Kummissjoni Ewropea > NGE > Liġi applikabbli > Liġi Komunitarja

L-aħħar aġġornament: 10-07-2007
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Liġi applikabbli - Liġi Komunitarja

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. L-aġġornament qed jitħejja bħalissa u jkun disponibbli fil-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


Ghal l-ahtar aggiornaurent fuq it-test, Mekk jghogobk ara English

Xi darba, l-imħallfin ta’ l-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea se japplikaw il-liġi ta’ l-istess Stat f’sitwazzjoni internazzjonali partikulari.

Il-Konvenzjoni ta’ Ruma ta’ l-1980 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali tarmonizza r-regoli ta’ kunflitt tal-liġijiet applikabbli għall-kuntratti. Il-Komunità bħalissa qed taħdem fuq strument dwar ir-regoli ta’ kunflitt tal-liġijiet fil-qasam ta’ l-obbligi mhux kuntrattwali (hekk imsejħa Ruma II). U qed tippjana biex tarmonizza r-regoli ta’ kunflitt tal-liġijiet li għandhom x’jaqsmu mad-divorzju, mar-reġimi matrimonjali kif ukoll mas-suċċessjonijiet u t-testmenti. L-għan ewlieni ta' dawn il-miżuri huwa li jkun żgurat li sitwazzjoni legali partikolari tkun aġġudikata taħt il-liġi sostantiva ta' l-istess pajjiż, irrispettivament minn liema qorti ddeċidiet il-każ u f'liema Stat Membru ġara dan, u b'hekk il-miżuri jkunu taw kontribuzzjoni għall-ħolqien ta' żona Ewropea ġenwina ta' ġustizzja.

Obbligi Kuntrattwali

  • Il-Konvenzjoni ta' Ruma ta' l-1980 li daħlet fis-seħħ fl-1 ta’ April 1991 hi komplementari għall-Konvenzjoni ta' Brussell ta' l-1968 (Liġi internazzjonali Kompetenza tat-Tribunali). Din il-Konvenzjoni, bħar-Regolament Brussell I, li ssostitwiha mill-1 ta’ Marzu 2002, tipprevedi f’ċerti każi li t-tribunali ta’ bosta Stati Membri jistgħu jkunu kompetenti sabiex jiddeċiedu każ. Dan jinvolvi r-riskju li parti tista' tressaq il-każ tagħha quddiem qorti ta' pajjiż partikolari mhux għaliex dik il-qorti tkun l-aħjar waħda biex issolvi l-kwistjoni (pereżempju x-xiehda meħtieġa biex jiġi aġġudikat il-każ tkun ikkonċentrata hemm), imma għaliex dik il-qorti tapplika l-liġi sostantiva li tkun l-aktar favorevoli għat-talba tal-parti kkonċernata – il-fenomenu ta' l-għażla tal-forum (forum shopping). L-unifikazzjoni tar-regoli ta’ kunflitt tal-liġijiet tnaqqas ir-riskju ta' l-għażla tal-forum fil-Komunità billi jkun żgurat li l-qrati ta’ l-Unjoni Ewropea kollha japplikaw l-istess liġi għall-istess kuntratt internazzjonali partikulari.
  • Ir-regoli tal-Konvenzjoni ta’ Ruma huma fis-seħħ fil-15-il Stat Membru kollha, inkluża d-Danimarka. Fir-rigward ta' dawk l-Istati Membri li l-adeżjoni tagħhom isseħħ fl-1 ta' Mejju 2004, il-Konvenzjoni għadha ma daħlitx fis-seħħ għalihom.
  • Il-punt ċentrali tas-sistema mwaqqfa mill-Konvenzjoni hu l-prinċipju tal-libertà ta' l-għażla, li jippermetti lill-partijiet li jagħżlu liberament il-liġi applikabbli għall-kuntratt tagħhom. Il-libertà mogħtija lill-partijiet hija kbira ħafna: huma jistgħu jagħżlu kwalunkwe liġi, ukoll jekk din ma tkunx relatata mas-suġġett tal-kuntratt, u jistgħu wkoll jibdlu l-għażla oriġinali tagħhom f'kull ħin.
  • Meta l-partijiet ma jkunux stabbilew liema għandha tkun il-liġi applikabbli għall-kuntratt tagħhom, dan għandu jkun irregolat mil-liġi tal-pajjiż li miegħu jkollu l-eqreb rabtiet. Il-kuntratt hu preżunt li għandu l-eqreb rabtiet mal-pajjiż fejn il-parti li għandha tforni l-prestazzjoni karatteristika għandha r-residenza abitwali tagħha, li jfisser, b'mod konkret, li bħala prinċipju, il-kuntratt tal-bejgħ hu rregolat mil-liġi tal-pajjiż fejn il-bejjiegħ hu stabbilit u l-kuntratt għas-servizzi hu regolat mil-liġi ta' dak il-post fejn ikun stabbilit dak li qed jipprovdi s-servizz. Imma dawn huma biss preżunzjonijiet u l-qorti tista tagħżel li tapplika liġi differenti jekk issib li dik il-liġi jkollha rabtiet eqreb mal-kuntratt konċernat.
  • Bħar-Regolament Brussell I, il-Konvenzjoni ta’ Ruma tinkludi regoli speċjali sabiex tipproteġi l-partijiet id-dgħajfa, jiġifieri l-konsumaturi u l-impjegati. B’hekk is-sempliċi fatt li l-kuntratt jindika li ċerta liġi hi applikabbli ma twaqqafx konsumatur jew impjegat mill-protezzjoni ta’ regoli mandatarji tal-liġi li normalment japplikaw għalihom. Meta l-partijiet ma jkunu għamlu l-ebda provvediment ieħor fil-kuntratt tagħhom, il-kuntratt tal-konsumatur hu rregolat mil-liġi tal-pajjiż ta' residenza abitwali tiegħu, filwaqt li kuntratt tax-xogħol hu rregolat mil-liġi tal-pajjiż fejn l-impjegat normalment iwettaq xogħlu u, fin-nuqqas ta' tali post, il-liġi tal-pajjiż fejn l-impjieg hu stabbilit.
  • Fl-aħħar ta’ l-2002, il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat Green Paper dwar jekk il-Konvenzjoni ta' Ruma ta’ l-1980 għandhiex tiġi mibdula fi strument Komunitarju proprju (regolament jew direttiva) kif ukoll modernizzata fis-sustanza tagħha. F'dan il-kuntest il-Kummissjoni rċeviet madwar 80 kontribuzzjoni English.
  • Bħala riżultat tal-proċess konsultattiv fil-15 ta' Diċembru 2005 il-Kummissjoni Ewropea adottat proposta għal Regolament tal-Parlament u l-Kunsill dwar il-Liġi Applikabbli għall-Obbligi Kuntrattwali ("Ruma 1") bil-għan li jiġu modernizzati r-regoli tal-Konvenzjoni ta' Ruma u fl-istess ħin tkun trasformata fi strument legali Komunitarju.

Obbligi mhux kuntrattwali

  • Billi r-Regolament Brussell 1 jirregola kemm l-obbligi kuntrattwali kif ukoll dawk li mhumiex, teżisti l-ħtieġa ta' regoli tal-kunflitt tal-liġijiet armonizzati f'dawn iż-żewġ oqsma. Din kienet ir-raġuni għaliex il-Kummissjoni Ewropea adottat, fit-22 ta’ Lulju 2003, proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli tal-kunflitt tal-liġijiet fir-rigward ta' l-obbligi mhux kuntrattwali ("Ruma II"). Dan l-istrument għandu l-għan li jirregola l-problemi dwar id-determinar tal-liġi applikabbli għal kwistjonijiet relatati f'sitwazzjonijiet internazzjonali ma' obbligi mhux kuntrattwali, jiġifieri korriment personali, responsabbiltà għal dannu minn prodotti difettużi u ħsara ambjentali.
  • Qabel l-adozzjoni ta' din il-proposta sar dibattitu pubbliku fil-fond dwar il-każ u kienet saret ukoll seduta pubblika fi Brussell fis-7 ta' Jannar 2003 u konsultazzjoni bil-miktub ma' entitajiet interessati fuq il-bażi ta' proposta qafas preliminarja għal Regolament tal-Kunsill English dwar il-liġi applikabbli għal obbligi mhux kuntrattwali fit-3 ta' Mejju 2002. Il-Kummissjoni rċiviet madwar 80 kontribuzzjoni li tqassru f'dokument ta' sinteżi English.

Manutenzjoni

Testmenti u Suċċessjonijiet

  • Fl-1 ta' Marzu 2005 l-Kummissjoni ppubblikat il-Green Paper fuq is-Suċċessjoni u t-Testmenti li fiha aspetti ta' kunflitt ta' liġijiet relatati ma' dan il-qasam leġiżlattiv.
  • Ir-rispons għall-Green Paper ġie ppubblikat fuq il-websajt English tad-Direttorat Ġenerali Ġustizzja, Ħelsien u Sigurtà.

Divorzju

  • Il-Kummissjoni nidiet xogħol fuq il-liġi applikabbli fi kwistjonijiet dwar id-divorzju. Fl-14 ta' Marzu 2005 il-Kummissjoni ppubblikat Green Paper fuq il-liġi applikabbli u l-ġuriżdizzjoni fuq kwistjonijiet relatati mad-divorzju. Irċeviet mal-65 tweġiba. Saret seduta pubblika fis-6 ta' Diċembru 2005.
  • Bħala riżultat tal-proċess konsultattiv, fis-17 ta' Lulju 2006 il-Kummissjoni ppreżentat proposta għal Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2201/2003 dwar il-ġuriżdizzjoni u l-introduzzjoni ta' regoli li jikkonċernaw il-liġi applikabbli fi kwistjonijiet matrimonjali PDF File (PDF File 234 KB). L-għan ġenerali ta’ din il-Proposta hu li jiġi provdut qafas legali ċar u komprensiv fi kwistjonijiet matrimonjali fl-Unjoni Ewropea u li jkunu żgurati soluzzjonijiet xierqa liċ-ċittadini f'termini ta' ċertezza legali, prevedibilità, flessibbiltà u aċċess għall-qorti.
  • Il-Proposta tintroduċi regoli tal-kunflitt tal-liġijiet armonizzati fi kwistjonijiet ta’ divorzju u separazzjoni legali li jippermettu lill-konjugi sabiex faċilment jipprevedu liema liġi tapplika għall-proċeduri matrimonjali tagħhom. Ir-regola proposta hija l-ewwelnett ibbażata fuq l-għażla tal-konjuġi. L-għażla hija ristretta għal dawk il-liġijiet li magħhom iż-żwieġ għandu rabtiet mill-qrib. Fin-nuqqas ta’ għażla, il-liġi applikabbli tiġi determinata skond skala ta’ kriterji relatati li jiżguraw li l-proċeduri matrimonjali jkunu kkontrollati minn ordni legali b’rabtiet mill-qrib maż-żwieġ.
  • Il-proposta tfittex li ttejjeb l-aċċess għall-qorti fi proċeduri matrimonjali. Il-possibilità li tintgħażel qorti kompetenti fi proċeduri relatati ma’ divorzju u separazzjoni legali (“proroga”) ser ittejjeb l-aċċess tal-qorti għall-konjuġi li għandhom nazzjonalità differenti. Ir-regola dwar il-proroga tapplika kemm jekk il-koppja tgħix fi Stat Membru kif ukoll jekk tgħix fi Stat terz. Barra minn hekk, il-proposta tindirizza b’mod speċifiku l-ħtieġa li jiġi żgurat l-aċċess tal-qorti għall-konjugi ta’ nazzjonalità differenti li jgħixu fi Stat terz.

Proprjetà Matrimonjali

  • Fis-17 ta' Lulju 2006 il-Kummissjoni adottat Green Paper PDF File (PDF File 252 KB) fuq il-kunflitt tal-liġijiet fi kwistjonijiet li jirrigwardaw ir-reġim tal-proprjetà matrimonjali, inkluża l-kwistjoni ta' ġuriżdizzjoni u rikonoxximent reċiproku. Dan id-dokument qed iniedi konsultazzjoni wiesgħa English dwar il-kwistjonijiet legali li jqumu f’kuntest internazzjonali rigward ir-reġim tal-proprjetà matrimonjali u l-konsegwenzi ta’ forom oħra ta’ unjoni fuq il-proprjetà. Din tippreżenta d-diversi aspetti tal-kwistjoni li jidher li jinħtieġu li jkun hemm regoli leġiżlattivi fuq livell Komunitarju.

Dokumenti ta' referenza:

  • Green Paper PDF File (PDF File 252 KB) dwar il-kunflitti tal-liġijiet fi kwistjonijiet li jirrigwardaw ir-reġim tal-proprjetà matrimonjali, inkluża l-kwistjoni tal-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent reċiproku (COM/2006/0400 finali)
  • Proposta għal Regolament tal-Kunsill PDF File (PDF File 234 KB) li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2201/2003 fir-rigward ta' ġurisidizzjoni u l-introduzzjoni ta' regoli dwar liġi applikabbli fi kwistjonijiet matrimonjali (COM/2006/0399 finali)
  • Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali (Ruma I) (COM/2005/0650 finali)
  • Proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, l-għarfien u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet u l-kooperazzjoni fil-qasam ta’ obbligi ta’ manteniment (COM/2005/0649 finali)
  • Green Paper fuq is-Suċċessjoni u t-testmenti (COM/2005/0065 finali)
  • Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi li mhumiex kuntrattwali ("Ruma II") (COM/2003/0427 finali)
  • Abbozz preliminari ta' proposta għal Regolament tal-Kunsill English dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali (Ruma II)
  • Green Paper dwar it-trasformazzjoni tal-Konvenzjoni ta’ Ruma ta’ l-1980 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali fi strument Komunitarju kif ukoll dwar il-modernizzazzjoni tagħha (COM/2002/0654 finali)
  • Studju ġuridiku komparattiv English dwar ir-regoli ta’ kunflitt ta' ġuriżdizzjoni u ta' kunflitt tal-liġijiet dwar it-testmenti u s-suċċessjonijiet fl-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea, Novembru 2002
  • Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta’ Diċembru 2000 dwar il-kompetenza ġudizzjarja, ir-rikonoxximent u l-infurzar tad-deċiżjonijiet fl-oqsma ċivili u kummerċjali (Brussell II)
  • Il-Konvenzjoni ta’ Ruma ta’ l-1980 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali (verżjoni konsolidata)
  • Il-Konvenzjoni ta’ Brussell ta’ l-1968 dwar il-kompetenza ġudizzjarja u l-infurzar tad-deċiżjonijiet fl-oqsma ċivili u kummerċjali (verżjoni konsolidata)

« Liġi applikabbli - Informazzjoni Ġenerali | Liġi Komunitarja - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 10-07-2007

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit