Kummissjoni Ewropea > NGE > Liġi applikabbli > Italja

L-aħħar aġġornament: 14-03-2007
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Liġi applikabbli - Italja

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. L-aġġornament qed jitħejja bħalissa u jkun disponibbli fil-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


 

LISTA TAL- KONTENUT

I. IS-SORSI TAR-REGOLI FIS-SEĦĦ I.
I.1. Ir-regoli nazzjonali I.1.
I.2. Il-konvenzjonijiet internazzjonali multilaterali fis-seħħ

Lista kompleta ta’ konvenzjonijiet internazzjonali multilaterali fis-seħħ I.2.

I.3. Il-konvenzjonijiet bilaterali prinċipali fis-seħħ

Lista mhux eżawrjenti tal-konvenzjonijiet bilaterali applikati l-aktar ta’ spiss mill-qrati I.3.

II. L-IMPLIMENTAZZJONI TAR-REGOLI DWAR KUNFLITT TA’ LIĠIJIET II.
II.1. Hija obbligazzjoni ta’ l-imħallef li japplika r-regoli dwar kunflitt ta’ liġijiet fuq inizjattiva tiegħu/tagħha? II.1.
II.2. Ir-rinviju (renvoi) II.2.
II.3. Il-bidla tal-fattur ta’ rabta II.3.
II.4. Eċċezzjonijiet għall-applikazzjoni normali tar-regoli dwar kunflitt II.4.
II.5. Il-prova tal-liġi barranija II.5.
III. IR-REGOLI DWAR KUNFLITT TA’ LIĠIJIET III.
III.1. L-obbligazzjonijiet kuntrattwali u l-atti legali III.1.
III.2. L-obbligazzjonijiet mhux kuntrattwali (danni u delitti, arrikkiment inġust, negotiorum gestio, eċċ.) III.2.
III.3. L-istatus personali, l-aspetti tiegħu relatati ma’ l-istatus ċivili (isem, domiċilju, kapaċità) III.3.
III.4. Kif tiġi stabbilita r-relazzjoni bejn il-ġenitur u l-wild, inkluża l-adozzjoni III.4.
III.5. Iż-żwieġ, koppji mhux miżżewwġa, is-sħubija, id-divorzju, is-separazzjoni legali, l-obbligazzjonijiet ta’ manteniment III.5.
III.6. Ir-reġim tal-proprjetà matrimonjali III.6.
III.7. It-testmenti u suċċessjonijiet III.7.
III.8. Il-proprjetà

Immobbli, mobbli (ma jidhirx utli f’dan il-kuntest li ssir insistenza għal regoli dettaljati dwar beni intanġibbli). III.8.

III.9. Il-falliment III.9.

 

I. IS-SORSI TAR-REGOLI FIS-SEĦĦ

I.1. Ir-regoli nazzjonali

Fl-Italja, kwistjonijiet tad-dritt internazzjonali privat huma regolati mill-Att 218 tal-31 ta’ Mejju 1995, li ssostitwixxa l-artikoli 16 sa 31 tad-dispożizzjonijiet legali ġenerali tal-Kodiċi Ċivili.

I.2. Il-konvenzjonijiet internazzjonali multilaterali fis-seħħ

Lista kompleta ta’ konvenzjonijiet internazzjonali multilaterali fis-seħħ

Ara l-lista mehmuża PDF File (PDF File 156 KB) dwar il-konvenzjonijiet internazzjonali multilaterali fis-seħħ fl-Italja.

I.3. Il-konvenzjonijiet bilaterali prinċipali fis-seħħ

Lista mhux eżawrjenti tal-konvenzjonijiet bilaterali applikati l-aktar ta’ spiss mill-qrati

Il-konvenzjonijiet bilaterali applikati fil-passat fi kwistjonijiet tad-dritt internazzjonali privat bejn l-Italja u Stati Membri individwali ta’ l-Unjoni Ewropea ħadulhom posthom l-istrumenti tal-Komunità adottati fl-istess qasam. Ir-Regolamenti tal-KE applikati l-aktar ta’ spiss huma r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1348/2000 dwar is-servizz fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali; ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1206/2001 dwar il-kooperazzjoni bejn il-qrati ta’ l-Istati Membri fil-kumpilazzjoni ta' xhieda f'materji ċivili jew kummerċjali; ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri; ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali.

FuqFuq

Għal kwistjonijiet bejn l-Italja u pajjiżi mhux membri, il-konvenzjonijiet bilaterali applikati l-aktar ta’ spiss huma dawk dwar l-assistenza legali u dwar ir-rikonoxximent u l-infurzar ta’ deċiżjonijiet li huma fis-seħħ ma’ l-Arġentina (Ruma, 9.12.1987), il-Brażil (Ruma, 17.10.1989), il-Federazzjoni Russa u l-Istati l-oħrajn ta’ l-ex USSR (Ruma, 25.1.1979), ir-Repubbliki ta’ l-eks Jugoslavja (Belgrad, 7.5.1962), uħud mill-eks dominji tar-Renju Unit, inklużi l-Awstralja u l-Kanada, (Londra 17.12.1930), ma’ l-Iżvizzera dwar ir-rikonoxximent u l-infurzar ta’ deċiżjonijiet ċivili u kummerċjali, (Ruma, 3.1.1933) dwar danni għal inċidenti stradali (Ruma, 16.8.1978) u mal-Bulgarija (Ruma 18.5.1990), ir-Rumanija (Bukarest, 11.11.1972) u t-Turkija (Ruma, 10.8.1926).

II. L-IMPLIMENTAZZJONI TAR-REGOLI DWAR KUNFLITT TA’ LIĠIJIET

II.1. Hija obbligazzjoni ta’ l-imħallef li japplika r-regoli dwar kunflitt ta’ liġijiet fuq inizjattiva tiegħu/tagħha?

Sa liema punt u f’liema ċirkostanzi l-imħallfin għandhom japplikaw ir-regoli dwar l-għażla tal-liġi anke meta din ma tkunx ġiet mitluba mill-partijiet?

Skond il-liġi Taljana, l-applikazzjoni tar-regoli dwar kunflitt ta’ liġijiet f’dan il-kuntest partikolari huwa parti mill-funzjonijiet normali ta’ l-imħallef. Hu/hi jridu jiddeċiedu liema liġi tkun applikabbli, irrispettivament jekk dan jiġi jew ma jiġix mitlub mill-partijiet (iura novit curia).

II.2. Ir-rinviju (renvoi)

Meta r-regola dwar kunflitt, tal-qorti  li quddiemha jinġieb il-każ, tispeċifika liġi barranija, jista’ jiġri li din ta’ l-aħħar stess tispeċifika, permezz ta’ l-applikazzjoni tar-regoli tagħha stess dwar kunflitt, liġi applikabbli oħra.

FuqFuq

Per eżempju: ir-regola Franċiża dwar kunflitt tispeċifika li l-liġi Ingliża għandha tirregola l-kapaċità ta’ ċittadin Ingliż residenti fi Franza. Ir-regola Ingliża dwar kunflitt, madankollu, tirreferi għal-liġi tal-pajjiż tar-residenza, jiġifieri l-liġi Franċiża.

Jekk jogħġbok indika jekk ir-regoli tiegħek dwar kunflitt ta’ liġijiet jgħarfux ir-rinviju u sa liema punt jaċċettaw li l-liġi barranija tirreferi lura għal-liġi tiegħek jew tispeċifika l-liġijiet ta’ pajjiż terz bħala l-liġi applikabbli.

Ir-rinviju għal-liġi ta’ pajjiż ieħor li tirreferi lura għal-liġi Taljana sseħħ fl-Italja meta l-liġi barranija ta’ referenza taċċetta jew tikkontempla hija stess ir-rinviju għal-liġi Taljana. Dan ir-rinviju ma jseħħx meta l-liġi applikabbli tkun intgħażlet mill-partijiet jew tinvolvi dispożizzjonijiet li jkkonċernaw il-forma ta’ l-atti jew obbligazzjonijiet mhux kuntrattwali.

II.3. Il-bidla tal-fattur ta’ rabta

X’ jiġri jekk il-fattur ta’ rabta jinbidel, eż. fil-każ tat-trasferiment ta’ mobbli?

Ir-regoli t’hawn fuq japplikaw.

II.4. Eċċezzjonijiet għall-applikazzjoni normali tar-regoli dwar kunflitt

  • Jistgħu l-qrati jirrifjutaw li japplikaw il-liġi applikabbli f’każ ta’ inkonsistenza mal-politika pubblika internazzjonali? U hemm statuti jew regoli oħra li japplikaw fit-territorju ta’ l-istat tiegħek mingħajr ma jikkonsidraw ir-regoli dwar kunflitt (regola mandatarja, fis-sens ta’ “lois de police”)?
  • Skond il-liġi Taljana (Artikolu 16 ta’ l-Att 218/1995) l-imħallef ma jistax japplika l-liġi barranija ta’ referenza jekk l-effetti tagħha jkunu “kuntrarju għall-politika pubblika”. Dan hu normalment miftiehem li jfisser "politika pubblika internazzjonali".
  • Skond il-liġi Taljana (Artikolu 17 ta’ dak l-Att), f’każijiet ta’ kunflitt ta’ liġijiet, id-dispożizzjonijiet tal-liġi Taljana jirbħu u l-ebda deroga ma’ tkun permessa, minkejja r-referenza għal-liġi barranija, inkwantu tiddevja mill-għan u l-iskop tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali.

II.5. Il-prova tal-liġi barranija

  • Ir-rwol rispettiv ta’ l-imħallef u l-partijiet?

    FuqFuq

    L-imħallef jipprova l-liġi barranija. Hu/Hi jista’ wkoll jikseb għajnuna mill-partijiet.

  •  

  • Liema tipi ta’ prova huma aċċettati?

    Il-liġi barranija tiġi ppruvata bħallikieku kienet fatt. Għaldaqstant, l-istrumenti speċifikati fil-konvenzjonijiet internazzjonali, l-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet permezz tal-Ministeru tal-Ġustizzja, u l-opinjonijiet ta’ esperti jew korpi speċjalizzati jistgħu jintużaw bħala tipi ta’ prova.

  •  

  • X’jiġri jekk il-liġi barranija ma tkunx tista’ tiġi ppruvata ?

    Il-liġi ta’ referenza tiġi applikata billi jintużaw fatturi oħra ta’ rabta kontemplati fl-istess każ, fejn possibbli. Fin-nuqqas ta’ dan, tapplika l-liġi Taljana.

III. IR-REGOLI DWAR KUNFLITT TA’ LIĠIJIET

III.1. L-obbligazzjonijiet kuntrattwali u l-atti legali

Sempliċi referenza għall-Konvenzjoni ta’ Ruma ta’ l-1980 mhijiex biżżejjed. Regoli fuq mistoqsijiet li mhumiex koperti mill-Konvenzjoni ta’ Ruma jistħoqqilhom attenzjoni mill-qrib.

Il-liġi Taljana tipprovdi b’mod ċar għal dan. Dwar obbligazzjonijiet kuntrattwali tirreferi speċifikament għall-Konvenzjoni ta’ Ruma tad-19 ta’ Ġunju 1980. Għal każijiet mhux regolati minn din il-Konvenzjoni tirreferi għall-konvenzjonijiet internazzjonali oħra rilevanti, kif ikun applikabbli.

Id-determinazzjoni tal-liġi applikabbli hi, madankollu, suġġetta għal kuntratti li jkunu daħlu fihom il-partijiet liberament.

L-applikazzjoni tal-liġi speċifikata permezz ta’ konvenzjoni internazzjonali jew permezz tar-rieda tal-partijiet tista’, madankollu, tiġi mwarrba jekk tkun meqjusa inkompatibbli ma’ l-ordni pubbliku (per eżempju, jekk tkun inkompatibbli mad-dispożizzjonijiet dwar il-pulizija jew is-sigurtà).

FuqFuq

III.2. L-obbligazzjonijiet mhux kuntrattwali (danni u delitti, arrikkiment inġust, negotiorum gestio, eċċ.)

L-att 218/1995, ċitat aktar ‘il fuq, jispeċifika r-regoli applikabbli fil-każijiet Ii ġejjin ta’ obbligazzjonijiet mhux kuntrattwali: il-wegħda unilaterali (il-liġi ta’ l-Istat li fih il-wegħda tkun saret); l-istrumenti ta’ kreditu (Il-Konvenzjonijiet ta’ Ġinevra ta’ l-1930 dwar kambjali, biljetti negozjabbli u ċekkijiet, mentri għal strumenti ta’ kreditu oħrajn, għall-obbligazzjonijiet primarji, tapplika l-liġi ta’ l-Istat li fih l-istrument ikun inħareġ); ir-rappreżentanza volontarja (il-liġi ta’ l-Istat li fih ir-rappreżentant ikollu l-istabbiliment tan-negozju tiegħu jew li fih hu jeżerċita primarjament il-poteri tiegħu);  l-obbligazzjonijiet li joħorġu mil-liġi (il-liġi tal-post li fih ikun ġara l-fatt li ta lok għall-obbligazzjoni); ir-responsabbiltà għad-danni/għal delitt (il-liġi ta’ l-Istat li fih il-fatt ikun ġara, mingħajr preġudizzju, meta mitlub mill-vittma, għall-appikazzjoni tal-liġi li fiha jkun ġara l-att li kkawża d-dannu u mingħajr preġudizzju għar-referenza lil-liġi nazzjonali jekk ċittadini ta’ Stat wieħed biss ikunu involuti).

III.3. L-istatus personali, l-aspetti tiegħu relatati ma’ l-istatus ċivili (isem, domiċilju, kapaċità)

L-istatus personali u l-kapaċità u l-eżistenza u l-kontenut ta’ drittijiet personali, inkluż id-dritt għal isem, huma regolati mil-liġi nazzjonali tal-parti interessata, minbarra d-drittijiet li joħorġu minn relazzjonijiet familjari, li għalihom ir-regoli ta’ referenza stabbiliti mill-Att 218/1995 jiġu applikati skond il-każ.

FuqFuq

III.4. Kif tiġi stabbilita r-relazzjoni bejn il-ġenitur u l-wild, inkluża l-adozzjoni

Fil-rigward tar-relazzjonijiet ġenitur-wild, l-istatus ta’ wild leġittimu u ċ-ċittadinanza jinkisbu abbażi tal-liġi nazzjonali tal-ġenituri jew wieħed mill-ġenituri fil-ħin ta’ twelid. Biex tiġi stabbilita r-relazzjoni ġenitur-wild, issir referenza għal-liġi nazzjonali tal-wild fil-ħin ta’ twelid.

Fir-rigward ta’ l-adozzjoni, f’każ ta’ l-adozzjoni ta’ wild għall-iskopijiet li jingħata/tingħata status ta’ wild leġittimu li jkun deċiż mill-qrati Taljani, tapplika l-liġi Taljana.

Għal regoli oħra dwar kunflitt ta’ liġijiet, l-Artikolu 38 tal-Liġi 218/1995 tinkludi dispożizzjonijiet dettaljati dwar ix-xenarji differenti li jkunu kkunsidrati.

III.5. Iż-żwieġ, koppji mhux miżżewwġa, is-sħubija, id-divorzju, is-separazzjoni legali, l-obbligazzjonijiet ta’ manteniment

Sa fejn ikunu kkonċernati kwistjonijiet matrimonjali, ir-relazzjonijiet personali bejn il-miżżewwġin huma regolati mil-liġi tan-nazzjonalità komuni tal-miżżewwġin; altrimenti jkunu regolati mil-liġi ta’ l-Istat fejn l-aktar għexet il-koppja.

Il-liġi applikabbli għar-relazzjonijiet personali bħala regola ġenerali tkopri wkoll reġimi tal-proprejtà matrimonjali, imma fil-każ ta’ l-aħħar tista’ tiġi derogata meta jkun miftiehem mod ieħor mill-miżżewwġin jew f’każijiet oħra meta jkun kontemplat speċifikament mil-liġi.

Il-liġi Taljana ma tirrikonoxxix forom ta’ unjoni ħlief iż-żwieġ bħala istituzzjoni awtonoma.

FuqFuq

Is-separazzjoni legali u d-divorzju huma regolati mil-liġi tan-nazzjonalità komuni tal-miżżewwġin; fin-nuqqas ta’ dan, mil-liġi ta’ l-Istat fejn il-koppja għexet prinċipalment. Fil-każ ta’ l-aħħar, jekk il-liġi barranija ma tikkontemplax l-istituzzjonijiet t’hawn fuq, tapplika l-liġi Taljana.

Obbligazzjonijiet ta’ manteniment tal-familja huma regolati b’referenza għall-Konvenzjoni ta’ l-Aja tat-2 t’Ottubru 1973.

III.6. Ir-reġim tal-proprjetà matrimonjali

Fl-Italja japplika l-prinċipju ġenerali ta’ kuntratt tal-proprjetà matrimonjali bejn il-miżżewwġin.

Huma jistgħu jagħżlu reġim alternattiv għal dak tal-kuntratt tal-proprjetà matrimonjali, bħas-separazzjoni tal-beni jew reġim ieħor stabbilit mill-miżżewwġin bi ftehim.

III.7. It-testmenti u suċċessjonijiet

Is-suċċessjoni hi regolata mil-liġi nazzjonali tal-mejjet fil-ħin tal-mewt. Matul ħajjitha persuna tista’, permezz ta’ dikjarazzjoni fit-testment, tissuġġetta s-suċċessjoni tagħha għal-liġi tal-pajjiż fejn toqgħod; jekk tkun ċittadina Taljana, din l-għażla ma taffettwax id-drittijiet ta’ eredi prioritarji residenti fl-Italja.

Għal dik li hi forma tat-testment, tkun meqjusa valida jekk tkun rikonoxxuta mil-liġi tal-post li fih it-testatur ikun iddispona mill-assi tiegħu, jew mil-liġi ta’ l-Istat li tiegħu, fil-ħin tat-testment jew tal-mewt, it-testatur kien ċittadin, jew mil-liġi tal-post fejn it-testatur kien domiċiljat jew residenti dak iż-żmien.

III.8. Il-proprjetà

Immobbli, mobbli (ma jidhirx utli f’dan il-kuntest li ssir insistenza għal regoli dettaljati dwar beni intanġibbli).

Il-proprjetà u drittijiet oħra in rem huma regolati mil-liġi ta’ l-Istat li fih il-proprejtà tkun tinsab.

III.9. Il-falliment

Skond il-liġi Taljana m’hemmx dispożizzjoni espliċita għal-liġi applikabbli f’każijiet ta’ kunflitt li jikkonċerna l-falliment.

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000 issir referenza għalih għal regoli uniformi dwar kunflitt ta’ liġijiet bejn l-Istati Membri ta’ l-UE.

« Liġi applikabbli - Informazzjoni Ġenerali | Italja - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 14-03-2007

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit