni ta’ intrapriża 10.2.
10.3. Aġġustament tad-djun ta’ individwu privat 10.3.

 

1. Liema huma t-tipi u l-għanijiet differenti tal-kawżi ta’ insolvenza?

Insolvenza tfisser li debitur ikun inkapaċi, mhux temporanjament, li jħallas id-djun tiegħu meta jagħlqu. F’dawn il-każijiet, kawża ta’ falliment tfisser kawża għall-infurzar li tapplika simultanjament mad-djun kollha tad-debitur.

Fil-Finlandja, hemm tliet tipi differenti  ta’ kawżi ta’ falliment: falliment, riorganizzazzjoni ta’ intrapriża u aġġustament tad-djun ta’ individwu privat. Ir-repliki dwar il-falliment huma msejsa fuq id-dispożizzjonijiet ta’ l-Att dwar il-Falliment (120/2004) li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Settembru 2004. L-Att dwar ir-Riorganizzazzjoni ta’ l-Impriżi (47/1993) u l-Att dwar l-Aġġustament tad-Djun ta’ Individwu Privat (57/1993) daħlu fis-seħħ fit-8 ta’ Frar 1993.

Il-falliment huwa proċedura ta’ likwidazzjoni mmirata lejn il-likwidazzjoni tal-benii tad-djun u t-tqassim tar-rikavat lill-kredituri. Ir-riorganizzazzjoni ta’ l-impriżi u l-aġġustament tad-djun ta’ indvidwi privati huma proċeduri ta’ riabilitazzjoni għar-ristawrazzjoni tas-solidità finanzjarja u sabiex id-debituri jkunu jistgħu jegħlbu d-diffikultajiet finanzjarji tagħhom.

Id-debitur jista’ wkoll jilħaq ftehim mal-kredituri tiegħu dwar il-ħlas tad-djun u arranġamenti oħra barra kawżi ta’ falliment uffiċjali. M’hemm l-ebda dispożizzjonijiet legali li jirregolaw arranġamenti li jkollhom bażi volontarja.

2. X’inhuma l-kondizzjonijiet biex tiftaħ kull wieħed mit-tipi tal-kawżi ta’ insolvenza?

Il-ħtieġa ġenerali għall-ftuħ tat-tliet tipi tal-kawżi ta’ falliment hja li d-debitur ikun insolventi.

FuqFuq

2.1. Falliment

Il-falliment japplika b’mod ġenerali u hekk, kemm persuni naturali kif ukoll legali jistgħu jkunu ddikjarati falluti. Jew id-debitur jew il-kreditur jistgħu japplikaw għal dikjarazzjoni ta’ falliment.

Il-ħtieġa ġenerali għal dikjarazzjoni ta’ falliment hija l-insolvenza tad-debitur. Il-liġijiet tal-falliment jistipulaw bosta settijiet possibbli ta’ ċirkustanzi sabiex jagħmluha eħfef li jkun stabbilit  jekk xi ħadd huwiex insolventi; debitur jitqies insolventi jekk iċ-ċirkustanzi tiegħu ikunu fosta dawk mogħtija, sakemm ma jkun hemm l-ebda indikazzjoni kuntrarja.

Ċirkustanzi possibbli ta’ insolvenza:

fejn id-debitur jiddikjara li huwa insolventi u ma jkun hemm l-ebda raġunijiet speċjali biex l-istqarrija tiegħu tinċaħad;

fejn id-debitur naqas li jagħmel il-ħlasijiet tiegħu;

fejn, fi proċeduri għall-irkupru, matul il-perjodu ta’ sitt xhur qabel il-preżentazzjoni ta’ rikors għall-falliment, ikun ħareġ fid-deher li mhux se jkun possibbli  li jinġabru biżżejjed fondi mingħand id-debitur sabiex id-dejn jitħallas kollu; jew

fejn id-debitur li huwa, jew li kien, meħtieġ bil-liġi matul is-sena eżatt qabel il-preżentazzjoni tar-rikors għall-falliment, li jżomm il-kontijiet għan-negozju tiegħu ma jħallasx ammont pendenti stabbilit li jrid jitħallas fi żmien ġimgħa minn meta jirċievi talba tal-kreditur għall-ħlas. Il-kreditur għandu jagħmel ir-rikors tiegħu għall-falliment fi żmien tliet xhur minn meta jiskadi l-perjodu stipulat għall-ħlas tad-dejn fit-talba tiegħu għall-ħlas.

FuqFuq

Fejn il-kreditur jagħmel ir-rikors għad-dikjarazzjoni ta’ falliment, l-ammont mitlub mill-kreditur irid ikun imsejjes fuq deċiżjoni jew bażi oħra infurzabbli jew irid ikun evidenti b’mod ieħor. L-ammont mitlub m’għandux għalfejn ikun wasal biex jitħallas. Hemm restrizzjonijiet fuq ir-rikorsi għall-falliment imsejsa fuq talbiet żgħar.

Il-qorti tiżgura li avviż dwar il-ftuħ tal-proċeduri ta’ falliment ikun ippubblikat fil-pront fil-Ġurnal Uffiċjali. L-avviż jista’ jkun ippubblikat ukoll fi kwalunkwa gazzetta ta’ kuljum. Huwa d-dmir ta’ min jirċievi l-avviż li jgħarraf lill-kredituri dwar il-ftuħ tal-proċeduri ta’ falliment. Reġistrazzjoni dwar il-ftuħ tal-proċeduri ta’ falliment issir ukoll, fost l-oħrajn, fir-Reġistru tal-Kawżi tal-Falliment u tar-Riorganizzazzjoni, ir-Reġistru tal-Kummerċ, ir-Reġistru tas-Sjieda ta’ l-Art u l-Ipoteki fuq Beni Immobbli, ir-Reġistru tat-Tbaħħir, ir-Reġistru tal-Manutenzjoni tat-Tbaħħir, ir-Reġistru ta’ l-Inġenji ta’ l-Ajru, ir-Reġistru ta’ l-Ipoteki tan-Negozju, ir-Reġistru tal-Vetturi u r-Reġistru tal-Garanziji.

2.2. Riorganizzazzjoni ta’ intrapriża

Intrapriża li tkun fi kwalunkwa xorta ta’ negozju tista’ tkun is-suġġett ta’ kawżi ta’ riorganizzazzjoni, bħalma jista’ kummerċant privat. Ċerti intrapriżi, madankollu, bħalma huma l-istituzzjonijiet tal-kreditu u ta’ l-assigurazzjoni suġġetti għal regolazzjoni u kontroll speċjali, huma barra mill-ambitu tal-proċeduri ta’ riorganizzazzjoni ta’ l-intrapriżi. Jew id-debitur jew il-kreditur jistgħu jagħmlu rikors għal proċeduri ta’ riorganizzazzjoni. Bosta applikazzjonijiet isiru mid-debituri.

FuqFuq

Il-proċeduri għar-riorganizzazzjoni ta’ intrapriża jistgħu jinfetħu fejn id-debitur ikun inkapaċi li jonora ħlas u ma jkun hemm l-ebda xkiel fil-liġi għall-ftuħ tal-kawża. Xkiel jista’ jkun jikkonsisti f’insolvenza li ma tistax tkun riżolta bi program ta’ riorganizzazzjoni jew sitwazzjoni fejn il-beni tad-debitur ma jkunux biżżejjed biex ikopru l-ispejjeż li jkun hemm bħala riżultat tal-kawża. Il-proċeduri ta’ riorganizzazzjoni jistgħu jinfetħu wkoll fejn id-debitur ikun f’periklu ta’ insolvenza. F’dawn il-każijiet, il-kreditur jista’ jiftaħ il-kawża f’ċirkustanzi speċjali biss. Barra minn hekk, il-kawża ta’ riorganizzazzjoni tista tinfetaħ fejn id-debitur u żewġ kredituri jagħmlu rikors konġunt għal dak il-għan. F’dawn il-każijiet, it-talbiet konġunti tal-kredituri iridu jkunu jirrappreżentaw għall-inqas wieħed minn ħamsa tad-djun magħrufa tad-debitur.

Il-qorti tippubblika avviż ta’ deċiżjoni li jinfetħu proċeduri ta’ riorganizzazzjoni, fil-Ġurnal Uffiċjali. Huwa d-dmir tal-likwidatur li jagħti avviż tal-ftuħ tal-kawża lill-kredituri. Reġistrazzjoni dwar il-ftuħ tal-proċeduri ta’ falliment issir ukoll fi, fost affarijiet oħra, ir-Reġistru tal-Kawżi tal-Falliment u tar-Riorganizzazzjoni, ir-Reġistru tal-Kummerċ, ir-Reġistru tas-Sjieda ta’ l-Art u l-Ipoteki fuq Beni Immobbli and r-Reġistru tal-Garanziji.

2.3. Aġġustament tad-djun ta’ individwu privat

Persuna naturali biss tista’ tagħmel rikors biex ikunu aġġustati d-djun. Il-kawża ta’ aġġustament tad-dejn tista’ taġġusta wkoll djun marbuta ma’ negozju li m’għadux fil-kummerċ.

FuqFuq

Il-ftuħ ta’ proċeduri ta’ aġġustament tad-dejn jeħtieġ li d-debitur ikun insolventi u inkapaċi raġonevolment li jtejjeb is-solvenza tiegħu sabiex ikun kapaċi jħallas id-djun tiegħu. Ta’ rilevanza wkoll huma ir-raġunijiet ta’ l-insolvenza (inklużi l-mard, il-qgħad), l-ammont totali dovut u l-kapaċità tad-debitur li jħallas. Persuna naturali li tkun qed tagħmel in-negozju tista’ tagħmel rikors għal riaġġustament tad-djun, bla ħsara għal ċerti ħtiġiet. M’għandu jkun hemm l-ebda impediment fil-liġi għall-proċeduri ta’ aġġustament tad-dejn (eż. dejn li jkun hemm minn attività kriminali jew billi ttellgħu djun b’mod manifestament negliġenti).

Avviż tal-ftuħ tal-proċeduri ta’ aġġustament tad-dejn jingħata lid-debitur u lill-kredituri. Avviż jingħata mill-qorti sakemm il-qorti ma tagħtix istruzzjoniiet lil-likwidatur biex jagħmel dan. Il-qorti trid ukoll tagħti avviż tal-ftuħ tal-proċeduri ta’ aġġustament tad-dejn lill-awtoritajiet tas-sekwestru, kemm dawk tal-post fejn joqgħod id-debitur u kif ukoll ta’ l-awtorità lokali fejn tinsab kwalunkwa proprjetà immobbli.

3. X’inhu l-irwol tal-parteċipanti varji f’ kull wieħed mit-tipi tal-kawżi?

3.1. Falliment

Dikjarazzjoni ta’ falliment hija kwistjoni li qorti tiddetermina. Il-qorti kompetenti hija qorti ġenerali ta’ prima istanza (käräjäoikeus (Qorti Distrettwali)). Il-qorti tagħi deċiżjoni wkoll dwar it-terminazzjoni jew għeluq kmieni ieħor tal-proċeduri ta’ falliment. Il-qorti taħtar ir-riċevitur, tikkonferma l-iskema tat-tqassim u tirriżolvi t-tilwim dwar it-talbiet. Id-deċiżjonijiet tal-qorti jistgħu, bi ftit eċċezzjonijiet, ikunu s-suġġett ta’ appell.

FuqFuq

Il-kredituri jeżerċitaw awtorità suprema fuq il-proprjetà tal-falliment. L-iktar organu statutorju importanti huwa l-laqgħa tal-kredituri. Il-voti tal-kredituri magħmula skond l-ammont tat-talbiet tagħhom. Appell mid-deċiżjonijiet tal-kredituri jista jkun ippreżentat fil-qorti.

Ir-riċevitur għandu rwol ċentrali fl-amministrazzjoni tal-proprjetà tal-falliment. Fost affarijiet oħra, il-kompitu tar-riċevitur hija li jirrappreżenta l-proprjetà u li jieħu ħsieb l-amministrazzjoni tagħha ta’ rutina, ifassal l-inventarju tal-proprjetà u rapport tad-debitur, jirċievi d-dokumenti li jippreżentw it-talbiet u jfassal proposta ta’ skema tat-tqassim. Ir-riċevitur jieħu ħsieb ukoll il-kura u l-bejgħ tal-beni tal-proprjetà u jqassamhom. Il-persuna maħtura bħala r-riċevitur għandha tosserva l-ħtiġiet tal-kompetenza stipulata fil-liġi u tkun indipendenti kemm mid-debitur u kif ukoll mill-kredituri.

Id-debitur huwa meħtieġ jikoopera fix-xoljiment tal-proprjetà. Id-debitur irid jagħti lir-riċevitur it-tagħrif li jippermetti lir-riċevitur ifassal l-inventarju u jikkonfermah bħala korrett. Id-debitur għandu d-dritt li jirċievi tagħrif fir-rigward tal-proprjetà u jipparteċipa u jesprimi l-fehmiet tiegħu fil-laqgħat tal-kredituri fi kwistjonijiet li dwarhom trid tittieħed deċiżjoni.

3.2. Riorganizzazzjoni ta’ intrapriża

Il-ftuħ tal-proċeduri għal riorganizzazzjoni ta’ intrapriża huwa kwistjoni li l-qorti trid tiddetermina. Qorti taħtar ukoll likwidatur u fejn jixraq kumitat tal-kredituri. Din tikkonferma wkoll il-programm ta’ riorganizzazzjoni. Kwistjonijiet li jikkonċernaw ir-riorganizzazzjoni ta’ intrapriża huma ttrattati minn ċerti qrati ta’ prima istanza. Id-deċiżjonijiet tal-qorti jistgħu, bi ftit eċċezzjonijiet, ikunu s-suġġett ta’ appell.

FuqFuq

Il-likwidatur ifassal rapport dwar il-beni u d-djun tad-debitur u proposta ta’ programm ta’ riorganizzazzjoni. Huwa jissorvelja wkoll l-operazzjoni kontinwa ta’ l-intrapriża tad-debitur. Il-persuna maħtura bħala l-likwidatur għandha tosserva l-ħtiġiet tal-kompetenza stipulati fil-liġi u tkun indipendenti kemm mid-debitur u kif ukoll mill-kredituri.

Il-kumitat tal-kredituri jirrappreżenta lill-kredituri u jassisti lill-likwidatur fil-kapaċitajiet tiegħu ta’ entità konsultattiva. Ma jinħatarx kumitat fejn, minħabba l-għadd baxx ta’ kredituri, dan ma jkunx meħtieġ.

Il-kredituri huma intitulati jinstemgħu fi stadji varji tal-kawża. Il-proposta ta’ programm ta’ riorganizzazzjoni mfassla mil-likwidatur tkun mgħoddija lill-kredituri għar-reazzjoni tagħhom. Fil-każ li mhux il-kredituri kollha jaqblu li japprovaw il-programm, jittieħed vot fuq il-programm finali. Il-kredituri jinqasmu fi gruppi għall-għanijet tal-votazzjoni u l-programm jista’ jkun approvat bil-qbil tal-maġġoranzi tal-grupp.

Id-debitur huwa meħtirġ jagħti tagħrif lill-qorti u lil-likwidatur u li jgħn biex tkun implimentata l-kawża ta’ riorganizzazzjoni. Id-debitur huwa intitulat jippreżenta s-suġġeriment tiegħu stess għall-programm ta’ riorganizzazzjoni.

3.3. Aġġustament tad-djun ta’ individwu privat

Il-ftuħ tal-proċeduri biex ikunu aġġustati d-djun ta’ individwu personali hija kwistjoni li l-qorti trid tiddetermina. Fejn meħtieġ, il-qorti taħtar likwidatur. Il-qorti hija responsabbli wkoll mill-ikkonfermar tal-programm ta’ ħlas. Id-deċiżjonijiet tal-qorti tista’, bi ftit eċċezzjonijiet, tkun is-suġġett ta’ ħlas.

FuqFuq

Il-kompitu tal-likwidatur huwa li tfassal proposta’ ta’ programm ta’ ħlas u li twettaq kompiti oħra li tassenjlu l-qorti. Ngħidu aħna, il-likwidatur jista’ jingħata l-kompitu li jillikwida l-beni tad-debitur. Il-likwidatur għandu josserva l-ħtiġiet tal-kompetenza stipulati fil-liġi u jkun indipendenti kemm mid-debitur u kif ukoll mill-kredituri.

Jekk ma jinħatar l-ebda likwidatur, id-debitur ifassal proposta ta’ programm ta’ ħlas huwa stess. Id-debitur huwa meħtieġ jagħti tagħrif lill-qorti, lil-likwidatur u lill-kredituri, u li jgħin biex ikun żgurat li l-kawża ta’ aġġustament tad-dejn timxi kif ikun ipprovdut li għandha timxi. Id-debitur jirċievi assistenza mis-servizz ta’ parir ta’ l-awtorità lokali dwar il-finanzi u d-dejn.

Il-kredituri jingħataw opportunità jikkumentaw dwar ir-rikors u l-proposta ta’ programm ta’ ħlas, tad-debitur.

4. X’inhuma l-effetti tal-ftuħ tal-kawżi?

4.1. Falliment

Il-proprjetà kollha tad-debitur fiż-żmien tal-ftuħ tal-proċeduri ta’ falliment u li d-debitur jirċievi qabel l-għeluq ta’ dawk il-proċeduri jappartjenu lill-proprjetà tal-falliment. Madankollu, fejn il-fallut huwa persuna naturali, il-proprjetà u d-dħul mhux maqlugħ riċevut minnu wara l-ftuħ tal-proċeduri ta’ falliment ma jagħmlux sehem mill-proprjetà tal-falliment.

Fil-ftuħ tal-proċeduri ta’ falliment, id-debitur jitlef l-awtorità tiegħu fuq il-beni tiegħu li jagħmlu sehem mill-proprjetà tal-falliment. Dik l-awtorità tgħaddi lill-proprjetà (il-kredituri).

FuqFuq

Matul il-proċeduri ta’ falliment, id-debitur jista’ f’ċerti ċirkustanzi, ikun suġġett għal restrizzjonijiet fuq il-libertà personali tiegħu (eż. ikun projbit milli  to jħalli l-pajjiż). Il-kompetenza tad-debitur li jaġixxi hija wkoll ristretta f’ċerti aspetti. Id-debitur ma jistax, ngħidu aħna, matul proċeduri ta’ falliment, jistabbilixxi kumpanija jew ikun membru fil-bord ta’ kumpanija. Dawk ir-restrizzjonijiet għandhom sinifikanza prinċipalment meta d-debitur ikun persuna naturali.

Falliment m’għandux l-effett li jeħles lid-debitur minn djunu. Id-debitur jibqa’ responsabbli għal dawk id-djun li ma jitħallsux matul il-proċeduri ta’ falliment. Ir-responsabbiltà għad-djun hija fil-prattika ta’ sinifikat biss meta d-debitur ikun persuna naturali, għaliex il-falliment ġeneralment iwassal għax-xoljiment ta’ persuna legali. Id-debitur, madankollu, għandu l-opportunità li jkun meħlus minn dawk id-djun li jaqbżu l-kapaċità tiegħu li jħallas skond il-proċeduri biex ikunu aġġustati d-djun ta’ individwu personali.

Il-ftuħ tal-proċeduri ta’ falliment jipprekludi l-infurzar separat ta’ talbiet f’falliment bħalma huwa s-sekwestru, bi ftit eċċezzjonijiet bħalma huma talbiet fejn ikun hemm garanzija.

Bis-saħħa tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000, il-likwidatur jista’ jitlob li avviż tal-ftuħ tal-kawżi ta’ falliment ikun ipubblikat fi kwalunkwa Stat Membru ieħor (l-Artikolu 21) u jkun irreġistrat fir-reġistri miżmuma fl-Istati Membri l-oħra (l-Artikolu 22). Proċeduri ta’ falliment li fetħu fi Stati Membri oħra huma ppubblikati fil-Finlandja fil-Ġurnal Uffiċjali fuq it-talba tal-likwidatur. L-Oikeusrekisterikeskus (Iċ-Ċentru tar-Reġistru Legali - www.oikeus.fi/oikeusrekisterikeskus/ English - suomi - svenska) huwa responsabbli għall-pubblikazzjoni.

FuqFuq

Fil-Finlandja, proċeduri ta’ falliment li fetħu fi Stati Membri oħra huma wkoll irreġistrati fuq t-talba tal-likwidatur fir-Reġistru tas-Sjieda ta’ l-Art u l-Ipoteki fuq Beni Immobbli, ir-Reġistru tal-Kummerċ, ir-Reġistru ta’ l-Ipoteki tan-Negozju, ir-Reġistru tat-Tbaħħir, ir-Reġistru tal-Manutenzjoni tat-Tbaħħir, ir-Reġistru ta’ l-Inġenji ta’ l-Ajru, ir-Reġistru tal-Vetturi u r-Reġistru tal-Garanziji. Ir-reġistrazzoni hija magħmula mir-reġistratur għar-reġistru kkonċernat.

Rikors għal reġistrazzjoni fir-Reġistru tas-Sjieda ta’ l-Art u l-Ipoteki fuq Beni Immobbli isir fil-Qorti Distrettwali li għandha ġuriżdizzjoni fuq iż-żona fejn tinsab il-proprjetà immobbli (www.oikeus.fi/ suomi).

Ir-reġistratur tar-Reġistru tal-Kummerċ u r-Reġistru ta’ l-Ipoteki tan-Negozju huwa l-Bord Nazzjonali tal-Patenti  u r-Reġistrazzjoni (www.prh.fi/ English - suomi - svenska).

Ir-reġistratur tar-Reġistri tat-Tbaħħir u l-Manutenzjoni tat-Tbaħħir huwa l-Amministrazzjoni Marittima Finlandiża (www.fma.fi/palvelut/alusrekisteri/ English - suomi - svenska).

FuqFuq

Ir-reġistratur għar-Reġistru ta’ l-Inġenji ta’ l-Ajru huwa l-Amministrazzjoni ta’ l-Avjazzjoni Ċivili (www.ilmailulaitos.fi/ilma_alusrekisteri/ English - suomi - svenska).

Ir-reġistratur tar-Reġistru tal-Vetturi huwa L-Amministrazzjoni Finlandiża tal-Vetturi (www.ake.fi/ English - suomi - svenska).

Ir-reġistratur tar-Reġistru tal-Garanziji huwa d-Depożitarju Rinlandiż Ċentrali tal-Garanziji Oy.

(www.apk.fi/ English - suomi).

Il-pubblikazzjoni u r-reġistrazzjoni m’humiex meħtieġa bil-liġi jekk il-post tan-negozju tad-debitur ikun fil-Finlandja.

FuqFuq

4.2. Riorganizzazzjoni ta’ intrapriża

Debitur li fir-rigward tiegħu hemm proċeduri pendenti ta’ riorganizzazzjoni ma jistax ikun iddikjarat fallut. Il-qorti li quddiemha jkun hemm rikors pendenti tista’ timplimenta projbizzjoni temporanja fuq il-ħlas, il-ġbir u l-infurzar anki qabel ma tinfetaħ il-kawża.

Projbizzjoni fuq il-ħlas, il-ġbir u l-infurzar tkun fis-seħħ matul il-proċeduri biex intrapriża tkun riorganizzata. Il-projbizzjoni tkopri d-djun kollha li jkunu saru qabel il-ftuħ tal-kawża, inklużi djun koperti b’garanzija.

Matul il-proċeduri ta’ riorganizzazzjoni, id-debitur ma jitlifx l-awtorità tiegħu. L-attività ta’ l-intrapriża tissokta imma taħt is-superviżjoni tal-likwidatur. Id-debitur irid iġib l-approvazzjoni tal-likwidatur għal ċerti attivitajiet.

Matul il-proċeduri ta’ riorganizzazzjoni, il-programm ta’ riorganizzazzjoni huwa kkonfermat mad-debitur; dan jista’ jipprevedi miżuri varji biex tkun irrestawrata s-solidità finanzjarja ta’ l-attivitajiet tad-debitur. Dan jista’ jinvolvi l-aġġustament tad-djun, li jista’ jkollu effett fuq it-termini tad-djun, inklużi d-djun koperti b’garanzija, li rriżultaw qabel il-ftuħ tal-kawża. Il-miżuri jistgħu jkopru wkoll it-trasferiment, l-operazzjoni, it-tmexxija, l-organizzazzjoni, il-ħaddiema jew il-kapital ta’ l-intrapriża. Fejn id-debitur jonora l-obbligi tiegħu tal-ħlas skond il-programm ta’ riorganizzazzjoni kkonfermat, dan ikun meħlus mill jħallas l-ammont ta’ dejn li jaqbeż l-ammont ikkonfermat fil-programm.

Fir-rigward tal-pubblikazzjoni fil-Finlandja u r-reġistrazzjoni fir-reġistri miżmuma fil-Finlandja, tal-proċeduri ta’ riorganizzazzjoni miftuħa fi Stati Membri oħra ta’ l-Unjoni Ewropea, ara l-punti 2.2 u 4.1

FuqFuq

4.3. Aġġustament tad-djun ta’ individwu privat

Debitur li dwaru jkun hemm pendenti rikors għal proċeduri ta’ aġġustament tad-dejn ma jistax ikun iddikjarat fallut. Il-qorti tista’ timplimenta projbizzjoni temporanja fuq il-ħlas, il-ġbir u l-infurzar anki qabel ma tinfetaħ il-kawża.

Projbizzjoni fuq il-ħlas, il-ġbir u l-infurzar tkun fis-seħħ matul il-proċeduri biex ikunu aġġustati d-djun ta’ individwu privat. Il-projbizzjoni tkopri d-djun kollha li jkunu saru qabel il-ftuħ tal-kawża, inklużi djun koperti b’garanzija.

Programm tal-ħlas imfassal għall-ħila ġenwina tad-debitur li jħallas ikun ikkonfermat lid-debitur bħala parti mill-proċeduri ta’ aġġustament. Il-programm ta’ ħlas ikun ta’ tul ta’ żmien speċifikat, ġeneralment ħames snin. Il-programm ta’ ħlas ikopri d-djun kollha kollha li jkunu saru qabel il-ftuħ tal-kawża, inklużi djun koperti b’garanzija. Fejn id-debitur jonora l-obbligi tal-ħlas ikkonfermati fil-programm ta’ ħlas, huwa jinħeles mill-bqija ta’ djuni.

Fi proċeduri ta’ aġġustament tad-dejn, il-beni mhux essenzjali tad-debitur ikunu likwidati. F’ċerti ċirkustanzi, id-debitur jista’ jżomm post fejn jgħix li huwa jkun is-sid tiegħu.

5. X’inhuma r-regoli speċifiċi marbuta ma’ ċerti kategoriji ta’ kawżi?

5.1. Falliment

Il-falliment mhux bilfors jaffettwa d-dritt ta’ kreditur kopert b’garanzija, li jsarraf il-garanzija tiegħu. Il-proprjetà fil-falliment, madankollu, tkun intitulata tipprojbixxi l-bejgħ ta’ beni koperti b’garanzija (eż. proprjetà immobbli) għal żmien preskritt, fejn meħtieġ biex jitħarsu l-interessi tal-proprjetà tal-falliment. Madankollu, f’ċerti ċirkustanzi, il-proprjetà tal-falliment tkun intitulata tbiegħ il-beni koperti b’garanzija bil-permess tal-qorti. L-kreditur kopert b’garanzija irid ukoll jinnotifika lir-riċevitur dwar il-talba tiegħu koperta b’garanzija. L-għan ta’ dan huwa biex ikun iffaċilitat ix-xoljiment tal-proprjetà. Il-proprjetà immobbli ta’ l-intrapriża debitriċi tista’ tkun is-suġġett ta’ ipoteka tan-negozju. Ipoteka tan-negozju toħloq drittijiet speċjali ta’ preferenza fir-rigward ta’ riċevuta ta’ ħlas. Ħamsin fil mija tal-valur tal-beni ipotekati titħallas fir-rigward tat-talba tal-kreditur. It-talbiet finali ma jingħatawx preferenza, irrispettivament minn kwalunkwa ipoteka tan-negozju li ġiet irreġistrata bħala kopereta b’garanzija fuq dawn il-beni.

FuqFuq

Fejn debitur ikun kiseb beni fuq il-preservazzjoni tat-termini tat-titlu, dawk it-termni ikunu jorbtu wkoll, f’ċerti ċirkustanzi, fuq l-proprjetà tal-falliment. Il-proprjetà tkun intitulata ssir parti minn ftehim minflok id-debitur u b’hekk iżżomm il-beni taħt l-amministrazzjoni tagħha.

Il-kreditur għandu d-dritt ipaċi l-ammont li jkun qed jitlob mingħand id-debitur kontra r-responsabbiltajiet tiegħu lejn id-debitur fil-ftuħ tal-proċeduri ta’ falliment. Id-dritt ta’ istituzzjoni ta’ kreditu li tagħmel tpaċija huwa ristrett fejn id-debitur ikollu kont ma’ l-istituzzjoni ta’ kreditu li jkun jista’ jintuża biex isiru ħlasijiet. Mill-bqija, id-dritt li ssir tpaċija huwa ristrett prinċipalment fuq bażi maħsuba biex dan ma jkunx abbużat.

Il-ħaddiema ta’ intrapriża debitriċi ġeneralment jingħaw avviż mal-ftuħ tal-proċeduri ta’ falliment. Ir-riċevitur irid jistabbilixxi l-ammonti li għandu jagħti lill-ħaddiema u safejn dawn l-ammonti jistgħu jitħallsu fis-sura ta’ garanzija fuq il-pagi.

5.2. Riorganizzazzjoni ta’ intrapriża

Intrapriża li tkun għaddejja minn riorganizzazzjoni tissokta tagħmel il-kummerċ. Il-ftuħ tal-proċeduri ta’ riorganizzazzjoni m'għandu l-ebda effett fuq l-impenji li d-debitur ġa jkun daħal għalihom, sakemm il-liġi ma tkunx tipprovdi mod ieħor.

Sabiex ikun żgurat is-suċċess tal-proċeduri ta’ riorganizzazzjoni, ir-riorganizzazzjoni għandha wkoll effett fuq l-istatus ta’ kredituri koperti b’garanzija. Il-projbizzjoni fuq il-ħlas, il-ġbir u l-infurzar tapplika wkoll għall-kredituri koperti b’garanzija. Il-programm ta’ riorganizzazzjoni jista’ jkollu effetti wkoll, bla ħsara għal ċerti restrizzjonijiet, fuq it-termini ta’ djun koperti b’garanzija.

FuqFuq

Kreditur m’għandux (b’ċerti eċċezzjonijiet) id-dritt li jagħmel tpaċija fi proċeduri ta’ riorganizzazzjoni.

L-arranġamenti dwar il-ħaddiema jista’ jkollhom jiġu implimentati bħala miżura ta’ riorganizzazzjoni.

5.3. Aġġustament tad-djun ta’ individwu privat

Bla ħsara għal ċerti restrizzjonijiet, id-djun koperti b’garanzija jistgħu wkoll ikunu aġġustati bħala parti mill-kawża ta’ aġġustament tad-dejn. Il-projbizzjoni fuq il-ħlas, il-ġbir u l-infurzar tapplika wkoll għad-djun koperti b’garanzija.

6. X’inhuma r-regoli marbuta ma’ l-atti detrimentali?

L-Att dwar l-Irkupru favur Proprjetà ta’ Falliment, li daħal fis-seħħ fl-1992, jittratta t-twarrib ta’ l-iskambji. Skambju jista’ jitwarrab fil-proċeduri ta’ falliment kif ukoll fil-proċeduri għar-riorganizzazzjoni ta’ intrapriża jew l-aġġustament tad-djun ta’ individwu personali.

Bħala parti mill-irkupru, skambju intrinsikament leġittimu mwettaq mid-debitur qabel il-kawża tal-falliment, jitwarrab. L-Irkupru huwa għalhekk differenti mill-mezz tad-dritt ċivili li bih skambju jista’ jitqies bla effett jew ikun iddikjarat invalidu.

Ir-raġunijiet għall-irkupru jistgħu jkunu kategorizzati bħala suġġettivi jew oġġettvi. Biex ikun hemm raġunijiet oġġettivi għall-irkupru, id-debitur irid ikun ġab ruħu b’mod mhux xieraq lejn il-kredituri u l-parti l-oħra fl-iskambju trid tkun aġixxiet b’mala fide. Din ir-raġuni hija dispobibbli għal kull tip ta’ skambju.

FuqFuq

Raġunijiet oġġettivi għall-irkupru jistgħu jkunu mod kif jitwarrbu skambji li jkunu, tipikament, mhux xierqa u detrimentali għall-kredituri. Għalhekk, mhuwiex neċessarju li l-intenzjoni ta’ frodi tkun issostanzjata. Ir-raġunijiet oġġettivi japplikaw għal ċerti skambji, bħalma huma l-likwidazzjoni tad-dejn u l-preżentazzjoni tal-garanzija matul il-perjodu ta’ rkupru li normalment ikun tliet xhur qabel id-data appuntata. Ngħidu aħna, fi proċeduri ta’ falliment, id-data appuntata hija d-data meta r-rikors għal falliment sar lill-qorti.

7. X’inhuma l-kondizzjonijiet għall-preżentazzjoni u l-ammissjoni tal-kawżi?

7.1. Falliment

Fi proċeduri ta’ falliment, kreditur li l-pretensjoni tiegħu kontra d-debitur rriżultat qabel il-ftuħ tal- proċeduri ta’ falliment (talba fil-falliment) jista’ jirċievi tqassim. Il-kreditur huwa meħtieġ jippreżenta  t-talba tiegħu. Il-preżentazzjoni mhix, madankollu, meħtieġa fejn ir-riċevitur iqis li t-talba fil-falliment hija evidenti mingħajrha.

It-talbiet iridu jkunu ppreżentati bil-miktub. L-istqarrija li biha tkun ippreżenta t-talba trid tirreferi fosta affarijiet oħra għall-ammont u r-raġunijiet tat-talba, u l-istatus preferenzjali li qed jintalab fir-rigward tal-pretensjoni u r-raġunijiet li l-istatus qed jintalab għalihom. Id-dokument li jikkostitwixxi l-bażi tat-talba preferenzjali tal-kreditur irid ikun identifikat fl-istqarrija jekk ma jkunx mgħoddi lir-riċevitur.

Il-kreditur għandu jgħaddi l-istqarrija li biha t-talba tkun ippreżentata lir-riċevitur mhux iktar tard mid-data tal-preżentazzjoni. Id-data tal-preżentazzjoni tkun iddeterminata mir-riċevitur, li jieħu ħsieb ukoll il-pubblikazzjoni ta’ l-istqarrija dwar il-preżentazzjoni u jinnotifika lill-kredituri dwar il-preżentazzjoni. Kreditur jista’ jippreżenta t-talba tiegħu anki wara d-data tal-preżentazzjoni, imma f’dawn il-każijiet irid iħallas dritt għall-preżentazzjoni tard, li jmur fil-proprjetà tal-falliment.

FuqFuq

Ir-riċevitur jeżamina t-talbiet ippreżentati u jabbozza proposta dwar kif għandhom jinqasmu l-beni tal-proprjetà tal-falliment bejn il-kredituri (proposta ta’ skema tat-tqassim). Il-qorti tikkonferma l-proposta ta’ skema tat-tqassim. Talbiet ippreżentati li ma jkunux ikkontestati jitqiesu fil-proċeduri ta’ falliment bħala ammessi.

Il-kredituri jirtċievu ħlas mill-fondi tad-debitur skond l-Att dwar l-Arranġamenti għall-Ħlas tal-Kredituri. M’hemmx ħafna kawżi preferenzjali. Fejn dawn jeżistu, dawn huma prinċipalment talba koperta b’garanziji, talbiet li rriżultaw b’rabta mar-riorganizzazzjoni ta’ intrapriża u s-somom tal-manteniment. Mill-bqija, il-beni tad-debitur jinqasmu proporzjonalment skond l-ammont tat-talbiet.

7.2. Riorganizzazzjoni ta’ intrapriża

Ir-riorganizzazzjoni ta’ intrapriża jkopri d-djun kollha li jirriżultaw qabel il-ftuħ tal-kawża. Il-kompitu tal-likwidatur huwa li jistabbilixi l-kredituri tad-debituru d-djun. Il-kredituri jkollhom l-opportunità li jikkorreġu t-tagħrif fir-rigward ta’ talba, sa data appuntata. Il-kredituri jirċievu ħlas skond il-programm ta’ riorganizzazzjoni kkonfermat mill-qorti.

Il-konferma ta’ programm ta’ riorganizzazzjoni tgfisser, b’xi eċċezzjonijiet, l-estinsjoni tad-djun tar-riorganizzazzjoni li ma kienux magħrufa għal għanijiet tar-riorganizzazzjoni.

7.3. Aġġustament tad-djun ta’ individwu privat

L-aġġustament tad-dejn ikopri d-djun kollha li jiriżultaw qabel il-ftuħ tal-kawża. Id-debitur irid jiddikjara d-djun kollha tiegħu. M’hemm l-ebda ħtieġa li tkun ippreżentata talba. Id-debitur jew likwidatur ifasslu proposta ta’ programm ta’ ħlas. Il-kredituri jkunu offruti l-opportunità li jikkumentaw dwar il-proposta ta’ programm ta’ ħlas. Id-debitur jagħmel ħlasijiet lill-kredituri skond programm ta’ ħlas li jkun ġie kkonfermat mill-qorti.

FuqFuq

8. X’inhuma r-regoli marbuta mall-proċeduri tar-riorganizzazzjoni?

Ara r-repliki fil-punti 3.2, 3.3, 4.2, 4.3, 5.2, 5.3, 7.2. u 7.3.

9. X’inhuma r-regoli marbuta mal-kawżi ta’ xoljiment (likwidazzjoni tal-beni u l-qsim tar-rikavat)?

Fi proċeduri ta’ falliment, il-beni li jappartjenu lill-proprjetà tal-falliment ikunu llikwidati bil-mod li jkun l-iktar vantaġġjuż għall-proprjetà sabiex ir-rikavat mill-bejgħ ikun għoli kemm jista’ jkun. Il-metodu tal-bejgħ mhuwiex ipprovdut; minflok dan irid ikun iddeterminat mill-kredituri tal-proprjetà. Hemm dispożizzjonijiet speċjali dwar il-beni koperti b’garanzija (ara l-punt 5.1). Fejn il-proprjetà tal-falliment ġiet xolta u l-beni tagħha llikiwidati, ir-rikavat jitqassam fil-pront fost il-kredituri skond l-iskema tat-tqassim ikkonfermata mill-qorti.

10. X’inhuma l-kondizzjonijiet għall-għeluq tal-kawża?

10.1. Falliment

Ir-riċevitur ifassal kont finali meta l-proprjetà tal-falliment tkun xolta u l-beni tagħha llikwidati. Il-proċeduri ta’ falliment jitqiesu bħala magħluqa meta l-kredituri jkunu approvaw il-kont finali.

Il-proċeduri ta’ falliment jistgħu jingħalqu wkoll b’deċiżjoni tal-qorti li tittermina l-proċeduri fejn il-beni tal-proprjetà tal-falliment ma jkunux biżżejjed biex ikopru l-ispejjeż tal-kawża ta’ falliment jew fejn il-kawża hija b’xi mod ieħor mhux xierqa. Il-proċeduri ta’ falliment ma jistgħux, madankollu, ikunu itterminati, fejn il-kawża ta’ falliment titmexxa bħala xoljiment amministrat pubblikament. Il-qorti tista’, fuq proposta tad-difensur tal-falliment, tagħti deċiżjoni li kawża ta’ falliment trid titmexxa bħala xoljiment amministrat pubblikament. Ir-raġunijiet għal falliment amministrat pubblikament jistgħu jkunu marbuta mad-debitur jew l-ammont ċkejken ta’ beni tal-proprjetà. L-ispejjeż tax-xoljiment amministrat pubblikament jitħallsu mill-fondi ta’ l-Istat safejn il-beni tal-proprjetà tal-falliment ma jkunux biżżejjed.

FuqFuq

Il-proċeduri ta’ falliment jistgħu jingħalqu wkoll b’‘ftehim obbligatorju’ li permezz tiegħu d-debitur u l-kredituri jilħqu ftehim fir-rigward tal-ħlas tad-djun.

Il-proċeduri ta’ falliment jistgħu wkoll jingħalqu għal raġuni valid fi żmien tmint ijiem mill-ftuħ tal-kawża.

Bħala riżultat tal-falliment, il-kompetenza tad-debitur’s li jaġixxi hija ristretta (ara l-punt 4.1) sa tali żmien meta d-debitur ikun ivvalida l-inventarju tal-proprjetà tiegħu, għal perjodu massimu ta’ erba’ xhur mill-ftuħ tal-kawża ta’ falliment. Wara dak il-perjodu, id-debitur jista’, ngħidu aħna, jiftaħ negozju ġdid.

L-imġieba ħażin li tista’ tkun marbuta ma’ attività li tirriżulta fi proċeduri ta’ falliment kontra d-debitur tista’ tikkostitwixxi offiża (ngħidu aħna offiżi marbuta maż-żamma tal-kontijiet, attività li tinvolvi frodi). Id-debitur jew ir-rappreżentant tiegħu jistgħu jkunu ħatja wkoll ta’ reat matul il-kawża ta’ falliment (eż. qerq min-naħa tad-debitur). Huwa possibbli wkoll li d-debitur jew ir-rappreżentant tiegħu ikunu s-suġġett ta’ ordni li tipprojbilhom li jagħmlu attività ta’ negozju. Il-żtieġa għal projbizzjoni bħal din hija li l-persuna kkonċernat tkun essenzjalment naqset milli tosserva l-obbligi statutorji tagħha fil-ġestjoni tan-negozju jew li taha għal prattika kriminali fl-attività tan-negozju li ma tistax titqies bħala żgħira. Il-projbizzjoni ta’ attività ta’ negozju hija ta’ tul ta’ żmen speċifikat (minn tlieta sa seba’ snin) u tkun irreġistrata fir-reġistru pubbliku. Persuna li tkun suġġetta għal projbizzjoni ta’ attività ta’ negozju ma tistax, fost affarijiet oħra twettaq, jew f’isimha stess jew permezz ta’ aġent, attività ta’ negozju li jridu jinżammu l-kontijiet għaliha, u lanqas ma tista’ tistabbilixxi jew tieħu ħsieb kumpanija.

10.2. Riorganizzazzjoni ta’ intrapriża

Il-programm ta’ riorganizzazzjoni ikun fis-seħħ sakemm ikunu onorati l-obbligi stipulati fih. Il-programm ta’ riorganizzazzjoni jista’ jkun itterminat b’deċiżjoni tal-qorti fejn id-debitur jonqos milli josserva l-programm u dak in-nuqqas ma jkunx insinifikanti. Il-programm ta’ riorganizzazzjoni ikun itterminat ukoll fejn id-debitur ikun iddikjarat fallut qabel ma jitwettaq il-programm has. Il-qorti tista’ wkoll tittermina l-arranġamenti dwar id-dejn fir-rigward ta’ kreditur partikulari kif ikun hemm fil-programm fejn, ngħidu aħna, id-debitur ikun essenzjalment naqas li jonora l-obbligi tiegħu ta’ ħlas fir-rigward ta’ dak il-kreditur.

10.3. Aġġustament tad-djun ta’ individwu privat

Debitur jinħeles mill-aħħar parti ta’ djunu meta l-obbligi stipulati fil-programm tal-ħlas kienu onorati. Il-programm tal-ħlas jista’, madankollu jkun itterminat b’deċiżjoni tal-qorti fejn id-debitur essenzjalment jonqos milli josserva l-programm għall-ebda raġuni aċċettabbli id-debitur jonqos li josserva l-obbligu tiegħu li jikoopera. Il-programm ikun itterminat jekk id-debitur ikun iddikjarat fallut jew imut matul il-programm tal-ħlas. Terminazzjoni tal-programm tirriżulta fir-ristawr tat-termini oriġinali tal-kredituri.

« Falliment - Informazzjoni Ġenerali | Finlandja - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 13-11-2006

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit