Kummissjoni Ewropea > NGE > Liġi applikabbli > Latvja

L-aħħar aġġornament: 22-04-2009
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Liġi applikabbli - Latvja

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. L-aġġornament qed jitħejja bħalissa u jkun disponibbli fil-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


 

LISTA TAL- KONTENUT

I. Sorsi tal-liġi I.
I.1. Leġiżlazzjoni nazzjonali I.1.
I.2. Konvenzjonijiet multilaterali  I.2.
I.3. Konvenzjonijiet bilaterali I.3.
II. Applikazzjoni ta’ regoli f’każ ta’ kunflitt ta’ liġijiet   II.
II.1. Applikazzjoni uffiċjali ta’ regoli f’każ ta’ kunflitt ta’ liġijiet II.1.
III. Regoli f’każ ta’ kunflitt ta’ liġijiet   III.
III.1. Personalità legali III.1.
III.2. Paternità, parentela bejn ġenituri u tfal, u adozzjoni III.2.
III.3. Żwieġ, sħubija, divorzju III.3.
III.4. Sjieda tal-propjetà tal-miżżewġin  III.4.
III.5. Suċċessjoni III.5.
III.6. Drittijiet propjetarji III.6.
III.7. Insolvenza III.7.

 

I. Sorsi tal-liġi

I.1. Leġiżlazzjoni nazzjonali

Il-ġerarkija tal-leġiżlazzjoni hi organizzata skont il-forza legali tan-normi tagħha. Il-forza legali tal-leġiżlazzjoni maħruġa minn istituzzjoni tista' tvarja skont il-proċedura wżata biex isir dan. Il-forza legali tiddetermina jekk in-normi li hemm f'biċċa leġiżlazzjoni għandhomx jingħataw prevalenza fuq in-normi inqas importanti li huma subordinati għal normi iżjed importanti.

Il-leġiżlazzjoni fil-Latvja hi soġġetta għall-ġerarkija li ġejja:

  1. il-Kostituzzjoni (Satversme) tar-Repubblika tal-Latvja;
  2. liġijiet adottati mill-Parlament (is-Saeima), normi legali internazzjonali ratifikati minnha u liġijiet dwar l-approvazzjoni tal-ftehim internazzjonali;
  3. Regolamenti tal-Kabinett effettivi bħala Atti;
  4. Regolamenti tal-Kabinett u normi legali internazzjonali approvati mill-Kabinett;
  5. regolamenti obbligatorji tal-awtorità lokali.

I.2. Konvenzjonijiet multilaterali  

  • Konvenzjoni ta’ Ruma tal-1980 dwar il-Liġi Applikabbli għall-Obbligi Kuntrattwali;
  • Il-Konvenzjoni tal-Aja tal-1 ta’ Marzu 1954 relatata mal-Proċedura Ċivili;
  • Il-Konvenzjoni tal-Aja tal-15 ta’ Novembru 1965 dwar in-Notifika Barra mill-Pajjiż ta’ Dokumenti Ġudizzjarji u Ekstraġudizzjarji fi Kwistjonijiet Ċivili u Kummerċjali;
  • Il-Konvenzjoni tal-Aja tat-18 ta’ Marzu 1970 dwar l-aċċess internazzjonali għall-ġustizzja;
  • Il-Konvenzjoni tal-Aja tal-25 ta’ Ottubru 1980 dwar it-Teħid ta’ Evidenza Barra mill-Pajjiż fi Kwistjonijiet Ċivili u Kummerċjali.

I.3. Konvenzjonijiet bilaterali

  • Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Latvja u l-Federazzjoni Russa dwar l-Assistenza Legali u r-Relazzjonijiet Legali fi Kwistjonijiet Ċivili, tal-Familja u Kriminali;
  • Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Latvja u r-Repubblika tal-Belarus dwar l-Assistenza Legali u r-Relazzjonijiet Legali fi Kwistjonijiet Ċivili, tal-Familja u Kriminali;
  • Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Latvja u r-Repubblika tal-Użbekistan dwar l-Assistenza Legali u r-Relazzjonijiet Legali fi Kwistjonijiet Ċivili, tal-Familja u Kriminali;
  • Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Latvja u r-Repubblika Kirgiża dwar l-Assistenza Legali u r-Relazzjonijiet Legali fi Kwistjonijiet Ċivili, tal-Familja u Kriminali;
  • Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Latvja u r-Repubblika tal-Moldovja dwar l-Assistenza Legali u r-Relazzjonijiet Legali fi Kwistjonijiet Ċivili, tal-Familja u Kriminali;
  • Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Latvja l-Ukrajna dwar l-Assistenza Legali u r-Relazzjonijiet Legali fi Kwistjonijiet Ċivili, tal-Familja u Kriminali;
  • Ftehim dwar Assistenza Legali u Relazzjonijiet Legali bejn ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Estonja u r-Repubblika tal-Litwanja;
  • Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Latvja u r-Repubblika tal-Polonja dwar l-Assistenza Legali u r-Relazzjonijiet Legali fi Kwistjonijiet Ċivili, tal-Familja u Kriminali.

II. Applikazzjoni ta’ regoli f’każ ta’ kunflitt ta’ liġijiet  

II.1. Applikazzjoni uffiċjali ta’ regoli f’każ ta’ kunflitt ta’ liġijiet

Fejn il-liġi tal-Latvja tippermetti l-applikazzjoni tal-liġi ta’ Stat barrani, is-sustanza tagħha hi determinata skont il-proċedura stabbilita fl-Att dwar il-Proċeduri Ċivili. Fejn dan mhux possibbli, hu preżunt li s-sistema legali fl-Istat barrani rilevanti, fil-qasam tal-liġi li jkun qed jiġi kkunsidrat, tikkonforma mas-sistema legali tal-Latvja fl-istess qasam. Fejn skont il-Kodiċi Ċivili, il-liġi ta’ Stat barrani trid tiġi applikata, iżda din il-liġi imbagħad tistipula li l-liġi tal-Latvja hi applikabbli, mela l-liġi tal-Latvja għandha tiġi applikata.

FuqFuq

Il-liġi ta’ Stat barrani mhix applikabbli fil-Latvja jekk tkun f’kunflitt mal-mudell soċjali jew l-ideali morali tal-Latvja, jew normi mandatorji jew projbittivi tal-liġi tal-Latvja.

III. Regoli f’każ ta’ kunflitt ta’ liġijiet  

III.1. Personalità legali

Il-kapaċità legali ta' persuna naturali u l-kapaċità li tagħmel ċertu atti huma determinati skont il-liġi tal-post tar-residenza tagħha. Jekk persuna jkollha numru ta' postijiet tar-residenza u waħda minn dawn tkun il-Latvja, mela l-kapaċità legali ta' din il-persuna u l-kapaċità li tagħmel ċertu atti, kif ukoll il-konsegwenzi tal-azzjonijiet legali tiegħu jew tagħha, huma ġġudikati skont il-liġi tal-Latvja.

Ċittadini barranin li m'għandhomx il-kapaċità li jagħmlu ċertu atti, li iżda jistgħu jiġu rikonoxxuti li għandhom din il-kapaċità skont il-liġi tal-Latvja, huma marbuta bl-atti legali tagħhom imwettqa fil-Latvja fejn dan hu meħtieġ fl-interessi tal-amministrazzjoni tal-ġustizzja.

Il-kapaċità legali tal-persuna ġuridika li jagħmel ċertu atti hi determinata skont il-liġi tal-post fejn ikun jinsab il-bord tad-diretturi tagħha.

Id-dispożizzjonijiet tal-liġijiet tal-Latvja li jirristrinġu l-kapaċità legali jew il-kapaċità li ċittadini barranin jagħmlu ċertu atti m'humiex affetwati.

Id-dispożizzjonijiet imsemmija huma applikabbli sakemm mhux provdut mod ieħor fil-leġiżlazzjoni internazzjonali li torbot lir-Repubblika tal-Latvja.

III.2. Paternità, parentela bejn ġenituri u tfal, u adozzjoni

Relazzjonijiet legali relatati mal-paternità tat-tfal u l-kontestazzjoni ta' dawn huma aġġudikati skont il-liġi tal-Latvja jekk fiż-żmien tat-twelid tat-tifel jew tifla, il-post tar-residenza tal-omm tat-tifel jew tifla kien fil-Latvja.

FuqFuq

Il-liġi tal-Latvja hi applikabbli wkoll meta tqum tilwima dwar il-paternità tat-tifel jew tifla fil-Latvja.

Meta l-post ta' residenza assenjata lil tifel jew tifla jkun fil-Latvja, ir-relazzjonijiet legali bejn il-ġenituri u t-tfal ikunu soġġetti għal-liġi tal-Latvja.

L-uffiċċju ta' kuratur jew tutur u t-trusteeship huma stabbiliti skont il-liġi tal-Latvja, jekk il-post tar-residenza tal-persuni soġġetti għal tutur jew kuratur jew trusteeship ikunu fil-Latvja. Jekk il-propjetà ta' dawn il-persuni tkun tinsab fil-Latvja, dawn ikunu soġġetti għal-liġi tal-Latvja fir-rigward ta' din il-propjetà, anke jekk dawn ma jkollhomx post ta' residenza fil-Latvja.

L-adozzjoni tat-tifel jew tifla tar-raġel jew tal-mara hi approvata skont il-liġi tal-Latvja jekk il-post tar-residenza ta' min ikun qed jiġi adottat ikun fil-Latvja.

Id-dispożizzjonijiet imsemmija huma applikabbli sakemm mhux provdut mod ieħor fil-leġiżlazzjoni internazzjonali li torbot lir-Repubblika tal-Latvja.  

III.3. Żwieġ, sħubija, divorzju

Jekk żwieġ isir fil-Latvja, id-dritt taż-żwieġ, il-formalitajiet tad-dħul fiż-żwieġ u l-effett taż-żwieġ huma determinati skont il-liġi tal-Latvja.

B'mod simili, id-dritt ta' ċittadin tal-Latvja li jiżżewweġ fi Stat barrani hu determinat skont il-liġi tal-Latvja. F'dawn il-każijiet il-liġi tal-Istat fejn iż-żwieġ ikun se jsir għandha tiddetermina l-formalitajiet tad-dħul fiż-żwieġ.

Ix-xoljiment u l-annullament taż-żwieġ, jekk isiru f'qorti tal-Latvja, għandhom jiġu aġġudikati skont il-liġi tal-Latvja irrispettivament min-nazzjonalità tal-miżżewġin. F'dan ir-rigward, tista' titħalla eċċezzjoni mid-dispożizzjoni li kwalunke relazzjonijiet taħt il-liġi għandhom jiġu aġġudikati skont il-liġi fis-seħħ fiż-żmien meta dawn ir-relazzjonijiet jinħolqu, jiġu mibdula jew jiġu terminati.

FuqFuq

Ir-relazzjonijiet tal-miżżewġin qabel isiru soġġetti għal-liġi tal-Latvja jistgħu jiġu aġġudikati wkoll skont il-liġi tal-Latvja. Drittijiet akkwistati qabel m'għandhomx jiġu affetwati.

Xoljiment jew annullament ta' żwieġ li jinvolvi ċittadini tal-Latvja magħmul fi Stat barrani hu rikonoxxut ukoll fil-Latvja, minbarra meta l-bażijiet sottomessi bħala l-bażi għax-xoljiment jew l-annullament m'humiex konsistenti mal-liġi tal-Latvja jew huma f'kunflitt mal-mudell soċjali jew mal-ideali morali fil-Latvja.

Ir-relazzjonijiet personali u tal-propjetà tal-miżżewġin huma determinati skont il-liġi tal-Latvja. Jekk il-propjetà tal-miżżewġin tkun tinsab fil-Latvja, huma soġġetti għal-liġi tal-Latvja fir-rigward ta' din il-propjetà anke jekk dawn ma jkollhomx post ta' residenza fil-Latvja.

Id-dispożizzjonijiet imsemmija huma applikabbli sakemm mhux provdut mod ieħor fil-leġiżlazzjoni internazzjonali li torbot lir-Repubblika tal-Latvja.

III.4. Sjieda tal-propjetà tal-miżżewġin  

Ir-relazzjonijiet personali u tal-propjetà tal-miżżewġin huma determinati skont il-liġi tal-Latvja. Jekk il-propjetà tal-miżżewġin tkun tinsab fil-Latvja huma jkun soġġetti għal-liġi tal-Latvja fir-rigward ta’ din il-propjetà anke jekk ma jkollhomx post tar-residenza fil-Latvja.  

Id-dispożizzjonijiet imsemmija huma applikabbli sakemm mhux provdut mod ieħor fil-leġiżlazzjoni internazzjonali fir-Repubblika tal-Latvja.  

III.5. Suċċessjoni

Id-drittijiet tas-suċċessjoni fir-rigward ta' wirt fil-Latvja għandhom jiġu kkunsidrati biss skont il-liġi tal-Latvja.

FuqFuq

Id-distribuzzjoni ta' wirt fi Stat barrani jitħalla biss wara li jkunu ġew sodisfatti t-talbiet leġittimi kontra l-wirt ta' persuni li l-post tar-residenza tagħhom hi fil-Latvja.

Id-dispożizzjonijiet imsemmija huma applikabbli sakemm mhux provdut mod ieħor fil-leġiżlazzjoni internazzjonali li torbot lir-Repubblika tal-Latvja.

III.6. Drittijiet propjetarji

Drittijiet propjetarji, inkluż il-pussess, huma determinati skont il-liġi tal-post fejn tinsab il-propjetà.

Jekk ikun hemm bidla fil-lokazzjoni tal-propjetà mobbli, id-drittijiet tal-propjetà ta' terzi persuni, akkwistati skont il-liġijiet tal-post fejn il-propjetà mobbli kienet tinsab qabel, ma jiġux affetwati.

Il-konsegwenzi tal-iskadenza tal-perjodi preskrittivi jew il-perjodi tal-limitazzjoni fir-rigward tad-drittijiet tal-propjetà huma aġġudikati skont il-liġi tal-post fejn tkun tinsab il-propjetà meta jiskadi l-perjodu.

F'termini ta' forma u sustanza, l-akkwist, il-bdil u t-terminazzjoni tad-drittijiet tal-propjetà, jekk relatati mal-propjetà immobbli li tinsab fil-Latvja, u drittijiet minn obbligi li joħorġu minn transazzjonijiet legali fuq il-bażi li fuqha dawn id-drittijiet tal-propjetà jistgħu jiġu akkwistati, mibdula jew terminati, huma determinati biss skont il-liġi tal-Latvja, irrispettivament minn min ikun wettaq it-transazzjonijiet legali rilevanti u fejn dan ikun sar. Dispożizzjonijiet inkompatibbli f'dawn it-transazzjonijiet legali m'humiex fis-seħħ fil-Latvja.

Id-dispożizzjonijiet imsemmija huma applikabbli sakemm mhux provdut mod ieħor fil-leġiżlazzjoni internazzjonali li torbot ir-Repubblika tal-Latvja.

III.7. Insolvenza

(Jekk jogħġbok ikkonsulta l-paġna relatata mal-insolvenza).

« Liġi applikabbli - Informazzjoni Ġenerali | Latvja - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 22-04-2009

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit