Din il-paġna issa skadiet. L-aġġornament qed jitħejja bħalissa u jkun disponibbli fil-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.
Fi Spanja, minbarra l-aspett tan-negozjati privati, li normalment huwa wieħed mill-aspetti l-aktar importanti fil-prattika tal-liġi, teżisti l-konċiljazzjoni, li trid bilfors issir quddiem is-Servizzi ta’ Medjazzjoni ta’ l-Amministrazzjoni tax-Xogħol qabel ma l-partijiet jidħlu f’litigazzjoni dwar ix-xogħol (marbuta mal-qorti tax-xogħol).
Fil-qrati ċivili, fil-każ tal-proċedimenti li jinvolvi somom li jaqbżu €3,000, teżisti proċedura obbligatorja ta’ konċiljazzjoni għal wara li tiġi ppreżentata l-applikazzjoni u r-risposta tad-difiża. Din il-proċedura ta’ konċiljazzjoni titmexxa minn imħallef, li għandu l-obbligu li jħeġġeġ l-isforzi biex jintlaħaq ftehim. Il-proċedimenti fil-qorti jsiru ladarba dan l-isforz ifalli.
Il-konċiljazzjoni hija waħda mill-funzjonijiet assenjati lill-Iskrivana tal-Qorti fit-termini stabbiliti skond il-liġijiet tal-proċedura, li jinvolvu xogħol ta’ medjazzjoni speċifiku għalihom. Din il-funzjoni mhux sejra tidħol fis-seħħ qabel ma tidħol fis-seħħ il-Liġi dwar il-Ġuriżdizzjoni Volontarja.
L-arbitraġġ jinvolvi s-sostituzzjoni, bil-qbil tal-partijiet, ta’ l-intervent u l-ġudizzju tal-qrati b’dawk ta’ arbitru (terza parti jew tribunal ta’ l-arbitraġġ). Dan jaqa’ taħt il-liġi privata, għalkemm matul dawn l-aħħar snin, l-aspett istituzzjonali tiegħu qiegħed jiġi żviluppat mill-Ministeri ta’ l-affarijiet tal-konsumatur u l-kmamar tal-kummerċ.
Il-konċiljazzjoni hija rregolata bil-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (fil-każ ta’ proċeduri ċivili) u bil-Kodiċi tal-Proċedura tax-Xogħol (fil-każ ta’ proċeduri tax-xogħol).
Fi kwistjonijet ċivili, u sakemm il-Liġi dwar il-Ġuriżdizzjoni Volonatarja tidħol fis-seħħ, il-konċiljazzjoni ma hijiex obbligatorja u ma tistax tiġi imposta. L-imħallfin fil-Qrati ta’ Prim’Istanza u kif ukoll il-Maġistrati (il-ġudikanti mhux professjonali) fl-indirizz ta’ jew, fin-nuqqas ta’ dan, fil-post tar-residenza tal-konvenut, huma kompetenti biex jisimgħu il-proċedimenti tal-konċiljazzjoni. Id-dokument tal-konċiljazzjoni, li jkun fih il-ftehim ta’ bejn il-partijiet, jikkostitwixxi l-istrument eżegwibbli li jkun jista’ jintuża biex jinbdew il-proċedimenti ta’ eżekuzzjoni.
L-arbiraġġ huwa rregolat bil-Liġi dwar l-Arbitraġġ, il-Liġi 60/2003 tat-23 ta’ Diċembru 2003. Din il-Liġi taġġlika wkoll għall-mekkaniżmi speċjali ta’ l-arbitraġġ, li dak li jintuża l-aktar fosthom huwa l-arbitraġġ fl-affarijiet tal-konsumaturi biex jissolvew kwistjonijiet marbuta mal-konsum ta’ l-oġġetti u tas-servizzi li jaqgħu taħt il-Liġi 21/1984 tad-19 ta’ Lulju dwar il-Konsumatur Ġenerali u l-Protezzjoni ta’ l-Utent.
Il-bażi ta’ l-arbitraġġ fi Spanja jista’ jkun il-liġi jew l-ekwità. B’mod ġenerali, l-abitraġġ isolvi kwistjonijiet bl-applikazzjoni l-liġi fis-seħħ, sakemm il-partijiet ma jkunux taw l-awtorizzazzjoni espressa biex il-kwistjoni tissolva fuq il-bażi ta’ l-ekwità. Dan il-kriterju ta’ l-ekwità, fi kliem ieħor mingħajr l-applikazzjoni tal-liġi fis-seħħ, huwa wieħed mill-kriterji użati bħala bażi għal deċiżjoni mogħtija f’xi proċedimenti istituzzjonali ta’ l-arbitraġġ bħal dawk li għandhom x’jaqsmu ma’ l-affarijiet tal-konsumatur.
Agħżel mil-lista ta’ hawn taħt is-sitwazzjoni li taqbel ma’ tiegħek biex tara jekk għandekx tieħu xi waħda l-miżuri disponibbli għas-soluzzjoni alternattiva tal-kwistjoni:
Għandu jkun hemm ftehim dwar l-arbitraġġ li jista’ jieħu l-forma ta’ klawsola f’kuntratt jew li jista’ jkun ftehim indipendenti. Ghandu jkun hemm dikjarazzjoni fejn il-partijiet jaqblu li jmorru arbitraġġ fuq kwistjoni jew kwistjonijiet li jistgħu jinqalgħu jew li jkunu nqalgħu rigward xi relazzjoni legali speċifika, kemm kuntrattwali jew le.
Il-ftehim ta’ l-arbitraġġ għandu jsir bil-miktub f’dokument iffirmat mill-partijiet jew fi skambju ta’ ittri, telegrammi, faks, jew mezzi oħra ta’ telekomunikazzjoni li jippermettu li tinżamm rekord tal-ftehim.
Din il-ħtieġa titqies li tkun ġiet issodisfatta jekk il-ftehim ta’ l-arbitraġġ ikun irreġistrat u aċċessibbli biex wara jkun jista’ jiġi kkonsultat b’mezzi elettroniċi, ottiċi jew ta’ xi tip ieħor.
Il-ftejhim ta’ l-arbitraġġ jitqies li jkun inkororpat fil-ftehim bejn il-partijiet jekk ikun irreġistrat f’dokument li ta’ l-aħħar ikunu bagħtu lil xulxin f’xi waħda mill-forom imsemmija fil-paragrafu ta’ qabel.
Sabiex jitqies bħala validu, dan il-ftehim ma jistax jirreferi għal kwistjonijiet li, skond il-liġi, jkunu esklużi mill-arbitraġġ.
Ebda liġi jew sentenza tal-qorti ma tista’ ġġiegħel lil xi ħadd li jmur arbitraġġ. L-użu ta’ l-arbitraġġ huwa volontarju għall-individwi.
Fl-arbitraġġ, il-prinċipji ta’ l-ugwaljanza, il-jedd li wieħed jinstema’ u l-proċedimenti mill-partijiet avversarji għandhom jiġu rrispettati. L-arbitru irid jittratta lill-partijiet bl-istess mod u jagħti lil kull wieħed minnhom l-opportunità xierqa biex jasserixxu l-jeddijiet tagħhom. Huwa obbligat ukoll li jżomm il-kunfidenzjalità ta’ l-informazzjoni miġjuba quddiemu fil-proċedimenti ta’ l-arbitraġġ.
Il-partijiet jistgħu liberament jaqblu fuq il-proċedura, li mbagħad iridu jsegwu l-arbitri. Jekk ma jintaħaqx ftehim dwar dan, l-arbitru jista’, taħt id-dispożizzjonijiet tal-Liġi dwar l-arbitraġġ, imexxi l-proċedura ta’ l-arbitraġġ kif jaħseb l-aħjar. Din is-setgħa ta’ l-arbitri tinkludi l-kapaċità li jiddeċiedu dwar l-ammissibilità, il-pertinenza u l-valur ta’ l-użu ta’ l-evidenza, meta din tinstema’, ukoll jekk fuq l-inizjattiva ta’ l-arbitru, u l-kunsiderazzjoni ta’ l-evidenza.
Jekk ma jiftehmux mod ieħor il-partijiet, l-arbitru jiddeċiedi jekk is-seduti jsirux biex jiġu ppreżentati l-argumenti, tinstema’ ix-xhieda u jsiru t-tweġibiet fil-qorti, jew jekk dan jistax isir esklussivament bil-kitba. Â
Jekk ma jsirx ftehim mod ieħor, kemm l-arbitri kif ukoll il-korp ta’ l-arbitraġġ jista’ jitlob lill-partijiet iħallsu bil-quddiem dak li jqisu li jkun jenħtieġ biex ikopru d-drittijiet u l-ispejjezż ta’ l-arbitri u ta’ dawk li jistgħu iqumu waqt il-proċedura. Jekk il-partijiet jonqsu mill-jagħmlu dawn il-ħlasijiet bil-quddiem, l-arbitri jistgħu jissospendu jew jikkonkludu l-proċeduri ta’ l-arbitraġġ. Jekk waħda mill-partijiet ma tkunx ħallset fil-limitu taż-żmien stabbilit, l-arbitri jistgħu, qabel ma jiddikjaraw it-tmiem jew is-sospensjoni tal-proċedura, iwasslu dan il-fatt lill-partijiet l-oħra sabiex ikunu jistgħu jagħmlu l-ħlas, jekk ikunu jridu, f’isem il-parti fil-limitu taż-żmien stabbilit għal dan il-għan.
L-għajnuna legali b’xejn ma tingħatax għal dan it-tip ta’ arbitraġġ.
Id-deċiżjoni li tikkonċerna l-kwistjoni mogħtija mill-arbitru tissejjaħ il-“laudo”. Kull deċiżjoni mogħtija bħala riżulatat ta’ l-arbitraġ trid issir bil-miktub u ffirmata mill-arbitri, li jistgħu jesprimu opinjoni diverġenti. Fejn ikun hemm aktar minn arbitru wieħed, il-firem tal-maġġoranza tal-membri tal-panil ta’ l-arbitri jew taċ-ċermen waħdu huma biżżejjed. Huwa mifhum li d-deċiżjoni mogħtija fl-arbitraġġ tiġi rreġistrata meta jiġi rreġistrat il-kontenut tagħha u l-firem u din tkun aċċessibbli biex wara tiġi kkonsultata b’mezzi elettroniċi, ottiċi jew ta’ tip ieħor. L-arbitru jrid jispjega r-raġunijiet għad-deċiżjoni tiegħu, jew fuq il-bażi tal-liġi jew ta’ l-ekwità. Skond ma jinftiehem bejn il-partijiet, l-arbitri jistgħu fid-deċiżjoni tagħhom jiddeċiedu fuq l-ispejjeż ta’ l-arbitraġġ, li jinkludu d-drittijiet u l-ispejjeż ta’ l-arbitri u, fejn ikun xieraq, id-drittijiet u l-ispejjeż tal-konsulenza legali u tar-rappreżentanti tal-partijiet, l-ispejjeż tas-servizz mogħti mill-korp ta’ l-arbitraġġ u spejjeż oħra tal-proċedura ta’ l-arbitraġġ.
Jekk id-deċiżjoni mogħtija fl-arbitraġġ ma tiġix eżegwita b’mod volontarju, jistgħu jinbdew proċedimenti ta’ l-eżekuzzjoni permezz tal-qrati skond id-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (link mal-lista tat-tagħrif dwar l-eżekuzzjoni tas-sentenzi)
Fil-każ ta’ nuqqas ta’ qbil fuq in-natura obbligatorja tad-deċiżjoni mogħtija mill-arbitraġġ, il-ftehim ta’ l-arbitraġġ jobbliga lill-partijiet biex jeżegwixxu dak li jiġi stabbilit fid-deċiżjoni u jipprojbixxi l-qrati milli jisimgħu kwistjonijiet li jkunu marru arbitraġġ, jekk waħda mill-partijiet ikkonċernati tiddeċiedi li tinvoka d-deċiżjoni waqt proċedimenti legali.
Ftehim mogħti fl-arbitraġġ ma jżommx lil ebda waħda mill-partijiet milli titlob lil qorti biex tadotta miżuri kawtelatorji, jew iżomm qorti mill tagħti miżuri bħal dawn, jew qabel jew waqt il-proċedura ta’ l-arbitraġġ (link għall-miżuri provviżorji u l-miżuri kawtelatorji).
Id-deċiżjoni mogħtija fl-arbitraġġ tista’ tiġi annullata jekk waħda mill-partijiet tapplika f’dan is-sens u tallega u tipprova li:
Il-proċedimenti tal-kanċellament jistgħu jinġabu quddiem qorti provinċjali; id-deċiżjoni tagħha ma tistax tiġi appellata.
Fir-rigward tal-proċeduri ta’ separazzoni jew ta’ divorzju, il-qrati iħeġġu s-soluzzjoni tal-kunflitt permezz ta’ ftehim reċiproku bejn il-partijiet, sakemm il-proċedimenti midbdija minħabba konftront bejn il-partijiet ikunu jistgħu jissolvew fuq bażi amikevoli. Il-ftehim, li għandu jkolri l-aspetti marbuta mal-kura u l-kustodja tat-tfal, l-arramġamenti taż-żjarat, il-kontribuzzjoni għall-ispejjeż taż-żwieġ u fejn ikun xieraq, il-manteniment u l-użu tar-residenza tal-familja, jiġi approvat biss mill-qrati jekk jitqies li ma jagħmilx ħsara lill-interessi tal-minuri u ta’ xi ħadd mill-koppja. Is-Servizz tal-Prosekuzzjoni Pubblika jintervjeni fejn hemm il-minuri, u l-qrati jistgħu jipproponu emendi li fl-opinjoni tagħhom għandhom isiru.
Ara (bl-Ingliż) "Id-Divorzju – Spanja”, “Ir-Responsabbiltà tal-Ġenituri – Spanja” u “Talbiet ta’ manteniment – Spanja”.
F’xi wħud mill-Komunitajiet Awtonomi bħall-Catalonia, Valencia u l-Pajjiż Bask, hemm reġoli speċifiċi dwar il-medjazzjoni għall-familji.
Din il-parti għadha qiegħda ssir.
Il-Liġi 49/2003 tas-26 ta’ Novembru 2003 dwar il-kirjiet ta’ art agrikola abolixxiet l-intervent obbligatorju tal-bordijiet ta’ l-arbitraġġ fil-każ ta’ art agrikola f’ċerti kwistjonijiet bħal dawk marbuta ma’ l-aċċess għall-proprjetà tal-kerrej. Il-partijiet issa jistgħu liberament jieħdu il-kwistjonijiet tagħhom arbitraġġ taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-leġiżlazzjoni fis-seħħ f’dan ir-rigward.
Â
« Meżżi alternattivi għal riżoluzzjoni ta’ kwistjoni - Informazzjoni Ġenerali | Spanja - Informazzjoni Ġenerali »
L-aħħar aġġornament: 30-07-2007