Kummissjoni Ewropea > NGE > Falliment > Liġi Komunitarja

L-aħħar aġġornament: 26-09-2006
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Falliment - Liġi Komunitarja

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. L-aġġornament qed jitħejja bħalissa u jkun disponibbli fil-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


L-Unjoni Ewropea ħolqot sistema ta’ koordinazzjoni tal-proċeduri ta’ falliment.

L-Unjoni Ewropea adottat fid-29 ta’ Mejju tas-sena 2000 Regolament dwar il-proċeduri ta’ falliment li daħal fis-seħħ fil-31 ta’ Mejju 2002.

L-għan ewlieni ta’ dan ir-regolament huwa li jevita li l-partijiet (impriżi involuti f’falliment, jiġifieri d-debituri, u l-kredituri) ma jkollhom l-ebda inċentiv li jittrasferixxu l-assi jew il-proċeduri ġudizzjarji minn Stat Membru għall-ieħor sabiex jibbenefikaw minn trattament aktar favorevoli.

Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-regolament huma direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha ħlief fid-Danimarka, jiġifieri jistgħu jiġu eżerċitati d-drittijiet taħt dan ir-Regolament fil-qrati nazzjonali. Dan ir-regolament ma japplikax għall-impriżi ta’ l-assigurazzjoni u l-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ta’ investiment.

Biex jilħaq l-iskop tiegħu, ir-regolament fih regoli komuni dwar il-kompetenza tat-tribunali, ir-rikonoxximent tad-deċiżjonijiet u l-liġi applikabbli, kif ukoll koordinazzjoni obbligatorja tal-proċeduri li jinfetħu f’aktar minn Stat Membru wieħed.
Ir-regolament japplika għall-proċeduri ta’ falliment, li jkun fihom dawn l-elementi li ġejjin:

  • In-natura kollettiva tal-proċeduri ta' falliment; fi kliem ieħor, il-fatt illi d-drittijiet tal-kredituri kollha jiġu eżaminati flimkien fl-istess żmien u bħala konsegwenza ta' dan il-pretensjonijiet individwali jiġu sospiżi.
  • L-insolvenza tad-debitur, jiġifieri l-konstatazzjoni tal-fatt illi mhux possibbli li d-debitur jissodisfa l-obbligi finanzjarji assunti minnu.
  • It-tneħħija tad-drittijiet ta’ amministrazzjoni tad-debitur: il-poteri li jiġġestixxi u li jiddisponi mill-propjetà tiegħu ikunu limitati u kontrollati minn likwidatur.
  • Il-modi ta’ ħatra ta’ likwidatur.

It-tribunali kompetenti biex jibdew il-proċedura ta’ falliment huma dawk ta’ l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu ikun jinstab ‘iċ-ċentru ta’ l-interessi prinċipali tad-debitur’. Fil-każ ta’ kumpanija, normalment dan huwa l-post fejn ikollha l-uffiċċju reġistrat.

Madankollu jistgħu jinbdew proċeduri sekondarji ulterjuri fi Stat Membru ieħor li jkollhom l-iskop li jillikwidaw assi li jkunu jinstabu fi Stat Membru ieħor. Il-liġi ta’ l-Istat Membru li fih jinfetħu l-proċeduri ta' falliment jiddetermina l-effetti kollha ta' tali proċedura.

Id-dispożizzjonijiet tar-regolament jipprevedu illi l-proċeduri miftuħa f’aktar minn Stat Membru wieħed għandhom ikunu koordinati bejniethom, speċjalment permezz ta' kooperazzjoni attiva bejn il-likwidaturi differenti.

FuqFuq

Fl-aħħarnett, kull deċiżjoni meħuda mit-Tribunal kompetenti ta’ Stat Membru fil-proċeduri prinċipali, għandhom ikunu rikonoxxuti mill-ewwel fl-Istati Membri l-oħra mingħajr eżami ulterjuri.

Dokumenti ta’ referenza

  • Regolament tal-Kunsill (KE) nru 1346/2000 tad-29 ta’ Mejju 2000 dwar il-proċeduri ta’ falliment
  • « Stedina biex titressaq talba finanzjarja. Terminu li jrid jiġi rispettat »
    dansk - Deutsch - ελληνικά - English - español - français - italiano - Nederlands - português - suomi - svenska DOC File (DOC File 31 KB)
  • «Produzzjoni ta’ talba finanzjarja »
    dansk - Deutsch - ελληνικά - English - español - français - italiano - Nederlands - português - suomi - svenska DOC File (DOC File 32 KB)

« Falliment - Informazzjoni Ġenerali | Liġi Komunitarja - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 26-09-2006

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit