Kummissjoni Ewropea > NGE > Liġi applikabbli > Greċja

L-aħħar aġġornament: 29-08-2007
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Liġi applikabbli - Greċja

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. L-aġġornament qed jitħejja bħalissa u jkun disponibbli fil-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


Fejn relazzjoni legali bejn individwi jkollha elementi li jorbtuha ma’ aktar minn Stat wieħed (element internazzjonali) u tinqala’ tilwima, il-qrati Griegi mhux bilfors japplikaw il-liġi Griega u se jinvestigaw liema liġi trid tiġi applikata (il-liġi applikabbli) fuq il-bażi tad-dritt internazzjonali privat. Id-dritt internazzjonali privat huwa mekkaniżmu li jopera fuq il-bażi tar-regoli ta’ kunflitt sabiex tkun deċiża l-liġi applikabbli (jiġifieri, id-dispożizzjonijiet tal-liġi ta’ pajjiż wieħed), li tista’ tkun il-liġi tal-qorti in kwistjoni jew ta’ pajjiż ieħor. Ir-regoli ta’ kunflitt jiġu ddeterminati fuq il-bażi ta’ fattur ta’ konnessjoni wieħed jew ta’ aktar fatturi ta’ konnessjoni. Il-fattur ta’ konnessjoni huwa l-fattur ta’ tilwima b’element internazzjonali li jattiva regola speċifika tad-dritt internazzjonali privat sabiex tkun iddeterminata l-liġi applikabbli fil-każ in kwistjoni.



 

LISTA TAL- KONTENUT

I. IS-SORSI TAR-REGOLI FIS-SEĦĦ I.
I.1. Ir-regoli nazzjonali I.1.
I.2. Il-konvenzjonijiet internazzjonali I.2.
II. L-IMPLIMENTAZZJONI TAR-REGOLI DWAR IL-KUNFLITT TAL-LIĠIJIET II.
II.1. L-obbligu min-naħa ta’ l-imħallef sabiex japplika/tapplika r-regoli dwar il-kunflitt tal-liġijiet fuq inizjattiva tiegħu/tagħha II.1.
II.2. Ir-rinviju II.2.
II.3. Bidla fil-fattur ta’ konnessjoni II.3.
II.4. Eċċezzjonijiet għall-applikazzjoni normali tar-regoli dwar il-kunflitt II.4.
II.5. Il-prova tal-liġi barranija II.5.
III. IR-REGOLI DWAR IL-KUNFLITT TAL-LIĠIJIET III.
III.1. L-obbligi kuntrattwali III.1.
III.2. L-obbligi mhux kuntrattwali III.2.
III.3. L-istatus personali III.3.
III.4. Ir-relazzjoni bejn il-ġenitur u l-ulied. L-adozzjoni. III.4.
III.5. Iż-żwieġ III.5.
III.6. Ir-reġimi tal-proprjetà matrimonjali u r-relazzjonijiet personali bejn il-konjuġi III.6.
III.7. It-testmenti u s-suċċessjonijiet III.7.
III.8. Il-proprjetà reali III.8.
III.9. L-insolvenza III.9.

 

I. IS-SORSI TAR-REGOLI FIS-SEĦĦ

I.1. Ir-regoli nazzjonali

Il-liġijiet Griegi huma s-sors bażiku tad-dritt internazzjonali privat Grieg. Id-dispożizzjonijiet bażiċi jinsabu fil-Kodiċi Ċivili (l-Artikoli 4-33), għalkemm hemm ukoll dispożizzjonijiet f’liġijiet oħra, bħal-liġi 5960/1933 dwar iċ-ċekkijiet (l-Artikoli 70-76). Il-kunċett tal-liġi jinkludi wkoll konvenzjonijiet internazzjonali multilaterali u bilaterali ratifikati mill-Greċja li, ladarba ġew ratifikati, japplikaw bl-istess mod bħal-liġi nazzjonali Griega.

I.2. Il-konvenzjonijiet internazzjonali

Α. Multilaterali

L-aktar konvenzjonijiet internazzjonali importanti jinkludu:

  • Il-Konvenzjoni ta’ Ġinevra tad-19.05.1956 dwar Il-Kuntratt għall-Ġarr Stradali Internazzjonali ta’ Merkanzija, ratifikata mill-Greċja permezz tal-liġi 559/1977.
  • Il-Konvenzjoni ta’ l-Aja tal-05.10.1961 dwar il-Kunflitti tal-Liġijiet Relatati mal-Forma tad-Dispożizzjonijiet Testamentarji, ratifikata mill-Greċja permezz tal-liġi 1325/1983.
  • Il-Konvenzjoni ta’ Ruma tad-19.06.1980 dwar il-Liġi Applikabbli għall-Obbligi Kuntrattwali, ratifikata mill-Greċja permezz tal-liġi 1792/1988.

Β. Bilaterali

L-aktar konvenzjonijiet internazzjonali bilaterali importanti jinkludu:

Il-konvenzjoni bejn il-Greċja u l-Istati Uniti ta’ l-Amerika (ratifikata permezz tal-liġi 2893/1954) u l-konvenzjoni bejn il-Greċja u Ċipru (ratifikata permezz tal-liġi 1548/1985). Il-liġi applikabli f’tilwim bejn kumpaniji inkorporati fil-Greċja, fl-Istati Uniti u f’Ċipru hija l-liġi ta’ l-Istat fejn kienu inkorporati.

FuqFuq

II. L-IMPLIMENTAZZJONI TAR-REGOLI DWAR IL-KUNFLITT TAL-LIĠIJIET

II.1. L-obbligu min-naħa ta’ l-imħallef sabiex japplika/tapplika r-regoli dwar il-kunflitt tal-liġijiet fuq inizjattiva tiegħu/tagħha

Fejn skond ir-regoli dwar il-kunflitt tal-liġijiet fid-dritt internazzjonali privat Grieg, il-liġi ta’ pajjiż ieħor tkun il-liġi applikabbli, l-imħallef Grieg iqis/tqis dan fuq inizjattiva tiegħu/tagħha, jiġifieri mingħajr ma jkun hemm għalfejn li l-individwi li jibdew proċeduri jiċċitawha jew li jiġu ordnati l-provi dwar il-kontenut tad-dispożizzjonijiet tagħha (l-Artikolu 337 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili).

II.2. Ir-rinviju

Fejn ir-regoli tad-dritt internazzjonali privat Grieg jistipulaw li tapplika l-liġi ta’ pajjiż ieħor, japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-liġi sostantiva tagħha u ma ssir l-ebda referenza għad-dispożizzjonijiet tad-dritt internazzjonali privat ta’ dak il-pajjiż (l-Artikolu 32 tal-Kodiċi Ċivili), li min-naħa tiegħu jista’ jistipula li kienet tapplika l-liġi Griega jew il-liġi ta’ xi Stat terz.

II.3. Bidla fil-fattur ta’ konnessjoni

Matul relazzjoni, il-fattur ta’ konnessjoni ta’ relazzjoni legali ta’ spiss jinbidel (jiġifieri, assi mobbli jiġi trasferit minn pajjiż għall-ieħor, f’liema każ il-liġi applikabbli tinbidel ukoll). Hemm regoli li espliċitament jipprovdu soluzzjoni dwar liema liġi tapplika fl-aħħar mill-aħħar; inkella l-qorti tapplika l-liġi applikabbli li kienet tapplika fil-bidu jew sussegwentement jew taħlita tat-tnejn, skond iċ-ċirkostanzi effettivi tal-każ.

FuqFuq

II.4. Eċċezzjonijiet għall-applikazzjoni normali tar-regoli dwar il-kunflitt

Jekk id-dritt internazzjonali privat Grieg (regoli dwar il-kunflitt tal-liġijiet) jistipula li tapplika l-liġi barranija imma l-applikazzjoni tagħha ma taqbilx mal-perċezzjonijiet morali fundamentali li jiffurmaw il-politika pubblika Griega (l-Artikolu 33 tal-Kodiċi Ċivili), meta jinstema’ l-każ in kwistjoni, il-qorti Griega mhux se tapplika d-dispożizzjoni rilevanti tal-liġi barranija imma se tapplika d-dispożizzjonijiet barranija l-oħra (funzjoni negattiva). Jekk, madankollu, ladarba l-applikazzjoni tagħha tkun ġiet prekluża jkun hemm vojt ġuridiku fil-liġi barranija, dan se jimtela billi tiġi applikata l-liġi Griega (funzjoni pożittiva).

Mod wieħed biex jiġu protetti l-interessi tas-sistema legali Griegi huwa li jiġu implimentati regoli li japplikaw direttament. Dawn ir-regoli jiggvernaw kwistjonijiet partikolarment importanti fir-relazzjonijiet legali interni ta’ l-Istat u jiġu applikati wkoll direttament mill-qrati Griegi f’każi b’element internazzjonali li ma jiġux solvuti billi jintuża d-dritt internazzjonali privat Grieg.

II.5. Il-prova tal-liġi barranija

Fejn ikun diffiċli biex jinkiseb għarfien tad-dispożizzjonijiet tal-liġi barranija, il-qorti Griega tista’ tidentifikahom billi tordna prova tal-liġi barranija applikabbli jew billi tuża kwalunkwe mezz ieħor meqjus xieraq; dan jista’ jinkludi li tintalab l-għajnuna ta’ l-individwi li bdew il-proċeduri legali u ma jkunx limitat għall-evidenza mogħtija (l-Artikolu 337 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili). Fil-Greċja, l-Istitut Grieg tad-Dritt Internazzjonali u tal-Liġi Barranija f’Ateni għandu rwol importanti fil-provvista ta’ informazzjoni legali.

FuqFuq

Bħala eċċezzjoni, il-qorti Griega mhux se tinvestiga jew tapplika l-liġi barranija u se tapplika l-liġi Griega: i) għall-inġunzjonijiet, minħabba l-urġenza tagħhom, ii) f’każi fejn kien prattikament impossibbli li jiġu identifikati d-dispożizzjonijiet tal-liġi barranija, minkejja l-isforzi biex isir dan.

III. IR-REGOLI DWAR IL-KUNFLITT TAL-LIĠIJIET

III.1. L-obbligi kuntrattwali

Α. Il-Konvenzjoni ta’ Ruma

Il-qrati Griegi jidentifikaw il-liġi li tapplika għall-obbligi kuntrattwali b’element internazzjonali fuq il-bażi tal-Konvenzjoni ta’ Ruma tad-19 ta’ Ġunju 1980, irrispettivament minn jekk tkunx il-liġi ta’ Stat Membru jew ta’ Stat li ma jkunx parti għall-Konvenzjoni. Il-liġi applikabbli tiġi ddeterminata mir-regoli standard dwar il-fatturi ta’ konnessjoni u mir-regoli li japplikaw direttament.

  1. ir-regoli dwar il-fatturi ta’ konnessjoni
    • ir-regola ġenerali tistipula li l-liġi li tapplika għall-obbligi kuntrattwali bejn il-partijiet hija l-liġi li dawn ikunu għażlu b’mod espliċitu jew impliċitu. Il-partijiet jistgħu jagħżlu li jbiddlu l-liġi applikabbli li jkunu għażlu fil-bidu;
    • jekk il-partijiet ma għażlux il-liġi applikabbli meta kien iffirmat il-kuntratt, jistgħu jagħżluha aktar tard (eż. fil-qorti). Jekk il-partijiet ma jiftiehmux, il-qorti se tapplika l-liġi ta’ l-Istat l-aktar konnessa mill-qrib mal-kuntratt;
    • f’kuntratti ta’ proprjetà, il-liġi applikabbli tkun il-liġi ta’ l-Istat fejn tinsab il-proprjetà;
    • f’kuntratti għat-trasport tal-merkanzija, il-liġi applikabbli tkun il-liġi ta’ l-Istat fejn ikun stabbilit it-trasportatur marittimu;
  2. ir-regoli direttament applikabbli
  3. F’każi fejn ikun hemm ħtieġa ferm serja sabiex ikun protett l-ordinament ġuridiku, eż. għal tipi ta’ kuntratti relatati mal-proprjetà jew kuntratti mal-konsumatur jew ma’ impjegati, il-liġi applikabbli tiġi ddeterminata billi jintużaw regoli direttament applikabbli minn waħda mis-sistemi legali li ġejjin:

    FuqFuq

    • is-sistema legali ta’ l-Istat tal-qorti li qed tisma’ l-każ;
    • is-sistema legali ta’ l-Istat li tapplika l-liġi tiegħu;
    • is-sistema legali ta’ l-Istat li l-aspetti kollha tal-kuntratti huma konnessi mal-liġi tiegħu, minkejja l-fatt li l-partijiet għażlu l-liġi ta’ Stat ieħor bħala l-liġi applikabbli.

Β. L-Artikolu 25 tal-Kodiċi Ċivili

Il-liġi applikabbli għall-kategoriji kollha ta’ l-obbligi kuntrattwali li mhumiex irregolati mill-Konvenzjoni ta’ Ruma (persuna naturali, kuntratti li jirregolaw sigurtaijiet, arbitraġġ, għażla tal-qorti, kumpaniji u wirt u kwistjonijiet familjari) tiġi identifikata fuq il-bażi ta’ l-Artikolu 25 tal-Kodiċi Ċivili.

  • Il-liġi li tapplika għar-relazzjonijiet kuntrattwali bejn il-partijiet hija l-liġi li jkunu għażlu b’mod espliċitu jew taċitu.
  • Jekk il-partijiet ma jkunux għażlu, il-qorti Griega se tapplika l-liġi ta’ l-Istat li, f’ċirkostanzi partikolari, tkun l-aktar konnessa mill-qrib mal-kuntratt.

III.2. L-obbligi mhux kuntrattwali

Il-liġi li tapplika għall-obbligi li ġejjin minn tort hija l-liġi ta’ l-Istat fejn sar l-iżball (l-Artikolu 26 tal-Kodiċi Ċivili).

Il-liġi li tapplika għall-obbligi li ġejjin minn arrikkiment inġustifikat hija l-liġi ta’ l-Istat li tapplika bl-aħjar mod fiċ-ċirkostanzi ġenerali speċifiċi.

III.3. L-istatus personali

Il-liġi li tapplika għal kwistjonijiet li huma relatati mal-kapaċità personali ta’ Grieg jew ta’ barrani li jassumi drittijiet u obbligi, jagħmel tranżazzjonijiet legali, itella’ lil xiħadd il-qorti jew jittella’ minn xiħadd il-qorti u jieħu sehem personalment fi proċeduri hija l-liġi ta’ l-Istat li l-persuna tkun ċittadina tiegħu (l-Artikoli 5 u 7 tal-Kodiċi Ċivili u l-Artikoli 62(a) u 63(1) tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili).

FuqFuq

III.4. Ir-relazzjoni bejn il-ġenitur u l-ulied. L-adozzjoni.

Α. Kwistjonijiet dwar ir-relazzjoni bejn il-ġenitur u l-ulied li jkunu relatati mar-rabtiet familjari bejn il-ġenituri u t-tfal u d-drittijiet assoċjati u l-obbligi.

Meta tiddeċiedi jekk l-ulied jikkwalifikawx bħala li twieled/twieldet lil ġenituri li jkunu miżżewġin jew lil ġenituri li ma jkunux miżżewġin (l-Artikolu 17 tal-Kodiċi Ċivili), il-liġi applikabbli tkun:

  • il-liġi ta’ l-Istat li rregola r-relazzjoni personali bejn omm l-ulied u l-konjuġi tagħha meta jitwieldu l-ulied;
  • fejn iż-żwieġ ġie xolt qabel ma jitwieldu l-ulied, il-liġi ta’ l-Istat li kien jirregola r-relazzjoni personali bejn omm l-ulied u l-konjuġi tagħha meta ż-żwieġ kien xolt.

Il-liġi applikabbli rigward il-possibbiltà legali li wlied il-koppja mhux miżżewġa jkunu leġittimi (l-Artikolu 1 tal-Konvenzjoni tal-Kummissjoni Internazzjonali dwar l-Istatus Ċivili ta’ l-10 ta’ Settembru 1970, ratifikata mill-Greċja permezz tal-liġi 1657/1986) tkun il-liġi ta’ l-Istat li l-missier ikun ċittadin jew l-omm tkun ċittadina tiegħu li tipprovdi għal-leġittimazzjoni ta' l-ulied jew jekk il-ġenituri ta' l-ulied sussegwentement jiżżewġu jew b’deċiżjoni tal-qorti wara ż-żwieġ.

Il-liġi applikabbli għar-relazzjonijiet bejn il-ġenituri u l-ulied mwielda lil ġenituri li jkunu miżżewġin (l-Artikolu 18 tal-Kodiċi Ċivili):

  • fejn ikunu ċittadini ta’ l-istess Stat: il-liġi ta’ dak l-Istat;
  • fejn ikunu akkwistaw ċittadinanza komuni ġdida wara t-twelid: il-liġi ta’ l-Istat tan-nazzjonalità komuni l-aktar reċenti tagħhom;
  • fejn ikunu ċittadini ta’ Stati differenti qabel it-twelid u n-nazzjonalità tagħhom ma tinbidlx wara t-twelid jew fejn ikunu ċittadini ta’ l-istess Stat qabel it-twelid imma n-nazzjonalità tal-ġenituri jew ta' l-ulied tinbidel wara t-twelid: il-liġi ta’ l-Istat fejn kellhom ir-residenza abitwali konġunta l-aktar reċenti tagħhom fi żmien it-twelid;
  • fejn ma jkollhom l-ebda residenza abitwali konġunta: il-liġi ta’ l-Istat li l-ulied ikunu ċittadini tiegħu.

Il-liġi applikabbli għar-relazzjonijiet bejn l-omm u l-missier u l-ulied ta' ġenituri miżżewġin (l-Artikoli 19 and 20 tal-Kodiċi Ċivili):

FuqFuq

  • fejn ikunu ċittadini ta’ l-istess Stat: il-liġi ta’ dak l-Istat;
  • fejn ikunu akkwistaw ċittadinanza komuni ġdida wara t-twelid: il-liġi ta’ l-Istat tan-nazzjonalità komuni l-aktar reċenti tagħhom;
  • fejn ikunu ċittadini ta’ Stati differenti qabel it-twelid u n-nazzjonalità tagħhom ma tinbidlx wara t-twelid jew fejn ikunu ċittadini ta’ l-istess Stat qabel it-twelid imma n-nazzjonalità tal-ġenituri jew ta' l-ulied tinbidel wara t-twelid: il-liġi ta’ l-Istat fejn kellhom ir-residenza abitwali konġunta l-aktar reċenti tagħhom fi żmien it-twelid;
  • fejn ma jkollhom l-ebda residenza abitwali konġunta: il-liġi ta’ l-Istat li l-missier ikun ċittadin jew l-omm tkun ċittadina tiegħu.

Il-liġi applikabbli għar-relazzjonijiet bejn omm u missier li jkollhom ulied barra miż-żwieġ (l-Artikolu 21 tal-Kodiċi Ċivili):

  • fejn ikunu ċittadini ta’ l-istess Stat: il-liġi ta’ dak l-Istat;
  • fejn ikunu akkwistatw ċittadinanza komuni ġdida wara t-twelid: il-liġi ta’ l-Istat tan-nazzjonalità komuni l-aktar reċenti tagħhom;
  • fejn ikunu ċittadini ta’ Stati differenti qabel it-twelid u n-nazzjonalità tagħhom ma tinbidlx wara t-twelid jew fejn ikunu ċittadini ta’ l-istess Stat qabel it-twelid imma n-nazzjonalità ta’ wieħed minnhom tinbidel wara t-twelid: il-liġi ta’ l-Istat fejn kellhom ir-residenza abitwali konġunta l-aktar reċenti tagħhom sat-twelid;
  • fejn ma jkollhom l-ebda residenza abitwali konġunta: il-liġi ta’ l-Istat tar-residenza konġunta sempliċi l-aktar reċenti tagħhom.

Β. L-adozzjoni

Il-liġi applikabbli għall-kundizzjonijiet ta’ adozzjoni u għat-tmiem ta’ adozzjoni b’element internazzjonali hija l-liġi ta’ l-Istat li kull persuna involuta fl-adozzjoni tkun ċittadina tiegħu (l-Artikolu 23 tal-Kodiċi Ċivili). Fejn il-persuni involuti fl-adozzjoni jkunu ċittadini ta’ Stati differenti, jridu jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet skond il-liġijiet kollha ta’ l-Istati korrispondenti u, biex l-adozzjoni tkun valida, ma jrid ikun hemm l-ebda tfixkil f’dawk il-liġijiet.

FuqFuq

Il-liġi applikabbli għar-relazzjonijiet bejn il-ġenituri adottivi u l-ulied adottati:

  • fejn ikunu ċittadini ta’ l-istess Stat wara l-adozzjoni: il-liġi ta’ dak l-Istat;
  • fejn ikunu akkwistaw ċittadinanza komuni ġdida fi żmien l-adozzjoni: il-liġi ta’ l-Istat tan-nazzjonalità komuni l-aktar reċenti tagħhom;
  • fejn ikunu ċittadini ta’ Stati differenti qabel l-adozzjoni u n-nazzjonalità tagħhom ma tinbidlx wara l-adozzjoni jew fejn ikunu ċittadini ta’ l-istess Stat qabel l-adozzjoni imma n-nazzjonalità ta’ waħda mill-persuni involuti fl-adozzjoni tinbidel meta tkun ikkompletata l-adozzjoni: il-liġi ta’ l-Istat fejn kellhom ir-residenza abitwali konġunta l-aktar reċenti tagħhom fi żmien l-adozzjoni;
  • fejn ma jkollhom l-ebda residenza abitwali konġunta: il-liġi ta’ l-Istat li l-ġenitur adottiv jkun ċittadin tiegħu jew, jekk ikunu qed jadottaw konjuġi, il-liġi li tirregola r-relazzjoni personali tagħhom.

III.5. Iż-żwieġ

Α. Il-kundizzjonijiet sostantivi

Il-liġi applikabbli għall-kundizzjonijiet li jridu jiġu sodisfatti minn u t-tfixkil għall-persuni li jixtiequ jiżżewġu hija l-liġi ta’ l-Istat li jkunu ċ-ċittadini tiegħu jekk ikunu ċittadini ta’ l-istess Stat jew, jekk ikunu ċittadini ta’ Stati differenti, il-liġi ta’ kwalunkwe wieħed mill-Istati (l-Artikolu 13(1)(a) tal-Kodiċi Ċivili).

Β. Il-kundizzjonijiet proċedurali

Sabiex żwieġ ikun formalment validu, il-liġi applikabbli tkun il-liġi ta’ l-Istat li l-persuni li se jiżżewġu huma ċ-ċittadini tiegħu, fejn ikunu ċittadini ta’ l-istess Stat, jew jekk ikunu ċittadini ta’ Stati differenti, il-liġi ta’ kwalunkwe wieħed mill-Istati li jkunu ċittadini tiegħu, jew il-liġi ta’ l-Istat fejn ġie ċċelebrat iż-żwieġ (l-Artikolu 13(1)(b) tal-Kodiċi Ċivili). Is-sistema legali Griega teħtieġ li jkun hemm adeżjoni ma’ ċerti formalitajiet sabiex ikun iċċelebrat żwieġ; l-unjonijiet ta’ koppji li jikkoabitaw imma li ma żżewġux b’mod formali jiġu rikonoxxuti bħala validi fil-Greċja, sakemm jiġu rikonoxxuti bħala validi skond il-liġi barranija u l-persuni li jikkoabitaw ma jkunux Griegi.

FuqFuq

C. Id-divorzju

Il-liġi applikabbli għall-kwistjonijiet b’konnessjoni mad-divorzju jew ma’ kwalunkwe forma oħra ta’ separazzjoni legali, inkluż il-manteniment ta’ eks-konjuġi, hija l-liġi ta’ l-Istat li tirregola r-relazzjoni personali tal-konjuġi meta jinfetħu proċeduri ta’ divorzju jew ta’ separazzjoni (l-Artikolu 16 tal-Kodiċi Ċivili).

III.6. Ir-reġimi tal-proprjetà matrimonjali u r-relazzjonijiet personali bejn il-konjuġi

Α. Ir-relazzjonijiet personali bejn il-konjuġi huma r-relazzjonijiet li jkunu bbażati fuq iż-żwieġ u li m’għandhom xejn x’jaqsmu mal-proprjetà, bħall-koabitazzjoni u d-drittijiet u l-obbligi, inkluż il-manteniment.

Il-liġi applikabbli għar-relazzjonijiet personali bejn il-konjuġi (l-Artikolu 14 tal-Kodiċi Ċivili):

  • fejn il-konjuġi jkunu ċittadini ta’ l-istess Stat qabel iż-żwieġ: il-liġi ta’ dak l-Istat;
  • fejn il-konjuġi jkunu akkwistatw ċittadinanza komuni ġdida matul iż-żwieġ: il-liġi ta’ l-Istat tan-nazzjonalità komuni l-aktar reċenti tagħhom;
  • fejn il-konjuġi jkunu ċittadini ta’ l-istess Stat matul iż-żwieġ u wieħed minnhom aktar tard sar ċittadin ta’ Stat ieħor: il-liġi ta’ l-Istat taċ-ċittadinanza komuni l-aktar reċenti tagħhom, sakemm il-konjuġi l-ieħor għadu ċittadin ta’ dak l-Istat;
  • fejn il-konjuġi jkunu ċittadini ta’ Stati differenti qabel iż-żwieġ u ċ-ċittadinanza tagħhom ma tinbidilx wara ż-żwieġ jew fejn kienu ċittadini ta’ l-istess Stat qabel iż-żwieġ imma n-nazzjonalità ta’ wieħed minnhom tinbidel maż-żwieġ: il-liġi ta’ l-Istat tar-residenza abitwali konġunta l-aktar reċenti tagħhom;
  • fejn ma jkollhomx residenza abitwali konġunta waqt iż-żwieġ: il-liġi ta’ l-Istat li miegħu l-konjuġi jkunu l-aktar konnessi mill-qrib.

Β. Ir-reġim tal-proprjetà matrimonjali japplika għad-drittijiet ta’ proprjetà u għall-obbligi korrispondenti maħluqa minħabba ż-żwieġ.

Il-liġi applikabbli hija l-liġi li tirregola r-relazzjonijiet personali tal-konjuġi immedjatament wara li jkun ġie ċċelebrat iż-żwieġ (l-Artikolu 15 tal-Kodiċi Ċivili).

FuqFuq

III.7. It-testmenti u s-suċċessjonijiet

Ir-regoli dwar il-wirt jiggvernaw id-drittijiet u l-obbligi li jkunu relatati ma’ proprjetà mobbli u immobbli li jakkumulaw mal-mewt ta’ persuna, irrispettivament minn jekk il-mejjet ikunx għamel testment jew le.

Il-liġi applikabbli għall-kwistjonijiet kollha tal-wirt għajr għall-forma li fiha jitfasslu u jiġu revokati t-testmenti hija l-liġi ta’ l-Istat li l-mejjet kien ċittadin tiegħu meta miet (l-Artikolu 28 tal-Kodiċi Ċivili).

Fejn ikun hemm testment, se jitqies bħala validu jekk ikun sar fil-forma provduta skond kwalunkwe waħda mil-liġijiet li ġejjin (l-Artikolu 1 tal-Konvenzjoni ta’ l-Aja tal-5 ta’ Ottubru 1961 dwar il-Kunflitti tal-Liġijiet li huma relatati mal-Forma tad-Dispożizzjonijiet Testamentarji):

  • il-liġi ta’ l-Istat fejn il-mejjet ikun għamel it-testment tiegħu;
  • il-liġi ta’ l-Istat li l-mejjet kien ċittadin tiegħu meta għamel it-testment tiegħu jew meta miet;
  • il-liġi ta’ l-Istat fejn kien il-mejjet kien residenti jew domiċiljat meta għamel it-testment tiegħu jew meta miet;
  • fejn it-testment ikun relatat mal-proprjetà: il-liġi ta’ l-Istat fejn tinsab il-proprjetà.

III.8. Il-proprjetà reali

Il-liġi applikabbli rigward id-drittijiet ta’ proprjetà reali hija rregolata mid-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Ruma.

Il-liġi applikabbli għall-pussess ta’ proprjetà u għad-drittijiet ta’ proprjetà mobbli kollha hija l-liġi ta’ l-Istat fejn tinsab il-proprjetà (l-Artikolu 27 tal-Kodiċi Ċivili).

Il-liġi applikabbli għall-forma tat-tranżazzjonijiet li ssemmew aktar ’il fuq hija l-liġi ta’ l-Istat fejn tinsab il-proprjetà immobbli jew mobbli (l-Artikolu 12 tal-Kodiċi Ċivili).

III.9. L-insolvenza

Il-liġi applikabbli għall-kwistjonijiet relatati ma’ l-insolvenza hija l-liġi ta’ l-Istat fejn jinfetħu l-proċeduri ta’ insolvenza (l-Artikolu 4(1) tar-Regolament 1346/2000).

Aktar tagħrif

« Liġi applikabbli - Informazzjoni Ġenerali | Greċja - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 29-08-2007

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit