Kummissjoni Ewropea > NGE > Liġi applikabbli > Liġi Internazzjonali

L-aħħar aġġornament: 24-07-2007
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Liġi applikabbli - Liġi Internazzjonali

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. L-aġġornament qed jitħejja bħalissa u jkun disponibbli fil-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


Internazzjonalment qed isiru sforzi biex jiżguraw illi l-qrati japplikaw il-liġi ta’ l-istess pajjiż għal sitwazzjoni speċifika.

Organizzazzjonijiet intergovernattivi differenti daħlu biex jarmonizzaw ir-regoli ta’ konflitt tal-liġijiet billi jippreparaw konvenzjonijiet internazzjonali fuq punti speċifiċi. Xi uħud minn dawn il-konvenzjonijiet jirrigwardaw esklussivament ir-regoli tal-konflitt; oħrajn jinkludu wkoll regoli fuq il-ġurisdizzjoni internazzjonali. U hemm konvenzjonijiet li jfittxu primarjament li jarmonizzaw il-liġi sostantiva, jiġifieri regoli dwar materji ta’ sustanza li jgħidu lill-qrati kif għandhom janalizzaw din jew dik is-sitwazzjoni, imma jinkludu wkoll xi punti dwar konflitt ta’ liġijiet jew ġuriżdizzjoni internazzjonali.

Peress n-numru kbir ta’ strumenti li jinkludu r-regoli tal-konflitt, xi kultant imxerrdin ‘l hemm u ‘l hawn, dak kollu li nistgħu nagħmlu f’din il-paġna hu li nagħtu ftit eżempji.

  • Il-Konferenza ta’ l-Aja dwar id-Dritt Internazzjonali Privat English - français, organizzazzjoni li teżisti preċizament biex tarmonizza r-regoli tal-liġi privata internazzjonali fuq bażi dinjija, issa pproduċiet madwar tletin konvenzjoni internazzjonali, madwar għoxrin minnhom huma diġà fis-seħħ, il-biċċa l-kbira minnhom jittrattaw esklussivament dwar ir-regoli tal-konflitt rigwardanti kwistjonijiet bħal obbligi ta’ manteniment, inċidenti tat-traffiku fit-triq, responsabbiltà għall-prodotti, regimi ta’ proprjetà matrimonjali jew suċċessjonijiet.
  • Il-Kummissjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Kummerċ Internazzjonali (UNCITRAL) English - español - français adottat konvenzjoni English - español - français PDF File (PDF File 425 KB) dwar l-assenjazzjoni ta’ dħul fil-kummerċ internazzjonali li jinkludi wkoll ir-regoli ta’ konflitt.
  • Il-Kummissjoni Internazzjonali dwar l-Istatus Ċivili English - français adottat Il-Konvenzjoni ta’ Ruma français ta’ l-10 ta’ Settembru 1970 dwar il-leġittimazzjoni biż-żwieġ, li tistabbilixxi regoli uniformi dwar il-leġittimazzjoni tat-tfal naturali.

Dokumenti ta’ referenza

  • Il-Konvenzjoni tal-15 ta’ Gunju 1955 English - français dwar il-liġi applikabbli għall-bejgħ internazzjonali ta’ oġġetti (il-Konferenza ta’ l-Aja dwar id-Dritt Internazzjonali Privat)
  • Il-Konvenzjoni ta' l-24 t’Ottubru 1956 English - français dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi ta’ manteniment għat-tfal (il-Konferenza ta’ l-Aja dwar id-Dritt Internazzjonali Privat)
  • Il-Konvenzjoni tal-5 t’Ottubru 1961 English - français dwar il-Konflitti tal-Liġijiet relatati mal-Forma tad-Dispożizzjonijiet Testamentarji (il-Konferenza ta’ l-Aja dwar id-Dritt Internazzjonali Privat)
  • Il-Konvenzjoni ta' l-4 ta’ Mejju 1971 English - français dwar il-Liġi Applikabbli għal Inċidenti tat-Traffiku (il-Konferenza ta’ l-Aja dwar id-Dritt Internazzjonali Privat)
  • Il-Konvenzjoni tat-2 t’Ottubru 1973 English - français dwar il-Liġi Applikabbli għar-Responsabbiltà tal-Prodotti (il-Konferenza ta’ l-Aja dwar id-Dritt Internazzjonali Privat)
  • Il-Konvenzjoni tat-2 t’Ottubru 1973 English - français dwar il-Liġi Applikabbli għall-Obbligi ta’ Manteniment (il-Konferenza ta’ l-Aja dwar id-Dritt Internazzjonali Privat)
  • Il-Konvenzjoni ta’ l-14 ta’ Marzu 1978 English - français dwar il-Liġi Applikabbli għal Reġimi ta’ Proprjetà Matrimonjali (il-Konferenza ta’ l-Aja dwar id-Dritt Internazzjonali Privat)
  • Il-Konvenzjoni ta’ l-14 ta’ Marzu 1978 English - français dwar il-Liġi Applikabbli għall-Aġenzja (il-Konferenza ta’ l-Aja dwar id-Dritt Internazzjonali Privat)
  • Il-Konvenzjoni ta’ l-1 t’Awissu 1989 English - français dwar il-Liġi Applikabbli għas-Suċċessjoni ta’ l-Assi ta’ Persuni Mejtin (il-Konferenza ta’ l-Aja dwar id-Dritt Internazzjonali Privat)
  • Il-Konvenzjoni tal-31 ta’ Jannar 2002 English - español - français PDF File (PDF File 425 KB) dwar l-assenjazzjoni ta’ dħul fil-kummerċ internazzjonali (UNCITRAL)
  • Il-Konvenzjoni ta’ Ruma Nru 12 français dwar il-leġittimazzjoni biż-żwieġ ta’ l-10 ta’ Settembru 1970 (il-Kummissjoni Internazzjonali dwar l-Istatus Ċivili)

« Liġi applikabbli - Informazzjoni Ġenerali | Liġi Internazzjonali - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 24-07-2007

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit