Kummissjoni Ewropea > NGE > Liġi applikabbli > Awstrija

L-aħħar aġġornament: 03-07-2007
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Liġi applikabbli - Awstrija

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. L-aġġornament qed jitħejja bħalissa u jkun disponibbli fil-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


 

LISTA TAL- KONTENUT

Sorsi ta’ liġi Sorsi ta’ liġi
1.1. Liġi Nazzjonali 1.1.
1.2. Konvenzjonijiet Multilaterali 1.2.
1.3. Konvenzjonijiet Bilaterali 1.3.
Applikazzjoni tar-regoli dwar il-kunflitt tal-liġi Applikazzjoni tar-regoli dwar il-kunflitt tal-liġi
2.1. Applikazzjoni uffiċjali tar-regoli dwar il-kunflitt tal-liġi 2.1.
2.2. Referenza 2.2.
2.3. Bidla tal-fattur ta’ konnessjoni 2.3.
2.4. Eċċezzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ regoli dwar kunflitt 2.4.
2.5. L-istabbiliment ta’ liġi barranija 2.5.
Regoli dwar kunflitt Regoli dwar kunflitt
3.1. Obbligazzjonijiet kuntrattwali 3.1.
3.2. Pretensjonijiet għal kumpens mingħajr kuntratt 3.2.
3.3. Stat Personali 3.3.
3.4. Ġenituri, relazzjoni bejn il-ġenituri u t-tfal, inkluż adozzjoni 3.4.
3.5. Żwieġ, partnerships, divorzju, manteniment 3.5.
3.6. Ir-reġim tal-proprjetà matrimonjali 3.6.
3.7. Suċċessjoni, testmenti 3.7.
3.8. Drittijiet reali 3.8.
3.9. Insolvenza 3.9.

 

1. Sorsi ta’ liġi

1.1. Liġi Nazzjonali

Il-liġi internazzjonali privata Awstrijaka (IPR) hija kodifikata. Il-liġi bażi hija l-Att dwar il-Liġi Privata Internazzjonali (IPRG) tal-15.6.1978, il-Gazzetta tal-Liġi Federali Nru 304/1978. Id-dispożizzjonijiet li ġejjin dwar il-kunflitt tal-liġijiet jaqgħu barra mill-IPRG:

  • L-Artikolu 13(a) ta’ l-Att Federali tat-8 ta’ Marzu 1979, li fih hemm dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi (Att dwar il-Protezzjoni tal-Konsumatur - KSchG), il-Gazzetta tal-Liġi Federali Nru 140/1979,
  • L-Artikolu 11 ta’ l-Att Federali dwar l-akkwist ta’ drittijiet għal użu part-time ta’ proprjetà immobbli (Att dwar l-Użu Part-Time – TNG), il-Gazzetta tal-Liġi Federali I Nru. 32/1997
  • L-Att Federali dwar il-liġi tal-kuntratti għal assigurazzjoni internazzjonali għaż-Żona Ekonomika Ewropea, il-Gazzetta tal-Liġi Federali Nru 89/1993,
  • L-Artikolu 20 ta’ l-Att Federali li jimplimenta d-Direttiva 93/7/KEE dwar ir-radd lura ta’ proprjetà kulturali li tneħħiet b’mod illegali minn territorju Sovran ta’ Stat Membru tal-Komunità Ewropea, il-Gazzetta tal-Liġi Federali I Nru 67/1998,
  • L-Artikolu 23 ta’ l-Att Federali dwar ir-responsabbiltà ċivili għal ħsarat ikkawżati minn radjoattività (l-Att dwar ir-Responsabbiltà Nukleari 1999 – AtomHG 1999), il-Gazzetta tal-Liġi Federali I Nru 170/1998,
  • L-Att Federali dwar il-liġi internazzjonali tal-kuntratti ta’ l-assigurazzjoni għaż-Żona Ekonomika Ewropea (IVVG), il-Gazzetta tal-Liġi Federali Nru 89/1993,
  • L-Artikoli 16 u 18 ta’ l-Att Federali dwar il-validità tal-kontijiet f’sistemi ta’ pagament, sistemi ta’ tqassim ta’ titoli u sistemi ta’ kontabilità tat-titoli (l-Att dwar il-Finalità), il-Gazzetta tal-Liġi Federali I Nru 98/2001,
  • L-Artikoli 221 sa 235 ta’ l-Att Federali dwar il-liġi internazzjonali dwar l-insolvenza (IIRG), il-Gazzetta tal-Liġi Federali I Nru 36/2003.
1.2. Konvenzjonijiet Multilaterali

Skond l-Artikolu 53 ta’ l-IPRG, ftehim internazzjonali ma jiġix affettwat mill-IPRG. Dawn għandhom il-preċedenza fuq dan l-Att – u fuq regoli nazzjonali oħra ta’ kunflitt. Il-konvenzjonijiet multilaterali, li ġejjin, li l-Awstrija iffirmat għalihom, għandhom regoli dwar il-kunflitti tal-liġijiet:

FuqFuq

  • Il-Konvenzjoni ta’ l-Aja ta’ l-24 ta’ Ottubru 1956 English - français dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi tal-manteniment tat-tfal
  • Il-Konvenzjoni ta’ l-Aja tal-5 ta’ Ottubru 1961 English - français dwar is-setgħat ta’ l-awtoritajiet u l-liġi applikabbli fir-rigward tal-protezzjoni tal-minuri
  • Il-Konvenzjoni ta’ l-Aja tal-5 ta’ Ottubru 1961 English - français dwar il-liġi applikabbli għall-forma tad-dispożizzjoni testamentarja
  • Il-Konvenzjoni ta’ l-Aja ta’ l-4 ta’ Mejju 1971 English - français dwar il-liġi applikabbli għall-inċidenti tat-traffiku
  • Il-Konvenzjoni tal-CIEC ta’ l-20 ta’ Settembru 1970 English - français PDF File (PDF File 140 KB) dwar il-leġitimazzjoni permezz ta’ żwieġ sussegwenti
  • Il-Konvenzjoni ta’ Ruma tad-19 ta’ Ġunju 1980 dwar il-liġi applikabbli għal obbligi kuntrattwali
1.3. Konvenzjonijiet Bilaterali

It-trattati bilaterali li ġejjin għandhom regoli dwar il-kunflitti tal-liġijiet:

FuqFuq

  • It-Trattat ta’ Ħbiberija u Residenza tad-9 ta’ Settembru 1959 bejn ir-Repubblika ta’ l-Awstrija u l-Imperu ta’ l-Iran
  • It-Trattat tas-16 ta’ Diċembru 1954 bejn ir-Repubblika ta’ l-Awstrija u r-Repubblika Federali Popolari tal-Jugoslavja dwar kuntatti legali reċiproċi
  • It-Trattat tal-11 ta’ Diċembru 1963 bejn ir-Repubblika ta’ l-Awstrija u r-Repubblika Popolari tal-Polonja dwar relazzjonijiet komuni fuq kwistjonijiet relatati mal-liġi ċivili u mad-dokumentazzjoni
  • It-Trattat tad-9 ta’ April 1965 bejn ir-Repubblika ta’ l-Awstrija u r-Repubblika Popolari ta’ l-Ungerija fuq kwistjonijiet ta’ suċċessjoni.

2. Applikazzjoni tar-regoli dwar il-kunflitt tal-liġi

2.1. Applikazzjoni uffiċjali tar-regoli dwar il-kunflitt tal-liġi

Il-liġi barranija hija uffiċjalment applikabbli u hekk kif inhi applikabbli fiż-żona oriġinali ta’ applikazzjoni tagħha (Artikolu 3 IPRG).

2.2. Referenza

Skond l-Artikolu 5 IPRG, irid ikun hemm konformità ma’ referenza sakemm ma ssirx referenza b’mod partikolari għal-liġi rilevanti. Jekk il-liġi barranija tirreferi lura għal-liġi Awstrijaka, hemmhekk il-liġi Awstrijaka hija deċiżiva.

2.3. Bidla tal-fattur ta’ konnessjoni

Il-bdil sussegwenti ta’ kundizzjonijiet deċiżivi għall-konnessjoni ma’ regolament legali speċifiku ma jaffettwax elementi ta’ każ li jkunu diġà ntemmu (Artikolu 7 IPRG). Għalhekk, bħala prinċipju, għal ċirkostanzi fattwali konklużi, hija applikabbli l-liġi deċiżiva fiż-żmien li fih seħħew iċ-ċirkostanzi fattwali, u għal ċirkostanzi għaddiena, hija applikabbli l-liġi deċiżiva fiż-żmien tal-ġudizzju.

FuqFuq

2.4. Eċċezzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ regoli dwar kunflitt

Il-liġi li hemm referenza għaliha mhix applikabbli jekk l-applikazzjoni tagħha tipproduċi riżultat li m’huwiex kompatibbli mal-valuri fundamentali tal-liġi u l-ordni Awstrijaka (Artikolu 6 IPRG).

Taħt il-liġi Awstrijaka, hemm dispożizzjonijiet li huma applikabbli irrispettivament mir-regoli ta’ l-IPR (standards ta’ intervent). Fil-każ ta’ wħud minn dawn id-dispożizzjonijiet, il-karattru tagħhom bħala standards ta’ intervent huwa r-riżultat ta’ kif inhuma fformolati, oħrajn bħala riżultat tal-mira tagħhom.

2.5. L-istabbiliment ta’ liġi barranija

Liġi barranija għandha tiġi stabbilita b’mod uffiċjali. Għal dan il-għan, il-qorti tista’ tibbaża fuq il-kooperazzjoni tal-partijiet, fuq l-informazzjoni mill-Ministeru Federali tal-Ġustizzja jew fuq ir-rapporti ta’ esperti. Jekk, minkejja sforzi konsiderevoli, liġi barranija ma tkunx tista’ tiġi stabbilita fil-ħin stipulat, il-liġi Awstrijaka tkun imbagħad applikabbli (Artikolu 4 IPRG).

3. Regoli dwar kunflitt

3.1. Obbligazzjonijiet kuntrattwali

Obbligazzjonijiet kuntrattwali, li mhumiex koperti bil-Konvenzjoni ta’ Ruma, għandhom jiġu deċiżi skond il-liġi speċifikata b’mod espliċitu jew konklussiv mill-partijiet. Jekk ma tkun intagħżlet ebda liġi, japplikaw l-Artikoli 46 sa 49 IPRG (Artikolu 35 IPRG). Madankollu, minħabba li l-Artikoli 46 sa 49 ma jirregolawx obbligazzjonijiet kuntrattwali, minħabba li ma hemmx dispożizzjonijiet partikolari taħt l-Artikolu 1 IPRG, il-liġi li magħha l-fatti tal-każ jkunu l-aktar qrib hija deċiżiva.

FuqFuq

Regoli speċjali dwar il-kunflitt tal-liġi japplikaw għal kuntratti relatati mal-konsumatur: Fl-Art. 13(a)(1) ta’ l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Konsumatur (KSchG), hemm implimentati r-regoli dwar il-kunflitt ta’ numru ta’ direttivi dwar il-protezzjoni tal-konsumatur. Id-dispożizzjoni tagħmel restrizzjonijiet b’mod prinċipali fuq il-libertà ta’ l-għażla tal-liġi dwar il-protezzjoni tal-konsumatur. Dispożizzjoni oħra ta’ l-IPR li wkoll tagħmel restrizzjonijiet fuq il-libertà ta’ l-għażla tal-liġi, tinsab fl-Artikolu 11(1) ta’ l-Att dwar l-Użu Part-Time (TNG).

L-Att Federali dwar il-liġi tal-kuntratti ta’ l-assigurazzjoni internazzjonali għaż-Żona Ekonomika Ewropea, li jimplimenta direttivi, jirregola l-liġi applikabbli fuq il-kuntratti ta’ l-assigurazzjoni, li tkopri r-riskji eżistenti fi ħdan Stat Membru taż-ŻEE. Hemm dritt – ristrett – għall-għażla tal-liġi. Jekk ma teżistix għażla tal-liġi, il-liġi ta’ l-Istat li miegħu l-kuntratt ikollu x’jaqsam l-aktar hija deċiżiva. Huwa meħud bħala fatt li l-akbar relazzjoni hija ma’ l-Istat li fih hemm kopert ir-riskju. Il-kopertura tar-riskju hija addattata b’mod separat għad-diversi tipi ta’ assigurazzjoni.

Standards ta’ intervent huma, per eżempju, l-Artikoli 7, 7a u 7b ta’ l-Att li Jemenda l-Liġi tal-Kuntratti tax-Xogħol (AVRAG), li skond dan, impjegati fl-Awstrija huma għall-inqas intitolati għal pagi negozjati permezz ta’ ftehim kollettiv u għal minimu ta’ vaganzi irrispettivament mil-liġi deċiżiva. Standard ta’ intervent ieħor huwa l-Artikolu 13(a)(2) KSchG, li skond dan l-Artikolu 6 KSchG (dwar elementi kuntrattwali ammissibbli), l-Artikolu 864a ABGB (dwar il-validità ta’ dispożizzjonijiet f’termini ġenerali ta’ negozju u forom kuntrattwali) u l-Artikolu 879(3) ABGB (dwar in-nullità ta’ dispożizzjonijiet li huma preġudikati bil-kbir f’termini ġenerali ta’ negozju u forom kuntrattwali għall-protezzjoni tal-konsumaturi) huma applikabbli irrispettivament mil-liġi deċiżiva għall-kuntratt, jekk il-kuntratt ikun konkluż fir-rigward ta’ l-attività li tkun saret minn negozju fl-Awstrija bil-għan li jiġu konklużi kuntratti bħal dawn. Standard ta’ intervent simili huwa l-Artikolu 11(2) TNG.

FuqFuq

3.2. Pretensjonijiet għal kumpens mingħajr kuntratt

Il-fattur ta’ konnessjoni għal pretensjonijiet għal kumpens mingħajr kuntratt huwa regolat bl-Artikoli 35 u 48 IPRG.

Għandhom jiġu deċiżi skond il-liġi magħżula mill-partijiet għall-obbligu u, jekk ma tkun saret l-ebda għażla tal-liġi tali, skond il-liġi ta’ l-Istat li fih tkun seħħet l-azzjoni li biha saret il-ħsara. Madankollu, jekk, għall-partijiet ikkonċernati, hemm relazzjoni aktar qawwija, għat-tnejn li huma, mal-liġi ta’ Stat ieħor allura l-liġi ta’ dan l-Istat hija deċiżiva.

Din ir-regola ta’ kunflitt tal-liġi tispeċifika l-liġi deċiżiva għal kwistjonijiet dwar jekk ikunx hemm obbligu għal kumpens, min huwa obbligat iħallas il-kumpens u kemm irid jitħallas. Tinkludi wkoll kwistjonijiet ta’ negliġenza kontributorja u ta’ pretensjoni diretta tal-persuna mweġġa’ kontra l-assiguratur, kif ukoll il-waqfien ta’ pretensjonijiet għal kumpens taħt l-istatut tal-limitazzjonijiet.

Pretensjonijiet għal kumpens li jirriżultaw minn inċidenti tat-traffiku, li jaqgħu taħt l-iskop tal-Konvenzjoni ta’ l-Aja ta’ l-4 ta’ Mejju 1971 English - français dwar il-liġi applikabbli għall-inċidenti tat-traffiku, għandhom ikunu konnessi taħt din il-Konvenzjoni.

FuqFuq

Għal pretensjonijiet ta’ kumpens (u pretensjonijiet oħrajn) li jirriżultaw minn kompetizzjoni inġusta, il-liġi ta’ l-Istat li fis-suq tiegħu tkun qed issir il-kompetizzjoni hija deċiżiva (Artikolu 48(2) IPRG).

Pretensjonijiet għal kumpens mingħajr kuntratt għal ħsara li sseħħ fl-Awstrija bħala riżultat ta’ radjazzjoni jonizzanti, fuq talba tal-parti mweġġa’, għandhom jiġu deċiżi taħt il-liġi Awstrijaka (Artikolu 23(1) AtomHG 1999). Jekk il-ħsara kkawżata minn radjazzjoni jonizzanti sseħħ barra mill-pajjiż u tkun se tiġi deċiża skond il-liġi Awstrijaka, f’dak il-każ il-ħsara biss trid tkun ikkumpensata sakemm l-istat personali (ara 3.3.) tal-parti mweġġa’ jipprovdi dan. (Artikolu 23(2) AtomHG 1999).

Negozju f’isem parti oħra mingħajr il-kunsens tagħha għandu jiġi deċiż skond il-liġi ta’ l-Istat li fih ikun sar. Madankollu, jekk tkun relatata mill-qrib ma’ relazzjoni legali oħra, allura l-liġi li hija deċiżiva fir-rigward ta’ din ir-relazzjoni legali hija applkabbli (Artikolu 46 IPRG).

Pretensjonijiet ta’ arrikkiment għandhom jiġu deċiżi skond il-liġi ta’ l-Istat li fih ikun sar l-arrikkiment. Madankollu, jekk l-arrikkiment ikun ibbażat fuq azzjoni li tkun seħħet fuq bażi ta’ relazzjoni legali, allura huma deċiżivi l-istandards materjali (mingħajr ma titqies ir-referenza) ta’ l-Istat li fih huma applikabbli l-istandards materjali għar-relazzjoni legali (Artikolu 46 IPRG).

3.3. Stat Personali

L-istat personali ta’ persuna huwa l-liġi ta’ l-Istat li tiegħu għandha n-nazzjonalità. Jekk persuna għandha aktar minn nazzjonalità waħda, allura hija deċiżiva l-liġi ta’ l-Istat li miegħu l-persuna għandha l-akbar relazzjoni. Madankollu, iċ-ċittadinanza Awstrijaka hija dejjem deċiżiva. Għal refuġjati u persuni mingħajr stat, l-istat personali huwa l-liġi ta’ l-Istat li huma jgħixu fih normalment (Artikolu 9 IPR-G).

FuqFuq

L-użu ta’ l-isem tal-persuna għandu jkun deċiż skond l-istat personali rispettiv tagħha, fuq kwalunkwe bażi li fuqu ittieħed l-isem (Artikolu 13 IPRG).

L-isem taż-żwieġ, per eżempju, għandu għalhekk jiġi deċiż mhux skond l-istat matrimonjali iżda skond l-istat ta’ l-isem. Għall-forma ta’ dikjarazzjonijiet ta’ titli ta’ l-isem, japplika l-istat formali ġenerali ta’ l-Artikolu 8 IPRG. (Bl-istess mod, il-forma ta’ att legali għandha tiġi deċiża skond l-istess liġi ta’ l-att legali nnifsu; madankollu, huwa biżżejjed li jkun hemm konformità mal-ħtiġijiet formali ta’ l-Istat li fih ikun sar l-att legali.) Skond il-ġurisprudenza, isem meħud taħt stat personali preċedenti ma jinbidilx biss minħabba li jkun inbidel l-istat personali (in-nazzjonalità).

Il-kapaċità legali u l-kapaċità għal azzjoni ta’ persuna wkoll għandhom jiġu deċiżi skond l-istat personali tagħha (Artikolu 12 IPRG).

Inkluża taħt din ir-referenza hemm kwalunkwe restrizzjoni tal-kapaċità għal azzjoni, eżempju, bħala riżultat ta’ mard tal-moħħ, iżda mhux il-kapaċità għaż-żwieġ. Jekk persuna tilħaq l-età tagħha, tibqa’ hekk anke jekk dan ma jkunx sar skond l-istat personali li tkun għadha kif ħadet.

3.4. Ġenituri, relazzjoni bejn il-ġenituri u t-tfal, inkluż adozzjoni

Ir-rekwiżiti għal-leġittimità ta’ wild u l-kontestazzjoni tagħhom għandhom jiġu deċiżi skond l-istat personali (ara 3.3.) li l-konjuġi kellhom fil-waqt tat-twelid tal-wild jew, jekk iż-żwieġ ikun inħall qabel, fil-ħin tat-taħlil taż-żwieġ. Jekk il-konjuġi għandhom status personali differenti, l-istat personali tal-wild fil-waqt tat-twelid huwa deċiżiv.

FuqFuq

Il-qasam ta’ applikazzjoni ta’ dan l-istandard ta’ referenza jinkludi l-preżunzjoni tal-paternità tar-raġel, ir-raġunijiet għall-kontestazzjoni tal-leġittimità kif ukoll il-kwistjoni ta’ liema persuni huma intitolati jikkontestaw il-leġittimità, u l-limiti ta’ żmien li fihom trid issir il-kontestazzjoni tal-leġittimità.

Ir-rekwiżiti għal-leġittimazzjoni ta’ tifel illeġittimu permezz ta’ dikjarazzjoni ta’ leġittimità (per eżempju b’konsegwenza ta’ sovranità nazzjonali) għandhom jiġu deċiżi skond l-istat personali tal-missier (Artikolu 23 IPRG).

L-effetti tal-leġittimità u tal-leġittimazzjoni ta’ tifel għandhom jiġu deċiżi skond l-istat personali tiegħu (Artikolu 24 IPRG). Skond il-konvenzjoni dwar il-leġittimazzjoni, il-leġittimazzjoni permezz ta’ żwieġ sussegwenti tal-ġenituri hija valida skond il-liġi nazzjonali tal-missier jew ta’ l-omm.

L-Artikolu 24 IPRG ikopri kwistjonijiet ta’ kura ta’ u tat-tkbbir tal-wild, amministrazzjoni u użu tal-beni tal-wild, ir-rappreżentazzjoni legali minn wieħed jew miż-żewġ ġenituri, inkluż il-ħtieġa għal approvazzjoni uffiċjali ta’ ċerti attivitajiet ta’ rappreżentazzjoni, id-deċiżjoni fuq l-awtorità parentali jew paterna wara d-divorzju tal-ġenituri u l-pretensjonijiet reċiproċi għall-manteniment. Din id-dispożizzjoni taqbel ħafna mal-Konvenzjoni ta’ l-Aja fuq il-protezzjoni tal-minuri. Bix-xieraq, l-awtoritajiet rilevanti jeħtieġu japplikaw il-liġi tagħhom stess fir-rigward ta’ miżuri għall-protezzjoni tal-minuri; l-awtoritajiet fl-Istat ta’ residenza huma normalment kompetenti.

Ir-rekwiżiti għall-istabbiliment u r-rikonoxximanet tal-paternità ta’ wild illeġittimu għandhom jiġu deċiżi fil-waqt tat-twelid. Stat personali aktar tard tal-wild huwa deċiżiv jekk l-istabbiliment jew ir-rikonoxximent ikun jista’ jsir iżda mhux skond l-istatus personali fil-waqt tat-twelid. Il-liġi skond liema hija stabbilita jew rikonoxxuta l-paternità hija wkoll fattur deċiżiv għall-kontestazzjoni tagħha (Artikolu 25 IPRG).

FuqFuq

L-effetti ta’ l-illeġittimità tal-wild għandhom jiġu deċiżi skond l-istat personali tiegħu (Artikolu 25 IPRG).

Filwaqt li, fir-rigward ta’ kwistjonijiet dwar in-nisel, dan jiddependi fuq l-istat personali f’waqt partikolari, dan m’huwiex il-każ fir-rigward tar-relazzjoni bejn il-ġenituri u l-wild; li jgħodd huwa l-istat personali rispettiv tal-wild.

L-adozzjoni ta’ tifel tiddependi kemm fuq l-istatus personali tal-ġenituri adottivi kif ukoll tat-tifel magħżul. L-importanza deċiżiva ta’ l-istat personali tat-tifel hija limitata sakemm din ma tkunx awtorizzata personalment. F’dan il-każ, l-istatus personali huwa deċiżiv biss għall-kunsens tat-tifel jew ta’ terza persuna li t-tifel ikollu parentela magħha taħt il-liġi tal-familja.

L-effetti ta’ l-adozzjoni ta’ tifel għandhom jiġu deċiżi skond l-istat personali tal-ġenitur adottiv, u fil-każ ta’ adozzjoni minn konjuġi skond il-liġi li hija deċiżiva għall-effetti legali personali taż-żwieġ (ara, f’dan ir-rigward, il-paragrafu 3.5.). Wara l-mewt ta’ wieħed mill-konjuġi, l-istat personali tal-konjuġi l-ieħor huwa deċiżiv għal dan il-għan.

Il-qasam ta’ applikazzjoni ta’ l-Artikolu 26 IPRG jinkludi r-rekwiżiti materjali għall-adozzjoni ta’ tifel, bħall-età tal-ġenitur adottiv, id-differenza fl-età tal-ġenituri adottivi u t-tifel magħżul jew il-kwistjoni ta’ jekk u taħt liema kundizzjonijiet, l-eżistenza tat-tfal personali tal-ġenitur adottiv timpedixxi l-adozzjoni ta’ tifel. Barra minn hekk, l-Artikolu 26 IPRG japplika wkoll għar-rekwiżiti ta’ kunsens, inkluż il-possibbiltà li l-kunsens rifjutat jiġi sostitwit uffiċjalment. L-effetti ta’ l-adozzjoni ta’ tifel f’termini tal-liġi dwar is-suċċessjoni għandhom jiġu deċiżi mhux skond l-istat ta’ l-adozzjoni iżda skond l-istat tas-suċċessjoni (ara l-paragrafu 3.7.).

FuqFuq

L-adozzjoni ta’ tifel hija ċirkostanza fattwali konkluża, għalhekk, id-deċiżjoni ma tinbidilx jekk l-istat personali jew il-fattur ta’ konnessjoni jinbidel sussegwentament. L-adozzjoni ta’ tifel hija relazzjoni legali permanenti. L-istat li huwa deċiżiv għall-effetti ta’ l-adozzjoni tat-tifel jista’ għaldaqstant jinbidel. Għalhekk jiddependi fuq l-istat personali rispettiv tal-ġenitur adottiv.

3.5. Żwieġ, partnerships, divorzju, manteniment

Il-forma taż-żwieġ fl-Awstrija għandha tiġi deċiża skond il-liġi Awstrijaka, u l-forma ta’ żwieġ barra mill-Awstrija għandha tiġi deċiża skond l-istat personali taż-żewġ mgħarrsa; madankollu, huwa biżżejjed li jkun hemm konformità mar-rekwiżiti formali tal-post fejn ikun sar iż-żwieġ (Artikolu 16 IPRG). Bir-referenza limitata għar-rekwiżiti formali tal-post fejn ikun sar iż-żwieġ, id-dispożizzjonijiet tal-liġi li hemm referenza għalihom taħt liġi sostantiva biss huma inklużi. Għaldaqstant, kwalunkwe referenza tal-liġi lokali mhix sinifikanti (eċċezzjoni minn Artikolu 5 IPRG, ara l-paragrafu 2.2).

Ir-rekwiżiti għaż-żwieġ u n-nullità ta’ żwieġ u r-rekwiżiti għall-annullament ta’ żwieġ (għandha ssir distinzjoni minn divorzju) għandhom jiġu deċiżi għaż-żewġ mgħarrsa skond l-istat personali tagħhom (Artikolu 17 IPR-G).

Dan l-istandard ta’ referenza għandu x’jaqsam mar-rekwiżiti materjali kollha għaż-żwieġ, fi kliem ieħor b’mod partikolari għall-età meħtieġa, in-nuqqas ta’ impedimenti għaż-żwieġ, kwalunkwe rekwiżiti ta’ kunsens u s-sostitwibilità tagħhom.

FuqFuq

Skond l-Artikolu 18 IPR-G, l-effetti legali personali ta’ żwieġ għandhom jiġu deċiżi skond l-istatus personali komuni tal-konjuġi; jekk ma jeżistix status personali komuni, skond l-aħħar status personali komuni, jekk ikun inżamm minn wieħed minnhom. Inkella, id-deċiżjoni għandha tittieħed skond il-liġi ta’ l-Istat fejn iż-żewġ konjuġi jkollhom ir-residenza normali tagħhom; jekk tali residenza ma teżistix, skond il-liġi ta’ l-Istat li fih, iż-żewġ konjuġi kellhom l-aħħar residenza normali tagħhom, jekk wieħed minnhom ikun żammha.

Il-qasam ta’ applikazzjoni ta’ dan l-istandard ta’ referenza jinkludi b’mod partikolari l-obbligu għal komunità konjugali, il-konsegwenza għal residenza, l-obbligu li tingħata assistenza, kif ukoll id-dritt tal-konjuġi għall-manteniment. Ma jinkludix il-liġi ta’ l-isem taż-żwieġ jew ir-reġim tal-proprjetà matrimonjali.

Ir-referenza tista’ tinbidel; jekk il-fatturi ta’ konnessjoni jinbidlu, allura tista’ ssir deċiżiva liġi differenti.

Skond l-Artikolu 20 IPRG, għandha tittieħed deċiżjoni fuq id-divorzju skond il-liġi li tkun deċiżiva għall-effetti legali personali taż-żwieġ. Dak li jgħodd hawnhekk huwa l-waqt tad-divorzju.

Ir-rekwiżiti għal divorzju u l-effetti tiegħu huma inklużi. Din id-dispożizzjoni tinkludi, per eżempju, id-dritt għall-manteniment wara d-divorzju.

Minħabba li l-fattur ta’ konnessjoni jiddependi fuq waqt speċifiku, ir-referenza ma tistax tinbidel.

Il-ħall ta’ żwieġ mhuwiex magħruf taħt il-liġi Awstrijaka. Għalhekk jeħtieġ li jiġi relatat skond l-Artikolu 1 IPRG skond l-eqreb relazzjoni. Probabbilment, l-eqreb relazzjoni ssib il-ġurisprudenza b’analoġija għall-Artikolu 20 IPRG.

FuqFuq

Il-komunità konjugali u l-partnership lanqas ma huma regolati espressament taħt il-liġi Awstrijaka. Għalhekk jeħtieġ li jiġu relatati skond l-Artikolu 1 IPRG.

3.6. Ir-reġim tal-proprjetà matrimonjali

Ir-reġim tal-proprjetà matrimonjali għandu jiġi deċiż skond il-liġi li l-partijiet jispeċifikaw b’mod espliċitu, jew, jekk ma ssir ebda għażla legali tali, skond il-liġi li hija deċiżiva fil-waqt taż-żwieġ għall-effetti legali personali taż-żwieġ (Artikolu 19 IPRG).

L-istandard ta’ referenza jinkludi kemm ir-reġim tal-proprjetà matrimonjali legali kif ukoll dak kuntrattwali.

Il-fattur legali ta’ konnessjoni ma jistax jinbidel.

Fir-rigward tal-forma tal-ftehim matrimonjali, japplika l-Artikolu 8 IPRG, fejn, taħt il-forma ta’ Att legali, il-konformità mar-rekwiżiti formali ta’ l-Istat li fih ikun sar l-att legali tkun biżżejjed.

3.7. Suċċessjoni, testmenti

Skond l-Artikolu 28 IPRG, deċiżjoni fuq is-suċċessjoni għandha tittieħed skond l-istat personali tal-mejjet fil-waqt tal-mewt. Din il-liġi tintuża sabiex tittieħed deċiżjoni fuq liema persuni huma nominati bħala l-werrieta, liema ishma ta’ l-assi jirċievu u liema sehem obbligatorju ta’ l-assi tal-ġenituri jistgħu jkunu dovuti lilhom, il-pożizzjoni legali tal-legatarju, id-drittijiet, u d-dritt għal rigal ta’ persuni li jkunu nqabżu intitolati għal sehem obbligatorju ta’ l-assi.

Madankollu, il-kapaċità għall-wirt u l-indenjità għall-wirt huma stabbiliti mhux skond l-istat għall-wirt iżda skond l-istat personali ta’ l-eredi.

FuqFuq

Ir-responsabbiltà għad-djun fuq il-beni tas-suċċessjoni ereditarja u x-xiri tal-wirt, fil-prinċipju jaqgħu taħt dan l-istandard ta’ kunflitt. Madankollu, jekk il-proċedimenti tas-suċċessjoni jsiru fl-Awstrija, allura x-xiri tal-wirt u r-responsabbiltà għad-djun ta’ l-assi għandhom jiġu deċiżi skond il-liġi Awstrijaka (Artikolu 28(2) IPRG).

Skond l-Artikolu 29 IPRG, m’huwiex l-istatus personali tal-mejjet iżda l-liġi ta’ l-Istat li fih ikunu jinsabu l-assi fil-waqt tal-mewt li hija deċiżiva għas-suċċessjoni fil-każ ta’ beni tas-suċċessjoni ereditarja mingħajr werrieta jew li jingħataw lil awtorità legali bħala l-eredi legali.

L-Artikolu 30 IPRG jirregola l-validità ta’ dispożizzjoni fuq il-bażi, b’mod partikolari, ta’ testment, kuntratt ta’ wirt jew kuntratt ta’ rinunċja tal-wirt. Din teħtieġ li tiġi deċiża skond l-istat personali tat-testatur fil-waqt ta’ l-att legali. Jekk it-testment ikun invalidu skond din il-liġi, iżda aċċettabbli skond l-istat personali tat-testatur fil-waqt tal-mewt, allura din ta’ l-aħħar għandha tkun deċiżiva. Din id-dispożizzjoni tieħu preċedenza fuq il-Konvenzjoni ta’ l-Aja fuq it-testmenti.

3.8. Drittijiet reali

L-akkwist u t-telf ta’ drittijiet reali għal proprjetà tanġibbli, inkluż proprjetà, għandhom jiġu deċiżi skond il-liġi ta’ l-Istat li fih tkun tinsab il-proprjetà malli jiġu konklużi ċ-ċirkostanzi fattwali li fuqhom ikun ibbażat l-akkwist jew it-telf. It-tip legali ta’ proprjetà u l-kontenut tad-drittijiet għandhom jiġu deċiżi skond il-liġi ta’ l-Istat fejn tkun tinsab il-proprjetà (Artikolu 31 IPRG).

FuqFuq

Il-qasam ta’ applikazzjoni ta’ l-istandard ta’ referenza jinkludi, b’mod partikolari, id-dritt tal-pussess, is-servitu (drittijiet fuq l-art), pleġġijiet, il-liġi fuq il-bini, id-dritt tal-pussess fuq appartamenti, u d-drittijiet ta’ żamma effettivi kontra terzi persuni. Il-konsegwenzi tat-trasferiment tad-dritt tal-pussess huma koperti wkoll b’din il-liġi.

Bidla sussegwenti fil-post ma taffettwax il-liġi applikabbli, minħabba li l-akkwist tad-dritt jirrappreżenta fatt konkluż.

L-effetti ta’ akkwist ta’ dritt huma bbażati fuq il-liġi tal-post rispettiv. Dan il-fattur ta’ konnessjoni jista’ għalhekk jinbidel.

Kwistjonijiet relatati mal-firxa tal-protezzjoni legali tas-sid, jekk u kemm il-parti li għandha dritt reali hija awtorizzata tiddisponi minnha, per eżempju jekk garanzija mwiegħda tkunx tista’ tinbigħ ukoll mingħajr intervent ġudizzjarju, u kwistjonijiet oħra għandhom jiġu deċiżi skond din il-liġi.

Teżisti deċiżjoni speċjali għall-mezzi tat-trasport (Artikolu 33 IPRG). Drittijet reali għall-ilma – u trasportaturi ta’ l-ajru li jkunu ġew reġistrati għandhom jiġu deċiżi skond il-liġi ta’ l-Istat reġistratur; għal vetturi li jużaw il-linji tal-ferroviji, il-liġi ta’ l-iStat li fih, il-kumpanija tal-linji tal-ferroviji li topera l-vetturi għandha l-kwartieri ġenerali attwali tagħha, hija deċiżiva.

Għal pleġġijiet ġustifikati legali u obbligatorji jew drittijiet legali ta’ żamma sabiex jiġu żgurati pretensjonijiet għal ħsarat ikkawżati mill-vettura jew infiq fuqha, hija applikabbli l-liġi ta’ l-Istat ta’ fejn tkun tinsab il-proprjetà jekk iċ-ċirkostanzi fattwali bażi jkunu ġew konklużi.

FuqFuq

Jeżisti wkoll regolament speċjali għal proprjetà immobbli tanġibbli: jekk drittijiet reali għal proprjetà immobbli huma inklużi wkoll fil-qasam ta’ applikazzjoni ta’ standard ta’ referenza ieħor (eżempju dak għar-reġim tal-proprjetà matrimonjali), ir-referenza għal-liġi dwar il-proprjetà, jiġifieri l-konnessjoni mal-liġi ta’ l-Istat fejn tkun tinsab il-proprjetà, tieħu preċedenza.

Ma hemm ebda referenza għal proprjetà intanġibbli. Skond l-Artikolu 1 IPRG, dan għandu jiġi deċiż taħt il-liġi dwar il-proprjetà skond il-liġi li tkun l-eqreb għaliha. Drittijiet chartered huma deċiżi fuq bażi lex cartae. Artikolu 33(a) IPRG, li jimplimenta l-Art. 9 tad-Direttiva 2002/47/KE fuq it-titoli finanzjarji b’qasam ta’ applikazzjoni usa’, fih standard speċjali għal titoli li jista’ jiġi ttrasferit permezz tas-sistema ta’ clearing tat-titoli. Għat-titoli fis-sistemi ta’ kontabilità, japplikaw regolamenti speċjali ta’ l-Artikoli 16 u 18 ta’ l-Att dwar il-Finalità, li jimplimenta d-Direttiva dwar il-Finalità 98/26/KE.

3.9. Insolvenza

Il-liġi internazzjonali dwar l-insolvenza hija regolata fir-Raba’ Parti ta’ l-Att dwar il-Falliment. Din il-Parti ġiet imdaħħla bl-Att Federali dwar il-liġi internazzjonali fuq l-insolvenza (IIRG), il-Gazzetta tal-Liġi Federali I Nru. 36/2003. Skond l-Artikolu 217 ta’ dan l-Att, id-dispożizzjonijiet huma applikabbli biss meta ma jkunux jeżistu dispożizzjonijiet oħra taħt il-liġi internazzjonali jew, b’mod partikolari, strumenti legali tal-Komunitajiet Ewropej, b’mod partikolari ir-Regolament tal-KE Nru. 1346/2000 tad-29 ta’ Mejju 2000 dwar il-proċedimenti fuq l-insolvenza (ir-Regolament ta’ l-UE dwar l-Insolvenza). Artikoli 221 sa 235 jirregolaw il-liġi deċiżiva. Id-dispożizzjonijiet isegwu mill-qrib id-dispożizzjonijiet korrispondenti tar-Regolament ta’ l-UE dwar l-Insolvenza.

Fi prinċipju, għar-rekwiżiti għall-bidu ta’ proċedimenti relatati ma’ insolvenza u l-effetti tal-proċedimenti relatati ma’ insolvenza, tapplika l-liġi ta’ l-Istat fejn jinbdew il-proċedimenti. B’mod partikolari, it-taqsima fiha regoli fuq id-drittijiet reali ta’ terzi persuni, tpaċija, żamma tat-titolu, qbil fuq proprjetà immobbli, swieq regolati, kuntratti ta’ impjiegi, l-effett ta’ proċedimenti relatati ma’ insolvenza fuq drittijiet soġġetti għal reġistrazzjoni u l-liġi li hija deċiżiva fir-rigward ta’ l-atti preġudizzjali u l-protezzjoni ta’ terzi persuni xerrejja, l-effetti fuq disputi legali pendenti, lex rei situs dwar l-infurzar ta’ drittijiet fuq il-proprjetà jew drittijiet oħra, tpaċija u qbil fuq l-iskambju tad-dejn, transazzjonijiet relatati mal-pensjonijiet u pagamenti wara l-bidu ta’ proċedimenti ta’ insolvenza.

Fejn dawn ir-regoli jikkoinċidu ma’ dawk ta’ l-IPRG jew dispożizzjonijiet oħra ta’ regoli ta’ kunflitt, dawn id-dispożizzjonijiet aktar speċjali ta’ l-Att dwar il-Falliment jieħdu preċedenza.

Aktar tagħrif

Il-kliem tad-dispożizzjonijiet tal-liġi Awstrijaka huwa disponibbli (bil-Ġermaniż) fis-sistema ta’ informazzjoni Legali Deutsch taħt “Bundesrecht” (“Liġi Federali”).

« Liġi applikabbli - Informazzjoni Ġenerali | Awstrija - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 03-07-2007

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit