Kummissjoni Ewropea > NGE > Falliment > Belġju

L-aħħar aġġornament: 04-01-2007
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Falliment - Belġju

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. L-aġġornament qed jitħejja bħalissa u jkun disponibbli fil-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


 

LISTA TAL- KONTENUT

1. X’inhuma t-tipi u l-miri differenti tal-proċedimenti dwar id-djun eċċessiv? 1.
2. X’inhuma l-kondizzjonijiet għall-ftuħ ta’ kull tip ta’ proċediment dwar djun eċċessiv? 2.
3. X’inhu r-rwol tal-parteċipanti differenti f’kull tip ta’ proċediment? 3.
4. X’inhuma l-effetti tal-ftuħ tal-proċedimenti? 4.
5. X’inhuma r-regoli speċifiċi li għandhom x’jaqsmu ma’ ċerti kategoriji ta’ talbiet? 5.
6. X’inhuma r-regoli li għandhom x’jaqsmu ma’ l-atti detrimentali? 6.
7. X’inhuma l-kondizzjonijiet għat-tressiq u l-ammissjoni tat-talbiet? 7.
8. X’inhuma r-regoli li għandhom x’jaqsmu mal-proċedimenti tar-riorganizzazzjoni? 8.
9. X’inhuma r-regoli li għandhom x’jaqsmu mal-proċediment ta’ stralċ? 9.
10. X’inhuma l-kondizzjonijiet għall-għeluq tal-proċediment? 10.

 

1. X’inhuma t-tipi u l-miri differenti tal-proċedimenti dwar id-djun eċċessiv?

L-artikolu 8 ta’ l-Att dwar l-Ipoteki jaqra1: "L-assi tad-debitur għandhom iservu bħala l-garanzija komuni għall-kredituri tiegħu, u l-prezz ta’ dawk l-assi għandu jinqasam bejniethom fuq bażi ekwa, ħlief fejn kredituri speċifiċi jkollhom dritt legali għall-prijorità."

Dejn eċċessiv jimplika li debitur ma jkunx kapaċi jħallas lura d-djun tiegħu lill-kreditur(i) tiegħu. Sabiex jiġi żgurat li l-obbligazzjonijiet tad-debitur lejn il-kredituri tiegħu ma jiġux annullati, hemm proċeduri legali li jippermettu lill-kreditur jikseb ħlas sħiħ jew parzjali.

L-aktar proċeduri importanti dwar id-djun eċċessiv huma l-amministrazzjoni ġudizzjarja, il-falliment u l-ftehim mal-kredituri.

Is-sistema legali Belġjana tagħmel distinzjoni bejn in-nies tan-negozju u n-nies mhux tan-negozju. Bniedem tan-negozju huwa xi ħadd li jwettaq atti kummerċjali bħala l-attività prinċipali jew sekondarja tax-xogħol tiegħu. Il-punt prinċipali dwar l-atti kummerċjali huwa li dawn isiru għall-profitt. In-nies tan-negozju biss jistgħu japplikaw għal amministrazzjoni ġudizzjarja u jiġu ddikjarati falluti.

Il-proċedura tal-falliment hija regolata bl-Att tat-8 ta’ Awwissu 1997 (B.S., 28 ta’ Ottubru 1997, err., B.S., 7 ta’ Frar 2001) bħala xejn aktar minn proċedura ta’ stralċ. L-Att tas-17 ta’ Lulju 1997 (B.S., 28 ta’ Ottubru 1997, err., B.S., 4 ta’ Diċembru 1997) jirregola l-amministrazzjoni ġudizzjarja bħala preliminari għall-falliment. Matul l-amministrazzjoni ġudizzjarja d-debitur huwa protett kontra l-kredituri tiegħu u ħadd ma jista’ japplika biex huwa jkun iddikjarat fallut.

FuqFuq

Il-proċedura tal-ftehim hija regolata bil-Kodiċi Ġudizzjarju (K. Ġud.) għal persuni mhux fin-negozju. Kwalunkwe persuna naturali residenti fil-Belġju li ma tkunx tan-negozju tista’ tapplika għal ftehim jekk ma tkunx kapaċi tħallas id-djun tagħha għal żmien twil u ma tkunx uriet il-ħsieb tagħha li tapplika għal dejn eċċessiv (artikolu 1675/2(1) K. Ġud.).

2. X’inhuma l-kondizzjonijiet għall-ftuħ ta’ kull tip ta’ proċediment dwar djun eċċessiv?

Amministrazzjoni Ġudizzjarja

L-amministrazzjoni ġudizzjarja tista’ tinfetaħ għal kull persuna tan-negozju midjuna li ma tkun uriet ebda sinjal ta’ intenzjoni ħażina jekk ma setgħetx tħallas id-djun tagħha fil-ħin jew jekk diffikultajiet relattivament qosra li jġegħluha tissospendi l-ħlasijiet jheddu s-sopravivenza tan-negozju tagħha (artikolu 9(1) ta’ l-Att dwar l-Amministrazzjoni Ġudizzjarja – JAA). Kondizzjoni oħra hija li l-kumpanija tkun tista’ titreġġa’ lura għas-saħħa finanzjarja u l-profitt (artikolu 9(2) JAA).

L-applikazzjoni għall-amministrazzjoni ġudizzjarja tista’ ssir mid-debitur bil-miktub lill-Qorti Kummerċjali (artikolu 11(1) JAA). Il-Prosekutur Irjali jista’ jibda wkoll il-proċedura b’ċitazzjoni (artikolu 11(2) JAA).

Ir-reġisru tal-Qorti Kummerċjali fih informazzjoni siewja dwar nies tan-negozju b’diffikultajiet ta’ ħlas, aċċessibbli biss għall-Prosekutur Irjali u għall-persuna tan-negozju nnifisha (artikolu 5 JAA). L-Att isejjaħ din il-kollezzjoni tad-data.

Falliment

Persuna tan-negozju tkun fi stat ta’ falliment jekk tissodisfa żewġ kondizzjonijiet: trid tkun waqqfet il-ħlasijiet għal żmien twil u ma tkunx fdata (artikolu 2(1) ta’ l-Att dwar il-Falliment).

FuqFuq

Il-proċedimenti tal-falliment jistgħu jitressqu fil-Qorti Kummerċjali fuq applikazzjoni tad-debitur innifsu jew fuq ċitazzjoni minn kreditur wieħed jew aktar, is-servizz tal-prosekuzzjoni, ir-riċevitur maħtur mill-qorti jew likwidatur fil-każ ta’ proċediment territorjali internazzjonali dwar djun eċċessiv fl-Unjoni Ewropea (artikolu 6 ta’ l-Att dwar il-Fallimenti). Il-qorti m’għadiex tista’ tiddikjara persuna falluta minn rajha.

Il-qorti m’għandhiex għalfejn tiddikjara persuna falluta mill-ewwel. Hija tista’ tipposponi d-deċiżjoni tagħha sa ħmistax-il ġurnata sabiex tagħti lill-persuna tan-negozju jew lis-servizz tal-prosekuzzjoni ż-żmien biex japplikaw għall-amministrazzjoni ġudizzjarja (artikolu 7 ta’ l-Att dwar il-Fallimenti).

L-Artikolu 10 ta’ l-Att dwar il-Fallimenti jistabbilixxi li l-applikazzjoni tad-debitur trid tkun akkumpanjata mill-bilanċ finanzjarju, il-kotba tal-kontijiet, il-lista tal-ħaddiema u lista li tagħti l-ismijiet u l-indirizzi tal-klijenti u tal-fornituri.

3. X’inhu r-rwol tal-parteċipanti differenti f’kull tip ta’ proċediment?

Amministrazzjoni Ġudizzjarja

Il-qorti li għandha l-ġurisdizzjoni materjali hija l-qorti kummerċjali. Il-qorti bil-ġurisdizzjoni territorjali hija l-qorti għad-distrett ġudizzjarju fejn id-debitur kellu l-istabbiliment prinċipali tiegħu jew, fil-każ ta’ assoċjazzjoni, l-uffiċċju ċentrali tagħha, fil-ġurnata li fiha bdew il-proċedimenti għall-amministrazzjoni ġudizzjarja (artikolu 53 JAA). Il-qorti tiddeċiedi dwar l-applikazzjoni għall-amministrazzjoni ġudizzjarja (artikolu 14 JAA), tippermetti s-sospensjoni temporanja tal-ħlasijiet (artikolu 15(1)(1) JAA), taħtar riċevitur wieħed jew aktar (artikolu 15(1)(2) JAA), u f’każi xierqa tawtorizza s-sospensjoni definittiva tal-ħlasijiet (artikolu 33(1) JAA).

FuqFuq

Ir-riċevitur għandu rwol fundamentali. Huwa għandu r-rwol li jassisti lid-debitur fil-ġestjoni ta’ l-assi tiegħu, taħt is-superviżjoni tal-qorti (artikolu 19(1) JAA). Huwa jirrapporta kull meta dan ikun mitlub miċ-ċirkostanzi kull meta l-qorti hekk titlob (artikolu 19(1) JAA). Ir-rekwiżiti fil-konfront tar-riċevitur jirrigwardaw l-assigurazzjoni ta’ l-imparzjalità u l-awtonomija, l-esperjenza fit-tmexxija tan-negozju u l-kontabilità u l-osservanza ta’ kodiċi ta’ prinċipji professjonali (artikolu 19(2) JAA).

Il-kompiti speċifiċi tar-riċevitur huma li jassisti lid-debitur fit-tħaddim tal-pjan tiegħu ta’ rkupru jew ħlasijiet (artikolu 29(1(2) JAA), li jikkontrolla u jissorvelja l-pjan u l-proċedura ta’ l-amministrazzjoni (artikolu 36(1) JAA), li jirrapporta lill-qorti dwar l-implimentazzjoni tal-pjan u l-amministrazzjoni (artikolu 36(2) JAA) u li jirrapporta lill-qorti fit-tmiem tal-proċedura ta’ amministrazzjoni (artikolu 40(1) JAA). Ir-riċevitur irid jifli wkoll id-dikjarazzjonijiet kollha li jidħlu tat-talbiet mill-kredituri, megħjun mid-debitur (artikolu 26 JAA).

Id-dmir tad-debitur huwa li jfassal pjan ta’ rkupru jew ħlasijiet (artikolu 29 JAA). Huwa suġġett għal prosekuzzjoni kriminali jekk intenzjonalment jaħbi, jiddikjara anqas jew żejjed parti mill-assi jew l-obbligi tiegħu jew jekk konxjament jipprovdi informazzjoni żbaljata (artikolu 46 JAA). Id-debitur ma jista’ jinvolvi ruħu f’ebda forma ta’ qerq. Lanqas ma jista’ jwettaq azzjonijiet ta’ tmexxija jew ta’ teħid tad-deċiżjonijiet mingħajr l-approvazzjoni tar-riċevitur (artikolu 15(1)(3) JAA).

Il-kreditur għandu d-dritt li jinstema’ mill-qorti (artikolu 13 JAA), li jikkonsulta l-fajl dwar il-każ mingħajr ħlas u li jirċievi kopja tiegħu fuq ħlas ta’ l-ispejjeż lir-reġistru tal-qorti (artikolu 18(2) JAA), li japplika għat-twaqqif tas-sospensjoni tal-ħlasijiet jekk it-talbiet tiegħu ma jiġux sodisfatti (artikolu 37(1)(2) JAA), u li jkollu l-pjan emendat jekk huwa jkun jista’ juri li l-implimentazzjoni tiegħu tkun se toħloqlu diffikultajiet serji (artikolu 38(2) JAA).

FuqFuq

Falliment

Il-qorti li għandha l-ġurisdizzjoni materjali hija l-qorti kummerċjali. Il-qorti bil-ġurisdizzjoni territorjali hija l-qorti għad-distrett ġudizzjarju fejn id-debitur kellu l-istabbiliment prinċipali tiegħu jew, fil-każ ta’ assoċjazzjoni, l-uffiċċju ċentrali tagħha, fil-ġurnata li fiha bdew il-proċedimenti tal-falliment (artikolu 115 ta’ l-Att dwar il-Fallimenti). Fis-sentenza tagħha li tiddikjara l-persuna falluta, il-qorti taħtar likwidatur wieħed jew aktar fil-falliment (artikolu 11(1) ta’ l-Att dwar il-Fallimenti).

Ir-riċevitur ġudizzjarju huwa responsabbli b’mod partikolari sabiex jissorvelja l-ġestjoni u l- istralċ tal-falliment u biex iħaffef l-azzjonijiet kollha neċessarji. Huwa jirrapporta lill-qorti dwar it-tilwim kollu li joħroġ mill-falliment (ħlief għal tilwim dwar it-talbiet li għandhom jiddaħħlu fid-djun). Huwa jordna dawk il-miżuri urġenti li jkunu meħtieġa biex jipproteġu l-assi fil-beni tal-fallut u jippresjedi l-laqgħat tal-kredituri (artikolu 35 ta’ l-Att dwar il-Fallimenti).

Il-likwidaturi jridu jkunu avukati b’taħriġ speċjali li joffru assigurazzjonijiet speċifiċi dwar l-affidabilità b’rabta mal-proċeduri ta’ stralċ (artikolu 27(2) ta’ l-Att dwar il-Fallimenti). Kull sena huma jipprovdu lir-riċevitur ġudizzjarju b’rapport sħiħ dwar il-qagħda tal-falliment (artikolu 34(1) ta’ l-Att dwar il-Fallimenti. Il-likwidaturi jamministraw il-patrimonju fallut taħt is-sorveljanza tar-riċevitur ġudizzjarju (artikolu 40 ta’ l-Att dwar il-Fallimenti) u jipproduċu l-inventarju tal-patrimonju (artikolu 43(1) ta’ l-Att dwar il-Fallimenti). Huma jirrappreżentaw lill-kredituri bl-eċċezzjoni ta’ dawk magħrufa bħala s-separatisti (possessuri ta’ garanziji, ipoteki u kredituri prijoritarji).

FuqFuq

Taħt l-artikolu 9 ta’ l-Att dwar il-Fallimenti d-debitur irid jagħmel dikjarazzjoni lir-reġistratur tal-Qorti Kummerċjali li huwa waqqaf il-ħlasijiet. Huwa jiġi awtomatikament skwalifikat milli jamministra l-patrimonju fallut (artikolu 16(1) ta’ l-Att dwar il-Fallimenti), li jitpoġġa taħt il-kontroll tal-likwidaturi. Iżda huwa stabbilit b’mod espliċitu li ċerti assi mhumiex koperti bil-falliment, fosthom oġġetti meħtieġa għax-xogħol tiegħu u l-ammonti u oġġetti esklużi mill-proċedimenti tal-falliment mill-Kodiċi Ġudizzjarju.

Il-kredituri mhux rappreżentati mir-riċevituri, jiġifieri l-kredituri mhux assigurati u ta’ prijorità ġenerali, huma intitolati għal proporzjon ġust ta’ l-assi tal-fallut wara li jitnaqqsu l-ispejjeż għall-amministrazzjoni tal-patrimonju u l-ħlasijiet lill-kredituri prijoritarji (artikolu 99 ta’ l-Att dwar il-Fallimenti). Is-separatisti jaġixxu waħedhom fit-tfittxija tas-sodisfazzjon għat-talbiet tagħhom (ara taħt).

4. X’inhuma l-effetti tal-ftuħ tal-proċedimenti?

5. X’inhuma r-regoli speċifiċi li għandhom x’jaqsmu ma’ ċerti kategoriji ta’ talbiet?

Amministrazzjoni Ġudizzjarja

L-amministrazzjoni ġudizzjarja għall-ewwel iġġib sospensjoni proviżorja tal-ħlasijiet għal perjodu ta’ osservazzjoni sa sitt xhur (artikolu 15(1(1)JAA). Id-debitur jista’ b’hekk jiġi suġġett għal inkapaċità parzjali fuq skala stabbilita mill-qorti fuq il-bażi tal-ħtiġijiet tal-qagħda prattika. Iżda huwa impossibbli għall-poter kollu li jamministra u jiddisponi mill-assi tiegħu li għandhom jiġu trasferiti għar-riċevitur. Huwa jista’ jingħata biss rwol ta’ assistenza u/jew superviżjoni.

FuqFuq

Id-drittijiet tal-kredituri għall-infurzar huma wkoll sospiżi: il-miżuri ta’ infurzar li jkunu diġà mibdija ma jistgħux ikomplu u l-ebda kreditur ma jista’ jieħu miżuri ġodda. Sekwestri u qbid huma impossibbli matul il-perjodu ta’ osservazzjoni (artikolu 22 JAA).

Il-kittieba akkademiċi jikklassifikaw il-kredituri f’kategoriji differenti, bid-distinzjoni prinċipali tkun bejn il-kredituri ġenerali (ġeneralisti) u l-kredituri speċjali (separatisti). Il-ġeneralisti huma kredituri mhux assigurati u ta’ prijorità ġenerali. Is-separatisti jinkludu l-kredituri prijoritarji, possessuri ta’ garanziji u ta’ ipoteki.

Il-ġeneralisti huma marbuta bil-pjan ta’ rkupru u ħlasijiet u suġġetti għalih, filwaqt li għas-separatisti dan jgħodd biss jekk ikunu ffirmaw għalih b’mod espliċitu u individwali. Is-separatisti ma jistgħu jieħdu ebda miżuri oħra ta’ infurzar: miżuri simili huma sospiżi. Iżda huma jistgħu jitolbu sigurtajiet addizzjonali fejn ikunu jistgħu juru li s-sigurtà eżistenti tagħhom tista’ ġġarrab tnaqqis sostanzjali fil-valur.

Falliment

Minn dakinhar li l-qorti kummerċjali tagħti l-ordni tal-falliment, il-fallut jitlef awtomatikament il-kontroll kollu fuq l-assi tiegħu (artikolu 16(1) ta’ l-Att dwar il-Fallimenti). Il-likwidaturi jieħdu l-kontroll tal-patrimonju bil-kompitu li jistralċawh.

Il-likwidazzjoni tikkonsisti fir-realizzazzjoni ta’ l-assi li jinsabu fil-patrimonju bil-għan li jiġu sodisfatti t-talbiet tal-kredituri tal-fallut. Fejn hemm diversi kredituri, dawn huma magħrufa bħala kredituri konkorrenti. Fil-prinċipju huma kollha intitolati għal trattament ugwali (taħt l-artikolu 8 ta’ l-Att dwar l-Ipoteki), sakemm ma jkunx hemm raġunijiet legali sabiex tingħata prijorità. Ir-raġunijiet legali sabiex tingħata prijorità huma l-garanziji u l-ipoteki. Il-klawsoli tad-dritt fuq il-proprjetà għall-benefiċċju ta’ kredituri mhux imħallsa u sigurtajiet tanġibbli bħal kapparri jpoġġu kreditur f’posizzjoni aktar b’saħħitha minn kredituri oħra.

FuqFuq

Il-kittieba akkademiċi jikklassifikaw il-kredituri f’kategoriji differenti, bid-distinzjoni prinċipali tkun bejn il-kredituri ġenerali (ġeneralisti) u l-kredituri speċjali (separatisti). Il-ġeneralisti huma kredituri mhux assigurati (immexxija bir-regola tat-tqassim ugwali) u kredituri ta’ prijorità ġenerali u huma rrappreżentati mil-likwidatur. Iżda huma jkollhom jistennew fil-kju wara s-separatisti fit-tqassim ta’ l-assi fil-patrimonju tal-fallut. Is-separatisti jridu jiddefendu t-talbiet tagħhom infushom u mhumiex rappreżentati mir-riċevitur. Dawn jinkludu l-kredituri prijoritarji, il-possessuri tal-garanziji u ta’ l-ipoteki.

Sabiex ikun żgurat li l-kredituri ġenerali fil-fatt jiġu trattati b’mod ugwali, huwa impossibbli għal xi wieħed minnhom, ladarba d-drittijiet tagħhom ikunu ġew aċċertati fil-ftehim, li japplika prattiċi sabiex itejjeb il-posizzjoni tiegħu. Għalhekk huwa impossibbli għalihom li japplikaw għas-sekwestru ta’ l-assi tal-fallut kemm temporanjament kif ukoll permezz ta’ infurzar (ara l-artikolu 24-25 ta’ l-Att dwar il-Fallimenti).

Is-separatisti huma suġġetti għall-prinċipju li l-miżuri kollha ta’ infurzar meħuda sabiex jinkiseb ħlas tat-talbiet tagħhom huma bażikament sospiżi (artikolu 26 ta’ l-Att dwar il-Fallimenti).

Bejjiegħa mhux imħallsa ta’ proprjetà immobbli li tkun għadha fil-patrimonju kif inhi u li ma tkunx ġiet inkorporata wara l-qalba fil-valur monetarju jistgħu jkunu s-suġġett ta’ dritt fuq il-bejgħ ta’ proprjetà (artikolu 101 ta’ l-Att dwar il-Fallimenti).

Taħt l-artikolu 21 tar-Regolamenti dwar id-Djun Eċċessiv, kulfejn jinbdew proċedimenti dwar djun eċċessiv barra l-pajjiż u d-debitur ikollu stabbiliment fil-Belġju, il-punti ewlenin ta’ l-ordni li tiftaħ il-proċedimenti dwar id-djun eċċessiv u l-identità tal-likwidatur jiġu mxandra fil-Gazzetta Uffiċjali Belġjana (artikolu 3(2) ta’ l-Att dwar il-Fallimenti).

FuqFuq

Is-sentenzi li jiddikjaraw falliment, itemmu falliment, jagħlqu l-fallut, jiddikjaraw li l-fallut qiegħed jew mhux qiegħed taħt protezzjoni u jiddikjaraw ir-riabilitazzjoni tal-fallut jiġu mxandra fir-Reġistru Kummerċjali (artikolu 23(1)(12°) ta’ l-Att tas-16.1.2003 li jistabbilixxi Reġistru Kummerċjali, jimmodernizza r-Reġistru tal-Kumpaniji, jistabbilixxi ċentri ta’ kuntatt kummerċjali u jistabbilixxi disposizzjonijiet varji).

6. X’inhuma r-regoli li għandhom x’jaqsmu ma’ l-atti detrimentali?

Amministrazzjoni Ġudizzjarja

Matul il-perjodu ta’ amministrazzjoni ġudizzjarja l-leġislazzjoni ma tistabbilixxix perjodu ta’ suspett. Hemm perjodu ta’ osservazzjoni matul is-sospensjoni proviżorja tal-ħlasijiet (artikolu 15(1) JAA). Bħala regola dan m’għandux jaqbeż is-sitt xhur iżda jista’ jiġi mġedded darba sa tliet xhur (artikolu 23 JAA).

Falliment

Il-perjodu tas-suspett huwa regolat bl-artikolu 12(6) ta’ l-Att dwar il-Fallimenti. Fil-prinċipju dan huwa perjodu ta’ mhux aktar minn sitt xhur qabel is-sentenza li tiddikjara l-falliment. Iż-żmien jibda mill-mument meta n-negozjant ma jkunx jista’ jħallas aktar id-djun tiegħu sal-ġurnata meta l-qorti kummerċjali tiddikjarah fallut. Id-data għat-twaqqif tal-ħlasijiet tista’ tkun antiċipata biss meta jkun hemm ċirkostanzi oġġettivi serji li minnhom ikun evidenti li l-ħlasijiet se jieqfu qabel id-data tal-falliment.

Negozjant li jkun riesaq lejn il-falliment jista’ jitħajjar jagħmel affarijiet li kieku għandu mnejn ma kienx jagħmilhom. Il-likwidatur jista’ f’dak il-każ jitlob li t-transazzjonijiet ikunu ddikjarati mhux validi. Huwa jkun jista’ mbagħad jirkupra l-assi li l-fallut ikun neħħa jew biegħ bl-irħis iżżejjed. L-iskop huwa li tkun ipprovduta l-akbar assigurazzjoni possibbli ta’ trattament ugwali lill-kredituri kollha rappreżentati mil-likwidatur.

FuqFuq

7. X’inhuma l-kondizzjonijiet għat-tressiq u l-ammissjoni tat-talbiet?

Amministrazzjoni Ġudizzjarja

Matul il-perjodu ta’ osservazzjoni r-riċevitur ġudizzjarju jrid jinvestiga wkoll id-dikjarazzjonijiet tat-talbiet magħmula mid-debitur. Meta jagħmel dan irid josserva r-regoli stabbiliti bl-artikoli 26 ff. JAA.

Sakemm ma tkun ittieħdet ebda deċiżjoni dwar talba kkontestata, it-talba tiddaħħal proviżjonalment fil-proċedura tal-ħlas, fuq talba tar-riċevitur ġudizzjarju u għal ammont stabbilit mill-qorti, u tkun ikkunsidrata meta jiġi stabbilit il-pjan (artikolu 27(3) JAA).

Falliment

Il-kredituri jridu jirreġistraw it-talbiet tagħhom mhux aktar tard minn data stabbilita fid-dikjarazzjoni tal-falliment. Il-kredituri jiġu mgħarrfin b’dan permezz ta’ notifikazzjoni fil-Gazzetta Uffiċjali Belġjana ta’ silta mid-dikjarazzjoni tal-falliment u b’ċirkulari maħruġa mil-likwidatur hekk kif ikunu magħrufa l-kredituri (artikolu 62 ta’ l-Att dwar il-Fallimenti). It-talbiet jiġu verifikati mil-likwidatur fil-preżenza tal-fallut jew ta’ l-anqas wara li dan ikun intalab biex jidher (artikolu 65 ta’ l-Att dwar il-Fallimenti).

Kredituri mhux assigurati u kredituri ta’ prijorità ġenerali jridu jistennew fil-kju wara l-kredituri ta’ prijorità speċjali, possessuri ta’ garanziji u ipoteki fit-tqassim ta’ l-assi fil-patrimonju tal-fallut.

8. X’inhuma r-regoli li għandhom x’jaqsmu mal-proċedimenti tar-riorganizzazzjoni?

Amministrazzjoni Ġudizzjarja

Matul il-perjodu ta’ osservazzjoni ma jistgħu jittieħdu jew jiġu applikati l-ebda miżuri ta’ infurzar kontra assi mobbli jew immobbli. Din is-sospensjoni tapplika għall-kredituri kollha, irrispettivament mis-sigurtà li jistgħu jkunu għamlu, u minn kull talba kontra li ssir minn kreditur li jkun is-sid ta’ proprjetà. Is-sospensjoni ma tapplikax għall-benefiċċju tad-debituri konġunti jew tal-garanti tad-debitur (artikolu 21(1)(1) JAA).

FuqFuq

Il-liġi tipprovdi li l-qorti, fuq applikazzjoni minn kredituri li jkunu s-sidien ta’ proprjetà, kredituri ta’ prijorità speċjali, possessuri ta’ ipoteki jew garanziji li jistgħu juru li s-sigurtà jew proprjetà tagħhom qiegħda jew tista’ ġġarrab tnaqqis serju fil-valur, tista’ tagħtihom sigurtà addizzjonali fuq il-bażi ta’ l-ammont tat-talba tagħhom (artikolu 21, (1)(2) JAA).

Lanqas ma jistgħu jiġu ordnati sekwestri jew qbid matul il-perjodu ta’ osservazzjoni. L-ordnijiet ta’ sekwestru li jkunu saru qabel is-sospensjoni tal-ħlasijiet jibqgħu validi bħala miżuri proviżorji iżda l-qorti kummerċjali tista’, jekk iċ-ċirkostanzi jitolbu dan, tissospendi t-tħaddim tagħhom wara li tisma’ l-veduti tad-debitur, tal-kreditur u tar-riċevitur (artikolu 22 JAA).

L-ordni li tissospendi t-tħaddim taqa’, u l-kredituri jiksbu lura d-drittijiet sħaħ tagħhom, jekk l-interess u l-ħlasijiet fuq it-talbiet għall-perjodu wara l-ftehim ma jitħallsux.

Is-sentenza li tawtorizza s-sospensjoni temporanja ma ttemmx ftehim li wieħed ikun daħal fih qabel dik id-data (artikolu 28 JAA).

Jekk it-trasferiment ta’ l-intrapriża jgħin sabiex jitħallsu lura l-kredituri u b’hekk ikunu jistgħu jiġu ppreservati l-attività kummerċjali u l-impjiegi, il-qorti tista’ tawtorizza lir-riċevitur ġudizzjarju sabiex jittrasferixxi l-intrapriża b’mod sħiħ jew parzjali (artikolu 41(1) JAA).

Fit-tmiem tal-perjodu tan-negozjati, meta r-riċevitur ikun investiga l-proposti differenti ta’ kontroll u ddiskutihom ma’ l-organi ta’ amministrazzjoni ta’ l-intrapriża u mar-rappreżentanti tal-ħaddiema (artikolu 41(2°) JAA), ir-riċevitur jagħmel proposta lill-qorti għat-trasferiment sħiħ jew parzjali ta’ l-intrapriża għall-approvazzjoni. Qabel ma l-qorti tagħti d-deċiżjoni tagħha, hija tikkonsulta ma’ rappreżentanti ta’ l-amministrazzjoni u tal-ħaddiema.

FuqFuq

Jekk ikun propost it-trasferiment ta’ l-intrapriża sħiħa, il-qorti tista’ tapprovah biss jekk aktar minn nofs il-kredituri li jkunu rreġistraw it-talbiet tagħhom, ħadu sehem fil-vot u jirrappreżentaw aktar minn nofs it-talbiet totali bil-valur, jaqblu. Jirriżulta mill-konsultazzjoni mal-kredituri li t-trasferiment ta’ intrapriża sħiħa jista’ jsir biss wara li t-talbiet kollha reġistrati jkunu ġew ivverifikati.

Falliment

L-uniku skop tal-proċedura tal-falliment huwa l-likwidazzjoni ta’ l-assi fil-patrimonju tal-fallut għall-benefiċċju tal-kredituri tiegħu. L-intrapriża falluta tgħib mix-xena ekonomika u legali.

9. X’inhuma r-regoli li għandhom x’jaqsmu mal-proċediment ta’ stralċ?

Amministrazzjoni Ġudizzjarja

L-iskop ta’ amministrazzjoni ġudizzjarja huwa li tiżgura li intrapriża f’diffikultajiet tgawdi protezzjoni f’waqtha u b’hekk tkun tista’ tevita l-falliment. Sakemm tkun għaddejja l-amministrazzjoni ġudizzjarja, ma hemm l-ebda kwistjoni ta’ stralċ.

Falliment

Il-proċedura sħiħa tal-falliment mis-sentenza li tiddikjara l-falliment hija mmirata għall-istralċ ta’ l-assi fil-patrimonju tal-fallut. Għalhekk, kull ma hu miktub hawnhekk b’rabta mal-falliment japplika awtomatikament u neċessarjament għall-istralċ

Tista’ ssir referenza b’mod partikolari għar-regoli li ġejjin. Kull sena, u għall-ewwel tnax-il xahar minn meta jassumu l-inkarigu, il-likwidaturi jipprovdu lir-riċevitur ġudizzjarju b’rapport dettaljat dwar is-sitwazzjoni tal-falliment (artikolu 34 ta’ l-Att dwar il-Fallimenti). Ir-riċevitur ġudizzjarju jirrapporta wkoll dwar kwistjonijiet li jinqalgħu mill-falliment u jordna miżuri urġenti fejn dawn ikunu meħtieġa sabiex jiġu assigurati l-assi fil-patrimonju (artikolu 35 ta’ l-Att dwar il-Fallimenti).

FuqFuq

Ir-riċevitur ġudizzjarju jsejjaħ lill-fallut biex jisma’ x-xhieda tiegħu, fil-preżenza tal-likwidaturi, dwar kif l-assi jistgħu jintużaw l-aħjar. Isir rapport formali dwar is-smigħ. Il-likwidaturi jbigħu l-proprjetà immobbli tiegħu, jinnegozjaw fi proprjetà kummerċjali u mobbli, soġġetti għal sorveljanza mir-riċevitur ġudizzjarju u skond l-artikoli 51 u 52, mingħajr ma jkunu obbligati li jsejħu lill-fallut kull darba (artikolu 75(1) ta’ l-Att dwar il-Fallimenti).

Waqt l-istralċ tan-negozju tal-fallut, il-qorti, jekk il-likwidaturi jitolbu dan, tista’ tattwa trasferiment ta’ intrapriża fuq termini stabbiliti kontrattwalment mill-partijiet. Dan it-trasferiment jista’ jintalab jew mil-likwidaturi jew wara l-għeluq tal-falliment (artikolu 75(4) ta’ l-Att dwar il-Fallimenti) minn kwalunkwe persuna b’interess fil-kwistjoni.

F’każijiet xierqa r-riċevitur ġudizzjarju jordna tqassim bejn il-kredituri u jistabbilixxi l-ammont. Kull ħlas li jsir b’ordni jew fil-kunsens tar-riċevitur ġudizzjarju jirrappreżenta ċessjoni għal-likwidaturi (artikolu 77 ta’ l-Att dwar il-Fallimenti).

10. X’inhuma l-kondizzjonijiet għall-għeluq tal-proċediment?

Amministrazzjoni Ġudizzjarja

Jekk il-qorti kummerċjali tapprova s-sospensjoni definittiva tal-ħlasijiet, id-debitur ikun meħlus definittivament mit-talbiet kollha reġistrati fil-pjan ta’ rkupru u ħlasijiet ladarba dan jiġi implimentat b’mod sħiħ (artikolu 35(3) JAA). Id-debitur jista’ għalhekk jitlaq b’rekord nadif u, jekk id-debitur tkun kumpanija jew ditta kummerċjali, din tista’ tkompli topera.

FuqFuq

Jekk il-qorti kummerċjali ma tapprovax is-sospensjoni definittiva tal-ħlasijiet, tista’, fl-istess sentenza, tiddikjara lid-debitur fallut wara li tisma’ x-xhieda tiegħu dwar il-kundizzjonijiet tal-falliment (artikolu 33(1) JAA).

Falliment

Il-proċedura tal-falliment m’hi xejn aktar minn mekkaniżmu ta’ stralċ. Il-qorti għall-ewwel issolvi tilwim dwar il-kontijiet u ttejjibhom jekk tkun tista’. Imbagħad, fuq proposta tar-riċevitur ġudizzjarju, hija tordna l-għeluq tal-falliment. Ir-riċevitur ġudizzjarju jirrapporta lill-uffiċċju ta’ l-imħallef dwar id-deliberazzjonijiet tal-kredituri dwar il-kwistjoni tal-protezzjoni li għandu jgawdi l-fallut u dwar iċ-ċirkostanzi tal-falliment (artikolu 80 ta’ l-Att dwar il-Fallimenti).

Wara li jiġi magħluq il-falliment, hija r-regola ġenerali li l-fallut ikun intitolat għal protezzjoni jekk huwa jkun persuna naturali (jiġifieri mhux assoċjazzjoni), ma jkollu l-ebda rekord kriminali u jkun aġixxa b’mod pjuttost korrett bħala persuna responsabbli. L-effett tal-protezzjoni huwa li d-djun tiegħu kollha jiġu mħassra u l-persuni naturali li qagħdu bħala garanti mingħajr ħlas għall-fallut jinħelsu mill-obbligi tagħhom. Il-ħelsien mogħti lill-fallut, billi huwa persuna naturali, huwa validu wkoll għall-konjuġi jekk dan jew din ikunu qablu li jkunu ko-debituri (artikoli 81-82 ta’ l-Att dwar il-Fallimenti).

Fallut li jkun eliġibbli għal protezzjoni issa jkollu l-possibbiltà li jidħol f’attività kummerċjali ġdida u jkun meqjus li huwa riabilitat (artikolu 110 ta’ l-Att dwar il-Fallimenti). Fallut li ma jkunx iddikjarat eliġibbli għal protezzjoni jista’ japplika għal riabilitazzjoni jekk huwa jkun ħallas is-somom kollha li jkun ġie ordnat iħallas (artikolu 109(1) ta’ l-Att dwar il-Fallimenti).

Ir-reġistratur jgħarraf lill-fallut bis-sentenza li ttemm il-proċedimenti tal-falliment. Il-qorti tista’ tordna wkoll li silta mis-sentenza li ttemm il-proċedimenti tal-falliment tkun ippubblikata fil-Gazzetta Uffiċjali Belġjana. Is-sentenza trid tkun ippubblikata jekk il-qorti tiddikjara lill-fallut eliġibbli għal protezzjoni (artikolu 80 ta’ l-Att dwar il-Fallimenti).

It-tmiem tal-falliment iġib fit-tmiem il-funzjonijiet tal-likwidaturi, ħlief għall-azzjoni meħtieġa biex ikun attwat it-tmiem, u jirrappreżenta liberazzjoni ġenerali għalihom.

Aktar tagħrif

1 Aċċessibbli fuq www.just.fgov.be Deutsch - français - Nederlands taħt "geconsolideerde wetgeving/législation consolidée"; cf. Kodiċi Ċivili, artikolu 2091.

« Falliment - Informazzjoni Ġenerali | Belġju - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 04-01-2007

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit