Ordni Legali
Organizzazzjoni tal-Ġustizzja
Professjonijiet legali
Għajnuna legali
Jurisdizzjoni tal-qrati
Ftuħ ta’ kawża fil-qorti
Skadenzi taż-Żmien skond il-Proċedura
Liġi applikabbli
Servizz tad-dokumenti
Teħid ta’ evidenza u mezz ta’ evidenza
Miżuri temporanji u miżuri ta’ prekawzjonijiet
Infurzar tas-sentenzi
Proċeduri simplifikati u maġġla
Divorzju
Risponsabilità tal-ġenituri
Talbiet ta’manteniment
Falliment
Meżżi alternattivi għal riżoluzzjoni ta’ kwistjoni
Kumpens għall-vittmi tal-kriminalità
Proċessar Awtomatiku
Minħabba li l-liġi internazzjonali privata Franċiża għadha ma ġietx kodifikata, ir-regoli dwar il-konflitti tal-liġijiet jinstabu f’diversi Kodiċi (il-Kodiċi Ċivili, il-Kodiċi Kummerċjali, il-Kodiċi tal-Konsumatur), imma essenzjalment huma derivati mill-ġurisprudenza. Uħud jidhru fl-istrumenti tal-Komunità tal-leġislazzjoni sekondarja.
Numru sinjifikanti ta’ regoli dwar il-konflitt tal-liġijiet ġew minn konvenzjonijiet internazzjonali multilaterali li Franza hija parti minnhom. Il-maġġoranza ta’ dawn il-konvenzjonjiet żviluppaw fi ħdan l-istruttura tal-Konferenza tal-Aja dwar il-Liġi Internazzjonali Privata.
Il-konvenzjonijiet bilaterali li jintużaw frekwentament mill-qrati Franċiżi jkopru l-istat personali. Ta' min jinnota:
Skont il-ġurisprudenza, l-imħallef li qed jieħu ħsieb il-każ irid jiddetermina jekk il-liġi li għaliha jirreferi l-każ hijiex disponibbli jew le; l-imħallfin iridu jevalwaw dan skont il-liġi tagħhom stess.
L-imħallfin huma obbligati japplikaw ir-regoli dwar il-konflitt tagħhom biss meta l-liġi konċernata mhijiex disponibbli (essenzjalment f’każijiet relatati mal-istat personali: il-kapaċità, il-validità sostantiva taż-żwieġ, id-divorzju, eċċ). Meta l-liġi hija disponibbli, il-partijiet iridu jinvokaw l-applikazzjoni tal-liġi barranija li tapplika normalment.
Fil-liġi internazzjonali privata Franċiża, ir-renvoi hija definita bħala konflitt negattiv tal-kriterji ta’ konnessjoni: ir-regoli dwar il-konflitt Franċiżi jinnominaw liġi barranija bħala applikabbli, imma r-regoli dwar l-għażla tal-liġijiet tal-pajjiż li l-liġijiet tiegħu qed jirreferi għalihom il-każ jinnominaw min-naħa l-oħra l-liġi Franċiża (renvoi tal-ewwel grad) jew il-liġi ta’ Stat ieħor (renvoi tat-tieni grad).
Dan il-mekkaniżmu, li huwa diffiċli li jiġi rikonċiljat mal-libertà tal-għażla, minn dejjem kien residwali, notevolment eskluż minn kwistjonijiet kuntrattwali u kawżi matrimonjali. Anki f’każijiet dwar l-istat personali, l-użu tiegħu preżentament naqas sostanzjalment.
Fejn il-kriterju ta’ konnessjoni jvarja biż-żmien u/jew fl-ispazju, il-liġi applikabbli tiġi deċiża b’relazzjoni mal-kriterju ta’ konnessjoni ta’ qabel jew mal-krijerju ta’ konnessjoni l-ġdid?
F’uħud mill-każijiet, il-liġi tipprovdi t-tweġiba. Altrimenti, tinstab fil-ġurisprudenza, f’mod li tvarja skont ir-regoli tal-konflitt konċernati, iżda t-tendenza hija li tingħata kunsiderazzjoni lill-mobilità, bil-kriterju ta’ konnessjoni evalwat fil-ġurnata meta jsir ir-rikors.
Ir-regoli tal-konflitt li japplikaw normalment jitwarrbu f'żewġ tipi ta' sitwazzjonijiet:
Il-mekkaniżmu tal-eċċezzjoni għall-ordni pubblika internazzjonali:
Il-liġi barranija nominata tiġi eskluża mill-imħallef jekk l-applikazzjoni tagħha tista' twassal għal sitwazzjoni li tmur kontra l-ordni pubblika, mifhum bħala "il-prinċipji tal-ġustizzja universali”, ikkunsidrati skont l-opinjoni pubblika bħala ta' valur assolut. L-imħallef japplika r-regoli tal-liġi Franċiża minflokk dawk tal-liġi li għażel li jeskludi.
Il-kunsiderazzjoni għall-ordni pubblika, li tapplika kompletament fejn il-każ jista' jwassal għall-ħolqien ta' dritt fit-territorju Franċiż, tista' tkun aktar flessibbli jekk il-kwistjoni hija biss li jsiru effettivi fi Franza d-drittijiet miksuba legalment barra mill-pajjiż.
It-teorija tar-regoli mandatorji:
Ir-regoli mandatorji jistgħu jiġu definiti bħala "il-liġijiet li jridu jiġu osservati għall-protezzjoni tal-ordni politika, soċjali jew ekonomika tal-pajjiż".
Dawn il-liġijiet huwa applikabbli direttament, mingħajr il-medjazzjoni tar-regoli tal-konflitt. F'uħud mill-każijiet, il-liġi stess tipprovdi dan. Jekk le, l-imħallef irid jiddentifika l-liġi li hija applikabbli immedjatament: il-liġi tal-kompetizzjoni Franċiża jew Ewropea hija notevolment ikkunsidrata f'dan il-mod, kif ukoll id-dispożizzjonijiet tar-regoli Franċiżi dwar il-kuntratti tax-xogħol relatati mas-saħħa u s-sigurtà, il-ħinijiet u l-metodi tax-xogħol, ir-regoli dwar il-protezzjoni ta' u l-assistenza lill-minuri li jgħixu fi Franza, eċċ.). L-imħallef huwa obbligat japplika r-regoli mandatorji Franċiżi fuq l-inizjativa tiegħu stess. L-applikazzjoni tal-liġijiet mandatorji barranin mhijiex obbligatorja, sakemm mhux dikjarat xort'oħra f'konvenzjoni internazzjonali (per eżempju, l-Artikolu 7(1) tal-Konvenzjoni ta' Ruma).
Tradizzjonalment, kienet ir-responsabbiltà tal-parti li qed titlob l-applikazzjoni ta’ liġi barranija li tistabbilixxi l-kontenut tagħha, u b’mod partikolari li turi li l-applikazzjoni tal-liġi Franċiża ma twassalx għal riżultat ekwivalenti.
Wara preċedent relativament reċenti (1998), ġie aċċettat li l-imħallef irid jagħmel riċerka tal-kontenut tal-liġi barranija meta hu stess jiddikkjaraha bħala applikabbli – dan mhux obbligatorju meta l-każ jikkonċerna liġijiet li mhumiex disponibbli.
Il-prova tal-kontenut tal-liġi barranija tista’ tiġi provduta permezz tal-mezzi stabbiliti fil-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili l-ġdid (opinjoni esperta, partijiet li jidhru fil-qorti, talba għal evidenza minn terza persuna, eċċ.).
Hija wkoll prattika standard li jsir rikors għal certificat de coutume. Dan huwa dokument ippreparat bil-Franċiż jew minn konsulat jew ambaxxata ta’ stat barrani fi Franza jew minn avukat barrani jew Franċiż li jispeċjalizza fil-qasam tal-liġi konċernata.
Il-kontratt jista' jiġi kontrollat mil-liġi magħżula mill-partijiet. Fl-assenza ta' għażla espliċita mill-parti tagħhom, l-imħallef irid jiddetermina l-liġi applikabbli skont l-ispirtu ġenerali tal-ftehim u ċ-ċirkustanzi tal-każ.
Barra dan, regoli tal-konflitt speċifiċi joriġinaw minn numru ta' ftehim internazzjonali li Franza hija parti tagħhom:
Il-liġi applikabbli għall-kuntratt tradizzjonalment tiddetermina:
Ir-Regolament tal-Komunità ta' Ruma II sejjer minn issa 'l quddiem ikopri parti kbira ta'din iż-żona. Lilhinn mis-suġġett u l-iskop ġeografiku ta' dan ir-Regolament, is-sistema Franċiża tikkonforma mar-regola ġenerali fejn il-liġi applikabbli hija dik tal-post tal-kummissjoni, imma b'numru ta' regoli speċifiċi skont il-ġurisprudenza jew il-liġijiet internazzjonali li Franza hija parti tagħhom, addattati għal sitwazzjonijiet speċifiċi:
Ir-relazzjoni ġenitur-tifel/tifla hija stabbilita permezz tal-liġi personali tal-omm fil-ġurnata tat-twelid tat-tifel/tifla, jew tal-liġi personali tat-tifel/tifla jekk l-omm mhijiex magħrufa.
L-effetti tar-relazzjoni ġenitur-tifel/tifla huma kontrollati mil-liġi nazzjonali tat-tifel/tifla jew mil-liġi tal-konsegwenzi taż-żwieġ tal-ġenituri.
Madankollu, il-liġi konvenzjonali internazzjonali tieħu l-post ta’ dawn ir-regoli fil-każijiet li jinvolvu Stati li huma parti ta’ konvenzjonijiet li l-iskop sostantiv tagħhom ikopri l-każijiet konċernati: każijiet relatati mar-responsabbiltà tal-ġenituri, fejn it-tfal konċernati huma residenti abitwali fi Franza jew fi Stat ieħor li huma parti tal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1961; ġarr illegali ta’ tfal bejn Stati li huma parti tal-Konvenzjoni tal-Aja tal-25 ta’ Ottubru 1980; każijiet relatati mal-obbligazzjonijiet ta’ manteniment taħt il-Konvenzjoni tal-Ajatat-2 ta’ Ottubru 1973.
Il-kondizzjonijiet, bħall-effetti, tal-addozzjoni fil-ġurisprudenza huma kontrollati mil-liġi nazzjonali tal-ġenitur addottiv, waqt li l-kondizzjonijiet tal-kunsens jew ir-rappreżentazzjoni tat-tifel/tifla addotat/a huma kontrollati mil-liġi nazzjonali tat-tifel/tifla.
Il-kondizzjonijiet taż-żwieġ (kapaċità, kunsens, eċċ.) jaqgħu taħt il-liġi personali tal-persuni miżżewġin (l-Artikolu 3 tal-Kodiċi Ċivili). Iċ-ċittadini Franċiżi li jiżżewġu barra mill-pajjiż iridu jikkonformaw mal-kondizzjonijiet sostantivi tal-liġi Franċiża (l-Artikolu 170 tal-Kodiċi Ċivili). Fejn persuni li se jiżżewġu fil-futur huma ta’ nazzjonalitajiet differenti, iż-żewġ liġijiet personali rilevanti jiġu applikati f’mod distribwit, u tiġi applikata l-liġi l-aktar stretta fit-termini ta’ impedimenti għaż-żwieġ.
Ir-rekwiżiti formali (formalitajiet li jridu jsiru, żwieġ sekulari jew reliġjuż, eċċ.) huwa fil-prinċipju suġġetti għall-liġi tal-post taċ-ċelebrazzjoni.
Il-liġi personali tal-persuni miżżewġin tapplika għall-konsegwenzi taż-żwieġ. Fejn il-miżżewġin huma ta’ nazzjonalitajiet differenti, il-liġi applikabbli hija dik tad-domiċilju komuni. Fejn m’hemm l-ebda domiċilju komuni, il-qrati Franċiżi se japplikaw il-liġi Franċiża bħala l-liġi tal-qorti li tieħu l-każ.
Din il-liġi tkopri b’mod partikolari l-obbligazzjoniet personali derivati miż-żwieġ (fideltà, assistenza, koabitazzjoni) u l-kuntratti bejn il-miżżewġin, bl-eċċezzjoni tad-donazzjonijiet ta’ beni futuri bejn il-miżżewġin, li jaqgħu taħt il-liġi tas-suċċessjoni.
Għal koppja mhux miżżewġa li r-relazzjoni tagħhom mhijiex formalizzata legalment, il-liġi sostantiva tqis ir-relazzjonijiet legali differenti tas-sħab bħala daqstant relazzjonijiet distinti, kull waħda suġġetta għal-liġi li hija addattata għall-għamla tagħha (Qorti Reġjonali ta’ Pariġi, 21/11/1983).
L-opinjoni professjonali hija maqsuma fuq il-liġi applikabbli għas-sħubiji organizzati bħall-Patt ta’ Solidarità Ċivili, minħabba n-nuqqas ta’ ġurisprudenza speċifika bħala referenza. Għal uħud, din it-tip ta’ sħubija taqgħa taħt il-liġi applikabbli għall-atti legali. Għal oħrajn, taqgħa taħt il-liġi applikabbli għall-istat personali tal-partijiet interessati. Oħrajn jippreferu l-ħolqien ta’ kategoriji ta’ korrelazzjoni sui generis – il-liġi tal-istituzzjoni. Fl-aħħar, uħud isostnu li, almenu għall-Patt tas-Solidarità Ċivili, il-liġi Franċiża għandha tapplika bħala regoli mandatorji.
Skont l-Artikolu 310 tal-Kodiċi Ċivili: "Id-Divorzju u s-separazzjoni fil-qorti huma kontrollati mil-liġi Franċiża:
Il-Qorti tal-Kassazzjoni stabbilixit li l-kriterju tan-nazzjonalità Franċiża jew id-domiċilju fi Franza jrid jiġi sodisfatt fil-ġurnata meta tittieħed l-azzjoni legali.
Il-liġi applikabbli għad-divorzju jew is-separazzjoni fil-qorti tiddetermina r-raġunijiet għal (tort, inkompatibilità, kollass irrekuperabbli taż-żwieġ, kunsens reċiproku, eċċ.) u l-konsegwenzi finanzjarji tad-divorzju jew is-separazzjoni legali (danni mogħtija, ħlas ta' kumpens jew konċessjonijiet ta' manteniment bejn il-miżżewġin).
Ir-regoli tal-konflitt applikabbli fi Franza jittieħdu mill-Artikoli 4, 5 u 6 tal-Konvenzjoni tal-Aja tat-2 ta’ Ottubru 1973 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet ta’ manteniment, li tinnomina l-liġi interna tar-residenza abitwali tal-kreditur tal-manteniment. Madankollu, jekk il-kreditur tal-manteniment ma jistgħax jikseb il-manteniment taħt din il-liġi, se tapplika l-liġi tan-nazzjonalità komuni tal-kreditur tal-manteniment u tad-debitur tal-manteniment (l-Artikolu 5) u , jekk neċessarju, il-liġi tal-qorti adita.
Il-liġi nominata tapplika għar-relazzjonijiet finanzjarji bejn il-miżżewġin (kontribuzzjoni tal-ispejjeż taż-żwieġ) u l-obbligazzjonijiet ta’ manteniment lejn it-tfal tal-koppja. Madankollu, din il-liġi tista’ jkollha l-kompetizzjoni mil-liġi applikabbli għad-divorzju u s-separazzjoni fil-qorti skont l-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni tal-Aja 1973 imsemmija qabel.
Il-liġi applikabbli hija dik magħżula mill-miżżewġin jekk dawn jagħmlu kuntratt taż-żwieġ.
Fl-assenza ta’ għażla espliċita, trid tiġi mfittxa l-għażla taċita tagħhom. Hawnhekk, hemm il-preżunzjoni li tivvaforixxi l-liġi tal-ewwel domiċilju komuni tal-koppja, mifhum bħala l-post fejn għexu l-ewwel għal perjodu ta’ żmien sinjifikanti.
Din is-sistema tinstab ukoll fil-Konvenzjoni tal-Aja tal-14 ta’ Marzu 1978, li Franza hija parti minnha. Din il-Konvenzjoni żżid żewġ korrelazzjonijiet sussidjarji, skont l-għażla tal-partijiet jew l-ewwel domiċilju komuni tagħhom: in-nazzjonalità komuni tal-miżżewġin jew il-liġi li hija l-aktar konnessa fil-qrib mas-sitwazzjoni tagħhom.
Il-liġi applikabbli tiddetermina il-mutabilità jew l-immutabilità tar-reġim, il-kategoriji tal-beni u l-kontroll ta’ dawn mill-miżżewġin, u t-termini tal-ġestjoni u l-likwidazzjoni tar-reġim.
Is-suċċessjoni għall-proprjetà immobbli hija suġġetta għal-liġi tal-post fejn tinstab il-proprjetà. Is-suċċessjoni għall-proprjetà immobbli hija kontrollata mil-liġi tal-aħħar domiċilju tal-parti deċeduta.
Il-liġi tas-suċċessjoni tikkontrolla l-kwistjonijiet kollha relatati mad-devoluzzjoni, it-trasferiment u l-likwidazzjoni tas-suċċessjoni.
Fil-każijiet ta’ suċċessjoni intestata, il-liġi tas-suċċessjoni tiddetermina l-ereditarji li se jereditaw. Madankollu, hija meħtieġa prova tar-relazzjoni sabiex il-wirt jaqa’ taħt l-istat personali, mhux il-liġi ta’ suċċessjoni.
Fis-suċċessjonijiet testamentarji, japplikaw żewġ strumenti internazzjonali. Dawn huma l-Konvenzjoni tal-Aja tal-5 ta’ Ottubru 1961 dwar il-liġijiet tal-konflitt relatati mal-forma ta’ dispożizzjonijiet testamentarji, u l-Konvenzjoni ta’ Washington tat-28 ta’ Ottubru 1973 dwar il-liġi uniformi fuq il-forma ta’ testment internazzjonali.
Il-liġi applikabbli hija dik tal-post fejn hi sitwata l-proprjetà, jekk hijiex mobbli jew immobbli. Is-sitwazzjoni tista’ tkun komplessa fejn il-proprjetà mobbli tiġi trasferita minn stat għal ieħor. Biex jiġi solvut dan il-konflitt, il-ġurisprudenza tistipula li trid tingħata kunsiderazzjoni lill-liġi tal-post li fiha hija sitwata l-proprjetà meta jsir ir-rikors.
Fejn il-proprjetà mobbli hija mezz tat-trasport (dgħajsa, inġenju tal-ajru, eċċ), il-liġi tal-kuntratt internazzjonali tikkonferixxi l-ġurisdizzjoni lill-Istat tar-reġistrazzjoni.
Il-liġi applikabbli tiddefinixxi d-drittijiet fuq il-proprjetà prinċipali jew inċidentali fuq il-beni u tispeċifika l-prerogativi tas-sid. Tikkontrolla wkoll il-mezzi li permezz tagħhom jinkisbu d-drittijiet fuq il-proprjetà. F’dan il-kuntest, tista’ tiġi kombinata mal-liġi li tikkontrolla l-att ta’ ċessjoni li joħloq id-drittijiet, b’mod partikolari l-att ta’ ċessjoni tad-dritt tal-pusess.
In ġenerali, il-liġi applikabbli għal proċedura ta’ insolvenza hija dik tal-qorti li fih bdew il-proċeduri. Il-liġi applikabbli għandha minn hemm ‘il quddiem tiġi determinata permezz ta’ referenza għall-kwistjonijiet ta’ konflitti ġurisdizzjonali. Ir-Regolament Nru 1346/2000 tad-29 ta’ Mejju 2000 jistabbilixxi r-regoli tal-konflitt; f’dan il-każ, il-liġi applikabbli hija dik tal-Istat Membru li fih huwa sitwat il-post fejn bdew il-proċeduri (l-Artikoli 4 u 28).
Il-liġi applikabbli għal proċedura ta’ insolvenza jista’ jkollha tikkompeti mal-liġi tal-post fejn il-proprjetà hija sitwata, notevolment b’rigward għat-titoli kuntrattwali, il-privileġi u l-ipoteki legali relatati ma’ proprjetà sitwata barra mill-pajjiż.
« Liġi applikabbli - Informazzjoni Ġenerali | Franza - Informazzjoni Ġenerali »
L-aħħar aġġornament: 26-03-2009

