Kummissjoni Ewropea > NGE > Liġi applikabbli

L-aħħar aġġornament: 04-11-2009
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Liġi applikabbli - Informazzjoni Ġenerali

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. L-aġġornament qed jitħejja bħalissa u jkun disponibbli fil-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


Il-qrati mhux dejjem japplikaw il-liġi ta' pajjiżhom.

Meta tkun involut f'litigazzjoni f'każ fejn il-fatti ma jiġrux kollha fl-istess pajjiż, mhux biżżejjed li tkun taf liema qorti għandha l-ġurisdizzjoni biex tisma' u tiddetermina l-każ tiegħek skond il-liġi internazzjonali; jinħtieġlek ukoll tkun taf liema liġi l-qorti se tapplika biex tasal għal deċiżjoni fuq dawk il-fatti. Ir-regoli tal-“konflitt tal-liġijiet” jiddeterminaw il-liġi applikabbli biex issolvi sitwazzjoni internazzjonali speċifika.

Kif il-kummerċ internazzjonali u l-ivvjaġġar jespandu, hekk ukoll ir-riskju li ditta jew individwu jiġu involuti f'tilwima b'dimensjoni internazzjonali. Id-dimensjoni internazzjonali tista' tikkonsisti fil-fatt li l-partijiet ikunu ta' nazzjonalità differenti jew jgħixu f'pajjiżi differenti jew daħlu f'kuntratt li jikkonċerna transazzjoni li ser issir barra mill-pajjiż. Fl-eventwalità ta' tilwima, mhux biżżejjed li tistabbilixxi liema qorti għandha l-ġurisdizzjoni biex tisma' u tiddetermina l-każ tiegħek skond il-liġi internazzjonali (Il-ġurisdizzjoni tal-qrati); jinħtieġlek ukoll tkun taf liema liġi tiggverna s-sitwazzjoni nnifisha.

Il-qrati mhux dejjem japplikaw il-liġi ta' pajjiżhom - il-lex fori - imma xi drabi japplikaw il-liġi ta' pajjiż ieħor li miegħu t-tilwima jkollha konnessjoni mill-qrib. Ħu l-eżempju ta' koppja Ġermaniża-Taljana li żżewġet fil-Portugall imma issa tgħix fi Franza u trid tiddivorzja, allura jmorru quddiem il-qrati Franċiżi. Fit-teorija hemm erba' settijiet tal-liġi li jistgħu japplikaw - il-Franċiża, il-Portugiża, it-Taljana u l-Ġermaniża - u issa huma meqjusa bħala li qiegħdin “f'konflitt”.

Dan hu preċiżament ir-rwol tar-regoli dwar “il-konflitt tal-liġijiet” - li jiddetermina liema liġi tiggverna liema sitwazzjoni legali (il-kuntratti, il-leżjonijiet personali, is-sitwazzjonijiet tal-familja, is-suċċessjonijiet, ir-reġimi tal-proprjetà matrimonjali, il-proprjetà in ġenerali, eċċ.).

Fl-iffissar ta' dawn ir-regoli, il-leġiżlazzjoni tirrifletti numru ta' fatturi, inklużi l-aspettativi leġittimi tal-partijiet, il-prinċipju ta' qrubija, li jġib sitwazzjoni legali taħt il-liġi tal-pajjiż li miegħu għandu konnessjonijiet l-aktar fil-qrib, u l-idea li ċerti partijiet, bħal minuri, konsumaturi u persuni impjegati, jistħoqqilhom protezzjoni speċjali.

Ir-regoli tal-konflitt huma parti minn dak li hu magħruf bħala d-dritt internazzjonali privat, imma l-unika ħaġa internazzjonali dwarhom hija l-isem: tradizzjonalment, kull Stat għandu s-sistema nazzjonali tiegħu dwar ir-regoli ta' konflitt. Kemm tikklikkja fuq il-bandiera ta' l-Istat Membru li jinteressak u ssib l-informazzjoni li għandek bżonn dwar ir-regoli ta' hemmhekk.

Ir-regoli tal-konflitt f'ċerti oqsma ġew armonizzati fl-Ewropa. Jekk trid aktar informazzjoni, ikklikkja fuq “Il-liġi tal-Komunità”.

Ċerti regoli ta' konflitt ġew ukoll armonizzati internazzjonalment. Jekk trid aktar informazzjoni, ikklikkja fuq “Il-liġi internazzjonali”.

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 04-11-2009

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit