Kummissjoni Ewropea > NGE > Meżżi alternattivi għal riżoluzzjoni ta’ kwistjoni > Slovakkja

L-aħħar aġġornament: 02-10-2006
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Meżżi alternattivi għal riżoluzzjoni ta’ kwistjoni - Slovakkja

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. L-aġġornament qed jitħejja bħalissa u jkun disponibbli fil-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


Il-Kummissjoni Ewropea – Fis-Slovakkja jeżistu l-metodi alternattivi li ġejjin għas-soluzzjoni tat-tilwim legali



 

LISTA TAL- KONTENUT

1. Il-Medjazzjoni 1.
2. L-Arbitraġġ 2.
3. Liema tipi ta’ tilwim tista’ tinstab soluzzjoni għalihom permezz ta’ dawn il-proċeduri alternattivi għas-soluzzjoni tat-tilwim? 3.
4. Dan it-tip ta’ ADR huwa regolat b’xi leġiżlazzjoni? 4.
5. Huwa possibbli li klawsola kuntrattwali tobbliga lill-partijiet biex jissottomettu kwalunkwe tilwima li toħroġ mill-kuntratt għall-ADR qabel ma l-każ jittieħed il-qorti? Klawsoli bħal dawn jorbtu lill-partijiet kontraenti f’dan it-tip ta’ ADR? 5.
6. Huwa neċessarju li wieħed ifittex l-assistenza legali? X’inhu r-rwol ta’ l-avukat f’dan it-tip ta’ ADR? 6.
7. Huwa possibbli li dan it-tip ta’ ADR jintuża fid-distanza, per eżempju b’mezzi elettroniċi? 7.
8. Dan it-tip ta’ ADR huwa mingħajr ħlas? Jekk le, kif jinqasmu l-ispejjeż? Tista’ tingħata l-għajnuna legali għall-ADR? (ara l-għajnuna legali8.
9. Jekk inti użajt dan it-tip ta’ ADR u ma rnexxielekx issolvi t-tilwima li kellek, xorta tressaq il-kwistjoni fil-qorti? Azzjoni meħuda bl-użu ta’ dan it-tip ta’ ADR jaffetwa l-perjodu ta’ preskrizzjoni biex każ jitressaq il-qorti? 9.
10. Jekk inti użajt dan it-tip ta’ ADR u rnexxielek issolvi t-tilwima li kellek, x’forma jieħu l-ftehim? X’jiġri jekk il-ftehim ma jiġix osservat spontanjament? Jistgħu jintużaw il-proċeduri standard ta’ l-infurzar? Tista’ xorta tressaq il-kwistjoni fil-qorti? 10.

 

1. Il-Medjazzjoni

Il-medjazzjoni hija proċedura informali, volontarja u kunfidenzjali għas-soluzzjoni tat-tilwim barra mill-qorti permezz ta’ medjatur. L-għan tal-medjazzjoni hu li jinstab ftehim aċċettabbli għaż-żewġ partijiet.

Ladarba jiġi ffirmat, ftehim ta’ medjazzjoni jaffettwa primarjament lill-firmatarji tiegħu u huwa vinkolanti fil-konfront tagħhom.

Billi tibbaża ruħha fuq il-ftehim milħuq minn medjazzjoni, il-parti intitolata tista’ tapplika għall-infurzar ġudizzjarju tad-deċiżjoni jew l-eżekuzzjoni tagħha, jekk il-ftehim:

  1. Ikun redatt fil-forma ta’ att notarili;
  2. Ikun endorsjat minn korp ta’ l-arbitraġġ bħala konċiljazzjoni fil-qorti.

2. L-Arbitraġġ

L-iskop ta’ l-arbitraġġ huma li tinstab soluzzjoni għat-tilwim barra mill-qorti fuq il-bażi ta’ ftehim bejn il-partijiet fit-tilwima permezz ta’ l-għażla libera u awtonoma ta’ panil ta’ l-arbitraġġ.

Il-proċedura ta’ l-arbitraġġ tilħaq il-qofol tagħha bl-għoti ta’ deċiżjoni ta’ arbitraġġ. Għall-partijiet fil-proċedura ta’ l-arbitraġġ, l-għoti ta’ deċiżjoni ta’ l-arbitraġġ tiswa daqs sentenza.

Id-deċiżjoni tal-panil tista’ tiġi infurzata daqslikieku kienet deċiżjoni ta’ qorti ordinarja.

3. Liema tipi ta’ tilwim tista’ tinstab soluzzjoni għalihom permezz ta’ dawn il-proċeduri alternattivi għas-soluzzjoni tat-tilwim?

Il-medjazzjoni tista’ ġeneralment tintuża biex tinstab soluzzjoni għal kull tip ta’ tilwima li toħroġ minn relazzjoni ta’ natura ċivili, familjari, kummerċjali, delittwali jew tax-xogħol.

FuqFuq

L-arbitraġġ jista’ jintuża biex tinstab soluzzjoni għal tilwim dwar proprjetà li jirriżultaw minn relazzjonijiet ta’ natura ċivili jew kummerċjali kemm domestiċi kif ukoll internazzjonali.

Dan it-tip ta’ ADR irid jintuża skond il-liġi jew skond il-kundizzjonijiet stabbiliti f’ordni tal-qorti.

M’hemmx obbligu legali li wieħed juża xi tip ta’ ADR.

4. Dan it-tip ta’ ADR huwa regolat b’xi leġiżlazzjoni?

Il-medjazzjoni hija regolata mill-Att dwar il-Medjazzjoni Nru 420/2004.

L-arbitraġġ huwa regolat mill-Att dwar l-Arbitraġġ Nru 244/2002.

5. Huwa possibbli li klawsola kuntrattwali tobbliga lill-partijiet biex jissottomettu kwalunkwe tilwima li toħroġ mill-kuntratt għall-ADR qabel ma l-każ jittieħed il-qorti? Klawsoli bħal dawn jorbtu lill-partijiet kontraenti f’dan it-tip ta’ ADR?

Il-partijiet jistgħu jiftiehmu b’kuntratt ta’ arbitraġġ li kull tilwima jew xi tilwima partikolari dwar proprjetà illi qamet jew tista’ tqum bejniethom fuq relazzjoni kuntrattwali jew legali partikolari tiġi riferuta għall-arbitraġġ.

Il-partijiet jistgħu wkoll jiftiehmu f’kuntratt li ser jippruvaw isibu soluzzjoni għat-tilwim kollu jew għal tilwim partikolari permezz tal-medjazzjoni.

6. Huwa neċessarju li wieħed ifittex l-assistenza legali? X’inhu r-rwol ta’ l-avukat f’dan it-tip ta’ ADR?

Mhux neċessarju li jitqabbad avukat.

7. Huwa possibbli li dan it-tip ta’ ADR jintuża fid-distanza, per eżempju b’mezzi elettroniċi?

Il-proċedura ta’ l-arbitraġġ titmexxa fil-post miftiehem bejn il-partijiet fil-proċedura. Fin-nuqqas ta’ ftehim bħal dak, il-proċedura titmexxa fil-post assenjat mill-panil ta’ l-arbitraġġ fid-dawl tan-natura tat-tilwima u l-interessi tal-partijiet.

FuqFuq

8. Dan it-tip ta’ ADR huwa mingħajr ħlas? Jekk le, kif jinqasmu l-ispejjeż? Tista’ tingħata l-għajnuna legali għall-ADR? (ara l-għajnuna legali)

Il-medjazzjoni hu servizz bil-ħlas; il-paġna ta’ l-internet is-Soluzzjoni tat-tilwim English - slovencina telenka l-ħlasijiet rakkomandati għal medjaturi li huma membri ta’ l-Assoċjazzjoni Slovakka tal-Medjaturi.

It-tariffa tal-ħlasijiet għal arbitraġġ minn panil ta’ l-arbitraġġ hija stabbilita f’anness għar-regoli tal-proċedura tat-Tribunal ta’ l-Arbitraġġ tal-Kamra tal-Kummerċ u ta’ l-Industrija tas-Slovakkja.

9. Jekk inti użajt dan it-tip ta’ ADR u ma rnexxielekx issolvi t-tilwima li kellek, xorta tressaq il-kwistjoni fil-qorti? Azzjoni meħuda bl-użu ta’ dan it-tip ta’ ADR jaffetwa l-perjodu ta’ preskrizzjoni biex każ jitressaq il-qorti?

Il-proċedura ta’ l-arbitraġġ tilħaq il-qofol tagħha bl-għoti ta’ deċiżjoni ta’ arbitraġġ.

Jekk ma jintlaħaqx ftehim mill-medjazzjoni, il-kwistjoni tista’ titkompla l-qorti. Il-medjazzjoni ma tissospendix il-perjodu ta’ preskrizzjoni.

10. Jekk inti użajt dan it-tip ta’ ADR u rnexxielek issolvi t-tilwima li kellek, x’forma jieħu l-ftehim? X’jiġri jekk il-ftehim ma jiġix osservat spontanjament? Jistgħu jintużaw il-proċeduri standard ta’ l-infurzar? Tista’ xorta tressaq il-kwistjoni fil-qorti?

Il-proċedura ta’ l-arbitraġġ tilħaq il-qofol tagħha bl-għoti ta’ deċiżjoni ta’ arbitraġġ. L-għoti ta’ deċiżjoni ta’ l-arbitraġġ tiswa daqs sentenza għall-partijiet fil-proċedura ta’ l-arbitraġġ.

Id-deċiżjonijiet ta’ l-arbitraġġ isir bil-miktub.

Fejn il-partijiet jonqsu milli josservaw id-deċiżjoni, hija tista’ tiġi infurzata daqslikieku kienet deċiżjoni ta’ qorti ordinarja u l-parti intitolata tista’ tapplika għall-eżekuzzjoni tagħha.

Il-medjazzjoni tintemm bi ftehim, li jrid isir bil-miktub. Ftehim milħuq b’riżultat tal-medjazzjoni għandu s-saħħa ta’ ordni eżekuttiva jekk:

  1. Huwa redatt fil-forma ta’ att notarili, jew
  2. Huwa endorsjat minn korp ta’ l-arbitraġġ bħala konċiljazzjoni fil-qorti.

« Meżżi alternattivi għal riżoluzzjoni ta’ kwistjoni - Informazzjoni Ġenerali | Slovakkja - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 02-10-2006

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit