Kummissjoni Ewropea > NGE > Meżżi alternattivi għal riżoluzzjoni ta’ kwistjoni > Isvezja

L-aħħar aġġornament: 06-07-2007
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Meżżi alternattivi għal riżoluzzjoni ta’ kwistjoni - Isvezja

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. L-aġġornament qed jitħejja bħalissa u jkun disponibbli fil-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


Metodi alternattivi għas-soluzzjoni ta’ tilwim – Informazzjoni Ġenerali” tagħtik idea ġenerali ta’ metodi alternattivi għas-soluzzjoni ta’ tilwim.

F’din il-paġna nixtiequ nipprovdu informazzjoni aktar prattika dwar il-metodi alternattivi għas-soluzzjoni ta’ tilwim fl-Isvezja.



 

LISTA TAL- KONTENUT

L-ewwelnett, liema metodi alternattivi għas-soluzzjoni ta’ tilwim jeżistu fl-Isvezja? L-ewwelnett, liema metodi alternattivi għas-soluzzjoni ta’ tilwim jeżistu fl-Isvezja?
Ġenerali Ġenerali
Metodi mhux ġudizzjarji għas-soluzzjoni ta’ tilwim Metodi mhux ġudizzjarji għas-soluzzjoni ta’ tilwim
Il-proċeduri statutarji Il-proċeduri statutarji
Il-proċeduri mhux statutarji Il-proċeduri mhux statutarji
Il-konċiljazzjoni u l-medjazzjoni fi proċeduri ġudizzjarji Il-konċiljazzjoni u l-medjazzjoni fi proċeduri ġudizzjarji
Fil-parti l-kbira tas-sitwazzjonijiet tista’ tuża metodu alternattiv għas-soluzzjoni ta’ tilwim. Hawn taħt tista’ ssib aktar informazzjoni dwar is-sitwazzjoni tiegħek. Fil-parti l-kbira tas-sitwazzjonijiet tista’ tuża metodu alternattiv għas-soluzzjoni ta’ tilwim. Hawn taħt tista’ ssib aktar informazzjoni dwar is-sitwazzjoni tiegħek.
Tilwim bejn konsumaturi u negozji Tilwim bejn konsumaturi u negozji
Tilwim bejn negozji Tilwim bejn negozji
Tilwim bejn impjegati u min iħaddem Tilwim bejn impjegati u min iħaddem
Tilwim tal-familja Tilwim tal-familja
Diskussjonijiet ta’ kooperazzjoni Diskussjonijiet ta’ kooperazzjoni
Il-counselling għall-familja Il-counselling għall-familja
Tilwim bejn individwi Tilwim bejn individwi
Sitwazzjonijiet speċifiċi oħra Sitwazzjonijiet speċifiċi oħra
Attivitajiet fi tribunali reġjonali tal-kera Attivitajiet fi tribunali reġjonali tal-kera
Ċerti tilwim ta’ drittijiet ta’ l-awtur Ċerti tilwim ta’ drittijiet ta’ l-awtur

 

L-ewwelnett, liema metodi alternattivi għas-soluzzjoni ta’ tilwim jeżistu fl-Isvezja?

Ġenerali

Fl-Isvezja hemm diversi metodi alternattivi għas-soluzzjoni ta’ tilwim. Bosta minn dawn huma totalment mhux ġudizzjarji. Madankollu, jeżistu wkoll mekkaniżmi għas-soluzzjoni ta’ tilwim li għandhom aspetti mhux ġudizzjarji, imma huma biss parti proċedurali mill-eżaminazzjoni tal-qorti dwar tilwima (il-konċiljazzjoni u l-medjazzjoni).

Metodi mhux ġudizzjarji għas-soluzzjoni ta’ tilwim

Uħud mill-proċeduri mhux ġudizzjarji huma statutarji, fil-waqt li oħrajn huma bbażati fuq ftehimiet bejn żewġ entitajiet ta’ liġi privata/persuni jew aktar.

Il-proċeduri statutarji

Il-proċedura statutarja l-aktar importanti hija probabbilment dik li sseħħ fil-Bord Nazzjonali għall-Ilmenti tal-Konsumatur. Il-Bord Nazzjonali jeżamina biss it-tilwim bejn negozji u konsumaturi fuq talba tal-konsumatur. Il-proċedura, li tkopri wkoll tilwim min-naħa għall-oħra tal-fruntieri, hija bil-miktub u bla ħlas għall-partijiet. Id-deċiżjonijiet li jittieħdu mill-Bord Nazzjonali għall-Ilmenti tal-Konsumatur jieħdu l-forma ta’ rakkomandazzjonijiet lill-partijiet dwar il-mod kif it-tilwima tagħhom għandha tiġi solvuta.

Għal ċerti tipi ta’ tilwim hemm possibbilità ta’ medjazzjoni. Dan hu l-każ f’tilwim ta’ l-impjiegi, tilwim dwar kiri, tilwim li jinvolvu il-kerrejja u s-sidien, tiwlim dwar il-kera, tilwim dwar id-drittijiet ta’ l-awtur u nuqqas ta’ ftehim bejn konjuġi. Ara hawn taħt għal aktar informazzjoni dwar dawn il-każi differenti ta’ medjazzjoni.

FuqFuq

Il-proċeduri mhux statutarji

F’diversi setturi, inizzjattivi privati waslu għall-ħolqien ta’ bordijiet apposta. Dan huwa komuni ħafna fis-settur ta’ l-assigurazzjoni, pereżempju. L-oqsma ta’ l-attività tal-bordijiet differenti jistgħu jvarjaw xi ftit, imma b’mod ġenerali jista’ jingħad li l-funzjoni tagħhom ħafna drabi hija li jaħdmu biex tinkiseb soluzzjoni ta’ tilwim flessibbli u imparzjali bejn, pereżempju, kumpanija ta’ l-assigurazzjoni u l-persuna assigurata magħha. Diversi bordijiet fis-settur ta’ l-assigurazzjoni wkoll għandhom ix-xogħol li jaħdmu għal soluzzjoni uniformi ta’ każijiet ta’ l-assigurazzjoni, li tnaqqas in-numru ta’ tilwim li jinqala’. Il-bordijiet ġew iffurmati primarjament taħt ftehimiet bejn kumpaniji differenti, imma huma totalment indipendenti minn dawk li instigawhom. Il-bordijiet jikkonċentraw l-aktar fuq tilwim bejn negozji u konsumaturi. Kumpaniji ta’ l-assigurazzjoni akbar wkoll ikollhom ħafna drabi l-ombudsman għall-konsumatur tagħhom stess, li dawk li għandhom l-assigurazzjoni jistgħu jikkuntattjaw jekk m’humiex sodisfatti bid-deċiżjoni tal-kumpanija dwar offerta biex tingħalaq il-klejm. L-ombudsman tal-konsumatur huwa maħtur mill-kumpanija, imma jwettaq id-dmirijiet tiegħu indipendentement minnha. Eżempji ta’ bordijiet ta’ dan it-tip huma l-Bord ta’ l-Assigurazzjoni ta’ l-Inċidenti u l-Mard, il-Bord għat Termini ta’ l-Assigurazzjoni għall-Ħajja u l-Bord ta’ l-Assigurazzjoi għar-Riskju ta’ Feriment Personali.

Il-proċedura hija bil-miktub, ħlief fi ftit każijiet eċċezzjonali. Fil-proċedura bil-miktub m’hemm xejn li jċaħħad lill-parti milli tikkonsulta rappreżentant jew assistent. Ma jeżistux rekwiżiti partikolari li japplikaw għar-rappreżentant jew l-assistent.

FuqFuq

Il-proċeduri privati għas-soluzzjoni ta’ tilwim huma fil-parti l-kbira tagħhom bla ħlas, għalkemm fi ftit każijiet eċċezzjonali ġieli jintalab ħlas żgħir ta’ l-applikazzjoni jew ta’ reġistrazzjoni. Il-proċeduri jitħallsu min-negozji/kumpaniji li huma involuti fihom. F’bosta każi, l-ispejjeż tal-ħidma jinqasmu bejn il-kumpaniji involuti fi proporzjon ma’ kemm jużaw is-servizzi tal-bord. Hemm possibilità li jinkisbu l-flus lura għall-ispejjeż tar-rappreżentazzjoni, pereżempju, mill-assigurazzjoni msemmija.

It-tilwim jissolva primarjament permezz ta’ deċiżjonijiet li għandhom natura ta’ parir u ma jorbtux (rakkomandazzjonijiet). F’ċerti każi, madankollu, negozju jista’ jagħti kelma minn qabel lill-organizzazzjoni tal-kummerċ tiegħu li hu ser josserva r-rakkomandazzjonijiet.

B’differenza għal ġudizzji jew ordnijiet tal-qorti, id-deċiżjonijiet ma jistgħux jiġu infurzati bil-fors. Għaldaqstant, il-fatt li negozju jagħti kelma lill-organizzazzjoni tal-kummerċ tiegħu li se josserva deċiżjoni ma jaffettwax l-infurzar, għax il-kelma tan-negozju tapplika biss għall-organizzazzjoni tal-kummerċ. Għalkemm id-deċiżjonijiet ma jistgħux jipproduċu xi konsegwenzi legali partikolari, negozju li jagħti l-kelma lill-organizzazzjoni tal-kummerċ tiegħu li se josserva d-deċiżjonijiet jista’ jkun suġġett għal pieni taħt il-liġi ċivili, bħalma hija t-tkeċċija mill-organizzazzjoni.

Minħabba li s-soluzzjoni mhux ġudizzjarja ta’ tilwim fl-Isvezja hija alternattiva għall-eżaminazzjoni ġudizzjarja normali, l-appelli kontra d-deċiżjonijiet ma jistgħux isiru lill-qrati. Madankollu, deċiżjoni minn entità mhux ġudizzjarja għas-soluzzjoni ta’ tilwim m’hix ostaklu għall-proċedura u għalhekk huwa possibbli li tinġieb azzjoni quddiem qorti normali fuq l-istess kwistjoni kemm matul u kemm wara proċedura alternattiva għas-soluzzjoni ta’ tilwim. Jekk l-azzjoni tinġieb wara li entità mhux ġudizzjarja għas-soluzzjoni ta’ tilwim tkun tat decizjoni dwar il-kwistjoni, huwa komuni li d-deċiżjoni ta’ l-entità għas-soluzzjoni ta’ tilwim tkun b’xi mod introdotta fil-proċeduri.

FuqFuq

Il-konċiljazzjoni u l-medjazzjoni fi proċeduri ġudizzjarji

Fi proċeduri ġudizzjarji pendenti hemm żewġ forom ta’ soluzzjoni ta’ tilwim li għandhom fatturi mhux ġudizzjarji: il-konċiljazzjoni u l-medjazzjoni. It-tnejn huma mekkaniżmi rregolati mill-Kodiċi tal-Proċedura Ġudizzjarja ta’ l-Isvezja. B’mod partikolari il-konċiljazzjoni hija element tassew komuni fil-proċeduri ċivili quddiem il-qrati ordinarji.

Meta l-qorti tkun ħarġet taħrika f’każ ċivili, iridu jsiru proċeduri preparatorji bil-fomm jew bil-miktub. Wieħed mill-għanijiet tal-proċeduri preparatorji huwa li jkun iċċarat jekk hemmx prospetti għall-konċiljazzjoni. Jekk il-konċiljazzjoni hija permessa fil-każ, il-qorti trid tipprova tiżgura li l-paritjiet jirrikonċiljaw fejn hu xieraq, meqjusin in-natura tal-każ u ċirkostanzi oħra. Għalhekk hija l-qorti li, jekk tqisu xieraq, tieħu l-inizjattiva għall-diskussjonijiet ta’ konċiljazzjoni bejn il-partijiet. L-imħallef li jippresjedi fuq il-każ imexxi d-diskussjonijiet tal-konċiljazzjoni. Il-proċedura tal-konċiljazzjoni mhix marbuta b’xi forma speċifika, u l-anqas hija obbligatorja. Il-partijiet jistgħu għalhekk jiddikjaraw li m’humiex interessati li jkollhom diskussjonijiet ta’ konċiljazzjoni mingħajr ma jsofru l-ebda konsegwenza. Jekk id-diskussjonijiet tal-konċiljazzjoni ma jwasslux għal ftehim bejn il-partijiet, il-proċeduri ġudizzjarji jkomplu bħas-soltu. L-imħallef li jieħu parti fil-konċiljazzjoni jrid jiżgura li hu jew hi huma imparzjali matul il-proċedura kollha. Bħall-proċeduri ġudizzjarji b’mod ġenerali, il-proċedura tal-konċiljazzjoni hija bla ħlas. Madankollu, irid jitħallas ħlas ta’ l-applikazzjoni meta l-każ jinġieb quddiem il-qorti (bħal issa madwar EUR 50).

FuqFuq

Jekk, mejusa n-natura tal-każ, huwa aktar adattat li ssir medjazzjoni speċjali, il-qorti tista’ taħtar medjatur speċjali biex imexxi d-diskussjonijiet tal-konċiljazzjoni. F’dak il-każ il-medjatur ma jkunx l-imħallef inkarigat mill-każ, imma barrani. Il-partijiet huma ġeneralment ikkonsultati qabel ma l-qorti tordna l-medjazzjoni. L-ispejjeż ta’ medjatur maħtur speċifikament jitħallsu mill-partijiet.

Fil-parti l-kbira tas-sitwazzjonijiet tista’ tuża metodu alternattiv għas-soluzzjoni ta’ tilwim. Hawn taħt tista’ ssib aktar informazzjoni dwar is-sitwazzjoni tiegħek.

Tilwim bejn konsumaturi u negozji

Kif diġà ġie spjegat f’ “Metodi alternattivi għas-soluzzjoni ta’ tilwim – Informazzjoni Ġenerali”, il-Kummissjoni ppublikat fuq il-paġni ta’ l-internet tagħha lista li fiha numru kbir ta’ entitajiet għas-soluzzjoni ta’ tilwim li jittrattaw tilwim tal-konsumaturi fl-Istati Membri. Il-lista dansk - Deutsch - ελληνικά - English - español - français - italiano - Nederlands - português - suomi - svenska tinkludi l-informazzjoni prattika li għandek bżonn biex tiddeċiedi jekk tistax tuża xi wieħed mill-metodi għas-slouzzjoni ta’ tilwim ta’ dawn l-entitajiet: l-istruttura tagħhom, l-ambitu tal-ħidma, it-tipi ta’ proċedura, l-ispejjeż u dettalji oħra.

FuqFuq

Jista’ jkun ukoll li jkollok tirrikorri għas-servizzi ta’ entità għas-soluzzjoni ta’ tilwim fi Stat Membru ieħor. Biex tikseb informazzjoni dwar dawn l-entitajiet, tista’ żżur is-sit ta’ l-internet ta’ l-EEJ-Net jew, jekk it-tilwima tirrigwarda servizzi finanzjarji, is-sit ta’ l-internet tal-FIN-NET dansk - Deutsch - ελληνικά - English - español - français - italiano - Nederlands - português - suomi - svenska.

FuqFuq

Fl-Isvezja, l-entità prinċipali li l-konsumaturi jistgħu jirrivolġu għaliha hija l-Bord Nazzjonali għall-Ilmenti tal-Konsumatur. Hemm aktar informazzjoni dwar il-Bord Nazzjonali għall-Ilmenti tal-Konsumatur fuq il-paġni ta’ l-internet tal-Kummissjoni fl-indirizz t’hawn fuq.

Tilwim bejn negozji

Metodi alternattivi ghas-soluzzjoni ta’ tilwim li jeżistu fl-Isvezja huma, bl-eċċezzjoni ta’ proċeduri ta’ l-arbitraġġ u proċeduri li jiffurmaw parti minn proċeduri ġudizzjarji, maħsuba prinċiparjament għal tilwim bejn negozji u konsumaturi. Madankollu, ara aktar ’l isfel taħt it-titolu “sitwazzjonijiet speċifiċi oħra”.

Tilwim bejn impjegati u min iħaddem

Min iħaddem u impjegati f’relazzjoni kuntrattwali li qed jitlewmu jridu jsolvu t-tilwima permezz ta’ negozjazzjoni jew, bħala l-aħħar għażla, permezz ta’ proċeduri fil-Qorti ta’ l-Impjiegi. Ma jeżistux mekkaniżmi għal metodi alternattivi għas-soluzzjoni ta’ tilwim għal tilwim legali ta’ dan it-tip. Għal ċertu tilwim ieħor, madankollu, tista’ tkun possibbli l-medjazzjoni. Fl-Isvezja għalhekk jeżisti l-Uffiċċju Nazzjonali għall-Medjazzjoni, li l-ħidma ta’ medjazzjoni tiegħu hija rregolata bil-liġi. L-Uffiċċju Nazzjonali għall-Medjazzjoni jipprovdi medjaturi għal tilwim bejn min iħaddem u impjegati rigward negozjati dwar pagi u termini ġenerali ta’ l-impjieg jew għal tilwim fejn kumpanija tirrifjuta li tiffirma ftehim kollettiv ma’ organizzazzjoni professjonali. L-Uffiċċju Nazzjonali għall-Medjazzjoni jista’ jaħtar medjaturi fuq talba tal-partijiet. L-Uffiċċju Nazzjonali għall-Medjazzjoni jista’ wkoll jaħtar medjaturi anke meta ma jkunx hemm talba għalihom, pereżempju jekk waħda mill-partijiet tat avviż ta’ kunflitt u l-Uffiċċju Nazzjonali għall-Medjazzjoni English - svenska jqis li t-tilwima tista’ tissolva permezz ta’ medjaturi. Il-proċedura hija bla ħlas.

FuqFuq

Tilwim tal-familja

Għall-ġenituri li jinstabu f’tilwima, hemm żewġ alternattivi għall-proċeduri ġudizzjarji: diskussjonijiet ta’ kooperazzjoni u l-pariri għall-familja (counselling). Il-counselling għall-familja huwa wkoll għażla għall-koppji minjgħajr ulied. Il-proċeduri huma deskritti b’aktar dettall hawn taħt.

Diskussjonijiet ta’ kooperazzjoni

Diskussjonijiet ta’ kooperazzjoni huma diskussjonijiet immexxija minn esperti, li l-għan tagħhom huwa li l-ġenituri jilħqu ftehim dwar il-kustodja ta’ uliedhom, ir-residenza ta’ l-ulied u l-aċċess għat-tfal. Il-mira tad-diskussjonijiet għalhekk li tinkiseb soluzzjoni ta’ kompromess. Imma anke jekk dan l-għan ma jistax jintlaħaq, il-ġenituri jistgħu jiksbu aktar għarfien dwar il-opinjonijiet ta’ xulxin bħala riżultat tad-diskussjonijiet u jistgħu jitgħallmu jikkontrollaw il-kunflitti tagħhom b’mod li ma jikkawżax tbatija għal uliedhom.

Il-muniċipalitajiet kollha fl-Isvezja joffru diskussjonijiet ta’ kooperazzjoni. Il-ġenituri kollha li jsibu diffikultà li jiftiehmu dwar kwistjonijiet ta’ kustodja, residenza u aċċess u li jixtiequ jkollhom diskussjonijiet ta’ kooperazzjoni jistgħu jikkuntattjaw lill-muniċipalità. Jekk diġà inġiebet azzjoni tal-qorti dwar il-kustodja, r-residenza u l-aċċess, il-qorti tista’ tieħu inizjativa biex jinżammu diskussjonijiet ta’ kooperazzjoni. Id-diskussjonijiet huma bla ħlas.

Jekk il-ġenituri jiftiehmu, jistgħu jagħmlu ftehim dwar il-kustodja, r-residenza u l-aċċess. Il-ftehim japplika jekk isir bil-miktub u jiġi approvat mill-Bord għall-Welfare Soċjali. Il-fatt li l-ftehim japplika jfisser li dan għandu l-istess effett bħal deċiżjoni tal-qorti. Dan jimplika, fost ħwejjeġ oħra, li l-ftehim jista’ jiġi infurzat.

FuqFuq

Il-counselling għall-familja

Il-counselling għall-familja jikkonsisti f’diskussjonijiet bil-ħsieb jiġu ttratati l-kunflitti tal-koabitazzjoni f’koppji u familji. Id-diskussjonijiet jistgħu jseħħu qabel, matul jew wara separazzjoni. Jekk hemm l-ulied, il-counselling għall familja jista’ jgħin biex jitnaqqsu l-kunflitti biex il-ġenituri jkunu jistgħu jaħdmu flimkien bħala ġenituri wara s-separazzjoni. Il-kuntatt mal-counselling għall-familja huwa volontarju u jsir fuq l-inizjativa tal-koppja stess. Sabiex il-counselling għall-familja jseħħ f’atmosfera ta’ fiduċja u sabiex ikun jista’ jaqdi l-funzjoni tiegħu, dawk li jieħdu sehem iridu jkunu ċerti li l-informazzjoni li spiss tkun sensittiva li toħroġ matul id-diskussjonijiet ma tgħaddix għand persuni oħra. Is-sessjonijiet tal-counselling għall-familja għalhekk għandhom regoli tal-kunfidenzjalità partikolarment stretti. Min jixtieq jista’ jikkuntattja lis-servizz tal-counselling għall-familja b’mod anonimu.

Il-muniċipalitajiet kollha huma mitluba bil-liġi li joffru l-counselling għall-familja jew permezz tal-muniċipalità stess jew permezz ta’ counsellors professjonali oħra adattati. Il-counsellors tal-familja huma social workers kwalifikati b’taħriġ avvanzat dwar ir-relazzjonijiet personali. Dawk li jixtiequ li jikkuntattjaw lill-uffiċċju tal-counselling għall-familja jistgħu jikkuntattjaw lill-muniċipalità. Il-muniċipalità hija intitolata li titlob ħlas għall-counselling tal-familja.

Il-counselling għall-familja jiġi pprovdut ukoll minn entitajiet bħall-assoċjazzjonijiet tal-knisja.

FuqFuq

Tilwim bejn individwi

Ħlief għal tilwim tal-familja, individwi li qiegħdin f’tilwima jiġu riferuti lill-qrati u l-mekkaniżmi alternattivi għas-soluzzjoni ta’ tilwim li jeżistu bħala parti mill-proċeduri; ara hawn fuq taħt it-titolu “Il-konċiljazzjoni u l-medjazzjoni fi proċeduri ġudizzjarji”.

Sitwazzjonijiet speċifiċi oħra

Attivitajiet fi tribunali reġjonali tal-kera

F’tilwim dwar il-kiri, tilwim li jinvolvi nies li jikru art u tilwim dwar il-kera, il-medjazzjoni tista’ sseħħ fi tribunali reġjonali tal-kera.

Jekk sid il-kera u kerrej ma jistgħux jilħqu ftehim dwar kwistjoni li tirrigwarda l-kiri jew jekk assoċjazzjoni ta’ kerrejja-sidien u kerrej-sid ma jistgħux jilħqu ftehim dwar kwistjoni li tirrigwarda kera, kemm parti waħda u kemm l-oħra jistgħu javviċinaw lit-tribunal reġjonali għall-kera għal għajnuna biex jirrisolvu t-tilwima. Il-parti jew partijiet imbagħad jitolbu lit-tribunal li joffri medjazzjoni fit-tilwima. It-tribunal reġjonali tal-kera jista’ joffri medjazzjoni fit-tilwim kollu dwar il-kera u f’tilwim li jinqala’ li jinvolvi kerrejja. Normalment, it-tribunal reġjonali tal-kera jagħmel proposta għal ftehim waqt seduta fit-tribunal jekk il-partijiet infushom ma jirnexxielhomx jiftiehmu. Il-medjazzjoni hija obbligatorja f’ċerti każi, bħal tilwim li jikkonċerna l-kiri ta’ bini. Jekk, pereżempju, sid il-kera temm ftehim ta’ kera u l-kerrej ma jixtieqx joħroġ mill-proprjetà mingħajr ma jirċievi kumpens, il-kerrej għandu jirreferi t-tilwima lit-tribunal reġjonali għall-kera għall-medjazzjoni. Jekk il-kerrej ma jagħmilx dan, dan jitlef id-dritt tiegħu għall-kumpens. It-tribunal reġjonali għall-kera jista’ joħroġ opinjoni matul il-medjazzjoni, pereżempju dwar kemm qed imorru l-kirjiet ta’ fond partikolari fuq is-suq. Tali opinjoni għandha effett ta’ preżunzjoni fi kwalunkwe tilwima sussegwenti għall-kumpens.

FuqFuq

Barra minn dan, anke jekk ma tintalabx il-medjazzjoni, it-tribunal reġjonali għall-kera jrid jipprova jirrikonċilja lill-partijiet f’tilwim li t-tribunal irid jeżamina skond it-tqassim ta’ responsabbiltajiet bejn qrati normali u tribunali reġjonali għall-kera, pereżempju tilwim dwar it-tiġdid ta’ ftehimiet ta’ kera residenzjali wara terminazzjoni bl-avviż dovut. F’din il-medjazzjoni, jekk il-partijiet ma jistgux jiġi rrikonċiljati fuq il-bażi ta’ proposti minn parti waħda jew l-oħra, it-tribunal reġjonali għall-kera irid jagħmel proposti għall-konċiljazzjoni, sakemm ma jkunx ċar li m’hemm l-ebda prospett għall-konċiljazzjoni. Jekk il-partijiet ma japprovawx il-proposta tal-konċiljazzjoni, it-tribunal irid jeżamina t-tilwima.

Fl-aħħarnett, il-qrati normali jistgħu jirreferu każijiet li huma jisimgħu għall-medjazzjoni fi tribunal reġjonali għall-kera. Jekk il-medjazzjoni ma tirnexxix, hija l-qorti li tiddeċiedi l-każ.

It-tribunal reġjonali għall-kera ma jitlob l-ebda ħlas mill-partijiet. Kull parti trid tħallas l-ispejjeż tagħha, pereċempju, spejjeż, jew spejjeż għal telf ta’ qligħ għal ħin li jittieħed min-negozjati. F’ċerti każi, parti tista’ tingħata għajnuna legali. Il-proċedura li sseħħ quddiem it-tribunal reġjonali għall-kera hija pubblika.

Il-proċedura fi tribunali reġjonali għall-użu ta’ bini hija l-istess bħal fi tribunali reġjonali għall-kera.

Ċerti tilwim ta’ drittijiet ta’ l-awtur

Hemm ukoll dispożizzjoni għall-medjazzjoni f’ċerti tilwim ta’ drittijiet ta’ l-awtur. L-għan tal-medjazzjoni huwa li tiffaċilita l-preparazzjoni ta’ ftehimiet kollettivi li fuqhom hija bbażata l-applikazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tal-liġi tad-drittijiet ta’ l-awtur. Dan huwa l-każ prinċiparjament bi ftehimiet biex jittieħdu liċenzji kuntrattwali. Il-proċedura għalhekk m’hix alternattiva għall-eżaminazzjoni ġudizzjarja normali.

Il-proċedura hija volontarja u tfittex li tgħin lill-partijiet li jilħqu ftehim. Il-medjazzjoni tintalab permezz ta’ petizzjoni lill-gvern, li wkoll jaħtar lill-medjatur (il-konċiljatur). Jek il-proċess ta’ medjazzjoni ma jirnexxix, il-medjatur jista’ jipproponi proċedura ta’ arbitraġġ, imma l-partijiet mhumiex obbligati li jieħdu sehem f’xi proċedura bħal din. Il-medjatur jista’ wkoll jinnotifika lill-gvern fil-każ li l-medjazzjoni ma tipproduċi l-ebda riżultat. Il-gvern imbagħad irid jikkunsidra l-miżuri possibbli. Il-proċedura hija kunfidenzjali.

Il-medjatur huwa intitolat għal remunerazzjoni għal xogħolu. Sakemm ma jsirx xi ftehim ieħor, ir-remunerazzjoni titħallas mill-parti li titlob il-medjazzjoni.

« Meżżi alternattivi għal riżoluzzjoni ta’ kwistjoni - Informazzjoni Ġenerali | Isvezja - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 06-07-2007

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit