Kummissjoni Ewropea > NGE > Meżżi alternattivi għal riżoluzzjoni ta’ kwistjoni > Slovenja

L-aħħar aġġornament: 05-12-2007
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Meżżi alternattivi għal riżoluzzjoni ta’ kwistjoni - Slovenja

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. L-aġġornament qed jitħejja bħalissa u jkun disponibbli fil-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


Ikollkom sinteżi tal-metodi alternattivi għar-riżolviment ta' tilwimiet meta taqraw l-informazzjoni li hemm fil-ġabra ta' fatti "Riżoluzzjonijiet Alternattivi ta' Tilwim - Tagħrif Ġenerali"

F'din il-ġabra ta' fatti ġdida se nippruvaw nagħtukom aktar informazzjoni prattika dwar ir-riżolviment alternattiv ta' tilwimiet (ADR - Alternative Dispute Resolution) fis-Slovenja.



 

LISTA TAL- KONTENUT

L-ewwelnett, minn perspettiva ġenerali, liema huma l-metodi differenti ta’ ADR? L-ewwelnett, minn perspettiva ġenerali, liema huma l-metodi differenti ta’ ADR?
Liema xorta ta’ tilwim jista’ jiġi riżolt permezz ta’ dan it-tip ta’ ADR? Liema xorta ta’ tilwim jista’ jiġi riżolt permezz ta’ dan it-tip ta’ ADR?
Huwa obbligatorju mil-liġi jew mill-kondizzjonijiet ta’ deċiżjoni ta’ qorti li wieħed jirrikorri għal din ix-xorta ta’ ADR? Huwa obbligatorju mil-liġi jew mill-kondizzjonijiet ta’ deċiżjoni ta’ qorti li wieħed jirrikorri għal din ix-xorta ta’ ADR?
Din ix-xorta ta’ ADR hija regolata mil-liġi? Din ix-xorta ta’ ADR hija regolata mil-liġi?
Jista’ jkun hemm klawżoli kuntrattwali li jistipulaw illi kull tilwima li jkollha x’taqsam mal-kuntratt għandha tkun sottomessa għal ADR qabel ma tinġieb quddiem qorti. Dawn il-klawżoli huma obbligatorji għaż-żewġ partijiet għal din ix-xorta ta’ ADR? Jista’ jkun hemm klawżoli kuntrattwali li jistipulaw illi kull tilwima li jkollha x’taqsam mal-kuntratt għandha tkun sottomessa għal ADR qabel ma tinġieb quddiem qorti. Dawn il-klawżoli huma obbligatorji għaż-żewġ partijiet għal din ix-xorta ta’ ADR?
Kif nista’ nkun ċert li x-xorta ta’ ADR magħżula jkollha l-istess livell ta’ kredibbiltà rikjesta mill-amministrazzjoni tal-ġustizzja? B’mod partikolari, kif tista’ tiġi garantita l-konfidenzjalità tan-negozjati? Kif nista’ nkun ċert li x-xorta ta’ ADR magħżula jkollha l-istess livell ta’ kredibbiltà rikjesta mill-amministrazzjoni tal-ġustizzja? B’mod partikolari, kif tista’ tiġi garantita l-konfidenzjalità tan-negozjati?
Huwa meħtieġ illi wieħed jieħu parir legali? Xi rwol għandhom l-avukati f’din ix-xorta ta’ ADR? Huwa meħtieġ illi wieħed jieħu parir legali? Xi rwol għandhom l-avukati f’din ix-xorta ta’ ADR?
Tista’ din ix-xorta ta’ ADR titmexxa mill-bogħod, pereżempju b’mezzi elettroniċi? Tista’ din ix-xorta ta’ ADR titmexxa mill-bogħod, pereżempju b’mezzi elettroniċi?
Din ix-xorta ta’ ADR hija mingħajr ħlas? Jekk le, l-ispejjeż jinqasmu? Huwa possibbli tingħata għajnuna legali? - (ara t-tema "għajnuna legali ") Din ix-xorta ta’ ADR hija mingħajr ħlas? Jekk le, l-ispejjeż jinqasmu? Huwa possibbli tingħata għajnuna legali? - (ara t-tema
Jekk tirrikorri għal din ix-xorta ta’ ADR, iżda ma jirnexxilekx issolvi t-tilwima, ikun għadu possibbli li tmur il-qorti? Rikors għal din ix-xorta ta’ ADR għandu effett fuq it-terminu ta' preskrizzjoni biex tressaq kawża fil-qorti? Jekk tirrikorri għal din ix-xorta ta’ ADR, iżda ma jirnexxilekx issolvi t-tilwima, ikun għadu possibbli li tmur il-qorti? Rikors għal din ix-xorta ta’ ADR għandu effett fuq it-terminu ta' preskrizzjoni biex tressaq kawża fil-qorti?
Jekk wieħed jirrikorri għal din ix-xorta ta’ ADR, u ma jirnexxilux isolvi t-tilwima, x’għamla jieħu dan il-ftehim? X’jiġri jekk il-ftehim ma jiġix eżegwit b’mod spontanju? Jistgħu jintużaw proċeduri normali ta’ infurzar? Ikun għadu possibbli li l-każ jiġi mressaq f'qorti? Jekk wieħed jirrikorri għal din ix-xorta ta’ ADR, u ma jirnexxilux isolvi t-tilwima, x’għamla jieħu dan il-ftehim? X’jiġri jekk il-ftehim ma jiġix eżegwit b’mod spontanju? Jistgħu jintużaw proċeduri normali ta’ infurzar? Ikun għadu possibbli li l-każ jiġi mressaq f'qorti?

 

L-ewwelnett, minn perspettiva ġenerali, liema huma l-metodi differenti ta’ ADR?

Il-metodi ta' ADR jippermettu li tilwim ikun riżolt mingħajr l-intervent ta' qorti jew għall-inqas mingħajr deċiżjoni ta' qorti fuq il-merti tal-każ. Fost it-tipi ewlenin ta' ADR ipprattikati fis-Slovenja hemm l-arbitraġġ, il-medjazzjoni u l-kawża fil-qorti f'sens usa' bil-għan li jinkoraġġixxu arranġament ġudizzjarju.

Il-bord ta' l-arbitraġġ hu qorti privata komposta minn persuna waħda jew aktar, maħtura bi qbil tal-partijiet. Il-partijiet, li jaġixxu skond arranġament jew spontanjament, jafdaw fil-bord biex, abbażi ta' ftehim jew kuntratt, jieħu deċiżjoni fuq il-merti tal-każ li tkun rikonoxxuta mil-liġi bħala ekwivalenti għal deċiżjoni finali ta' qorti ordinarja. Meta jikkonkludu ftehim ta' arbitraġġ, il-partijiet jeskludu l-possibbiltà li qorti ordinarja jkollha l-kompetenza.

Il-medjazzjoni hija l-arranġament ta' tilwima bl-għajnuna ta' terza persuna newtrali, li ma tistax tagħti deċiżjoni li torbot.

Waqt proċeduri f'qorti ċivili, il-partijiet jistgħu f'kull ħin jikkonkludu arranġament dwar is-suġġett tat-tilwima (arranġament ġudizzjarju). Kull min ikun bi ħsiebu jiftaħ kawża jista' jipprova jikseb arranġament ġudizzjarju (arranġament ġudizzjarju preventiv) fil-qorti lokali fil-post tar-residenza tal-parti avversarja. Il-ftehim dwar il-konklużjoni ta' arranġament ġudizzjarju jikkostitwixxi strument li jippermetti eżekuzzjoni.

F'ħafna sitwazzjonijiet inti tista' tirrikorri għal wieħed jew ieħor minn dawn it-tipi differenti ta' ADR. Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok, agħżel mil-lista li ġejja sitwazzjoni simili għal dik tiegħek.

  • Konflitti bejn il-konsumaturi u l-kumpaniji

Kif diġa tfisser il-ġabra ta' fatti “ADR - il-liġi Komunitarja”, il-Kummissjoni ppubblikat fuq is-sit web tagħha lista b'għadd kbir ta' korpi ta' ADR biex jinħall tilwim tal-konsumaturi fl-Istati Membri kollha. F'din il-lista English għandek issib l-informazzjoni prattika li teħtieġ biex tiddeċiedi jekk għandekx tirrikorri għal waħda minn dawn l-iskemi ta' ADR: l-istruttura tagħhom, il-qasam ta' applikazzjoni, il-proċeduri, l-ispejjeż u dettalji oħra.

FuqFuq

Forsi jkun jeħtieġlek titlob is-servizzi ta' korp ta' ADR stabbilit fi Stat Membru ieħor. Biex tikseb informazzjoni prattika dwar dawn il-korpi, tista' tikkonsulta l-paġni web EEJNet jew, għal tilwim dwar servizzi finanzjarji, FIN-NET.

Liema xorta ta’ tilwim jista’ jiġi riżolt permezz ta’ dan it-tip ta’ ADR?

L-arbitraġġ mhux metodu adattat għad-determinazzjoni ta' kull xorta ta' tilwim. L-Att dwar Proċedura Ċivili (Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tas-Slovenja Nru 36/04 - verżjoni uffiċjali konsolidata, minn issa 'l quddiem imsejjaħ “ZPP”) jistabilixxi li, għal tilwim dwar drittijiet li huma jgawdu liberament, il-partijiet jistgħu, bi qbil, jistabbilixxu li l-ġurisdizzjoni għandha tkun ta' bord ta' arbitraġġ domestiku. F'tilwim fejn ta' l-anqas wieħed mill-partijiet huwa individwu residenti barra l-pajjiż jew persuna ġuridika stabbilita barra l-pajjiż, il-partijiet jistgħu jaqblu li l-ġurisdizzjoni tkun ta' bord ta' l-arbitraġġ barrani, bil-kondizzjoni li l-qorti Slovena ma jkollhiex ġurisdizzjoni esklussiva fit-tilwima in kwistjoni. Pereżempju, mhux possibbli li jkun hemm riżoluzzjoni ta' tilwim matrimonjali jew azzjonijiet biex ikunu stabbiliti jew ikkontestati l-maternità jew il-paternità. Partijiet jagħżlu li jirrikorru għall-arbitraġġ l-aktar f'dak li jirrigwarda tilwim ekonomiku. Il-Kamra tal-Kummerċ u l-Industrija tas-Slovenja għandha Qorti Permanenti ta' Arbitraġġ li hija kompetenti li tiddeċiedi dwar tilwim li jinqala' f'relazzjonijiet kummerċjali li joriġinaw minn drittijiet li huma jgawdu liberament. Il-bord ta' l-arbitraġġ ta' Zavarovalnica Triglav d.d. huwa korp speċjalizzat li jiddeċiedi dwar tilwim relatat ma' assigurazzjoni u kumpens. It-Tribunal ta' l-Arbitraġġ tal-Borża ta' Ljubljana hu korp speċjalizzat responsabbli għad-determinazzjoni ta' kwistjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' operazzjonijiet ta' titoli rimborżabbli gradwalment.

FuqFuq

Arranġament ġudizzjarju jista' jintuża biex ikunu riżolti kull xorta ta' tilwim ta' natura ċivili, bl-eċċezzjoni ta' tilwim matrimonjali u tilwim bejn il-ġenituri u l-ulied (ħlief f'dawk il-każijiet li jirrigwardaw il-ħarsien, l-edukazzjoni u l-manteniment ta' l-ulied jew dwar kuntatti bejn l-ulied u l-ġenituri jew persuni oħra, fejn il-qorti ma tippermettix arranġament jekk issib li dan ma jkunx fl-interess tat-tifel jew tifla). Bl-istess mod, ma jistax ikun hemm arranġament ġudizzjarju dwar talbiet li l-partijiet ma jkunux liberi li jivvantaw (minħabba li dawn imorru kontra regolamenti mandatorji jew morali).

Il-medjazzjoni hija pprattikata minn għadd ta' korpi mhux governattivi jew minn qrati għal diversi xorta ta' tilwim. Il-qrati jipprattikaw il-medjazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet ċivili, tal-familja u kummerċjali, filwaqt li korpi mhux tal-gvern jagħmluha ta' medjaturi f'tilwim bejn ġirien, tilwim bejn sidien u inkwilini, tilwim fl-iskejjel, fuq il-post tax-xogħol jew f'tilwim bejn organizzazzjonijiet u konsumaturi.

Huwa obbligatorju mil-liġi jew mill-kondizzjonijiet ta’ deċiżjoni ta’ qorti li wieħed jirrikorri għal din ix-xorta ta’ ADR?

Iz-ZPP għandu dispożizzjonijiet maħsuba biex jinkoraġġixxu l-konklużjoni ta’ arranġamenti ġudizzjarji, u għal dan il-għan hemm ukoll dispożizzjoni għal smigħ speċjali ta’ arranġament biex tkun esplorata l-possibbiltà li jkun konkluż arranġament ġudizzjarju. Madankollu, il-konklużjoni ta’ arranġament bħal dan tiddependi fuq ir-rieda ħielsa tal-partijiet. Il-medjazzjoni u xorta oħra ta’ ADR huma wkoll volontarji. Iz-ZPP jistabbilixxi li l-qorti tista’, waqt is-smigħ ta’ l-arranġament, tissospendi l-proċeduri ċivili, fuq proposta miftiehma bejn il-partijiet, biex ikun jista’ jsir sforz biex it-tilwima tkun riżolta b’mezzi alternattivi.

FuqFuq

Fost id-dispożizzjonijiet tiegħu dwar il-proċedura li għandha tiġi segwita f’tilwim dwar xogħol jew kwistjonijiet soċjali, l-Att dwar il-Qrati dwar Xogħol u Affarijiet Soċjali (Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tas-Slovenja, Nri 2/2004, 10/04 – corrigendum Nru 61/04), li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar, 2005, jgħid li, fejn ikun hemm stabbilita mil-liġi jew minn ftehim kollettiv proċedura obbligatorja għar-riżoluzzjoni paċifika ta’ tilwima, azzjoni ġudizzarja tkun ammissibbli biss bil-kondizzjoni illi proċedura bħal dik tkun inbdiet minn qabel iżda ma tkunx irnexxiet. Din id-dispożizzjoni ma tapplikax għal tilwim dwar l-eżistenza jew it-tmiem ta’ relazzjoni ta’ impjieg.

L-arbitraġġ huwa volontarju u bbażat fuq ftehim bejn il-partijiet.

Din ix-xorta ta’ ADR hija regolata mil-liġi?

Arranġamenti ġudizzjarji huma regolati miz-ZPP, li għandu wkoll dispożizzjonijiet bażiċi dwar l-abitraġġ. Il-medjazzjoni mhix regolata mil-liġi.

Jista’ jkun hemm klawżoli kuntrattwali li jistipulaw illi kull tilwima li jkollha x’taqsam mal-kuntratt għandha tkun sottomessa għal ADR qabel ma tinġieb quddiem qorti. Dawn il-klawżoli huma obbligatorji għaż-żewġ partijiet għal din ix-xorta ta’ ADR?

Jekk il-partjiet jaqblu permezz ta’ kuntratt li tilwima partikolari għandha tiġi determinata mill-bord ta’ l-arbitraġġ kompetenti u tinfetaħ kawża fil-qorti dwar l-istess tilwima bejn l-istess partijiet, il-qorti għandha, wara eċċezzjoni tal-konvenut, tiddikjara li mhix kompetenti, tannulla l-atti kollha li jkunu saru waqt il-proċeduri u tiċħad it-talba.

FuqFuq

Arranġament ġudizzjarju jiġi konkluż quddiem il-qorti. Il-medjazzjoni hija volontarja u ma għandha ebda effett fuq il-proċeduri tal-qorti.

Kif nista’ nkun ċert li x-xorta ta’ ADR magħżula jkollha l-istess livell ta’ kredibbiltà rikjesta mill-amministrazzjoni tal-ġustizzja? B’mod partikolari, kif tista’ tiġi garantita l-konfidenzjalità tan-negozjati?

F’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-arbitraġġ, għandu jitfakkar li l-iskop li jkun konkluż ftehim ta’ arbitraġġ huwa li jeskludi l-kompetenza tal-qrati ordinarji. Il-proċeduri ta’ arbitraġġ huma ġeneralment konfidenzjali, sakemm il-partijiet ma jiftehmux mod ieħor. Kwistjonijiet li huma ta’ natura konfidenzjali huma regolati mir-regoli ta’ proċedura adottati mill-qrati u mill-organizzazzjonijiet li jipprattikaw il-medjazzjoni. Pereżempju, ir-regoli tal-medjazzjoni relatati mal-qorti fil-Qorti Distrettwali ta’ Ljubljana jgħidu li kulma jkun sottomess lill-qorti bil-miktub jew oralment jitqies bħala konfidenzjali. Fejn it-tentattiv għall-medjazzjoni ma jirnexxix, l-atti kollha jintraddu lill-partijiet u l-ebda dikjarazzjoni jew dokumenti riċevuti waqt dawk il-proċeduri ma jitqiesu mill-qorti fi proċeduri ċivili sussegwenti. Fejn arranġament ġudizzjarju jiġi konkluż waqt proċeduri ċivili, ir-regoli tal-konfidenzjalità jkunu l-istess bħal dawk li japplikaw għall-proċeduri ċivili.

Huwa meħtieġ illi wieħed jieħu parir legali? Xi rwol għandhom l-avukati f’din ix-xorta ta’ ADR?

Fil-proċedura ta’ l-arbitraġġ il-persuna biss li għandha kapaċità legali sħiħa tista’ taġixxi b’mod indipendenti. Parti li ma jkollhiex il-kapaċità tieħu sehem f’azzjoni ċivili għandha tkun rappreżentata minn rappreżentant legali. Kull parti tista' tawtorizza lil xi ħadd biex jirrappreżentaha. Il-partijiet sikwit huma rappreżentati minn avukati fi proċeduri ta’ arbitraġġ.

FuqFuq

Ir-regoli tal-proċedura tal-medjazzjoni huma stabbiliti mill-qrati u mill-organizzazzjonijiet li jipprattikaw il-medjazzjoni. Fil-prinċipju, konsulenza legali mhix obbligatorja fi proċedura ta’ medjazzjoni, iżda kull parti tista’ tkun rappreżentata.

Meta arranġament ġudizzjarju jkun konkluż quddiem il-qorti, ir-regoli dwar ir-rappreżentazzjoni huma l-istess bħal dawk tal-proċedura ċivili. Iz-ZPP jgħid li l-partijiet jistgħu jmexxu l-każ tagħhom personalment jew permezz ta’ rappreżentant awtorizzat. Madankollu, fi proċessi li jinvolvu rimedji legali straordinarji, parti tista’ tagħmel atti ta’ proċedura biss permezz ta’ rappreżentant li jkun avukat. Fi proċeduri quddiem qorti lokali, ir-rappreżentant jista’ jkun kull persuna b’kapaċità legali sħiħa, iżda fi proċeduri quddiem qrati distrettwali, ogħla u supremi, ir-rappreżentant jista’ jkun biss avukat jew persuna oħra li għadda mill-eżami tal-liġi ta’ l-istat.

Tista’ din ix-xorta ta’ ADR titmexxa mill-bogħod, pereżempju b’mezzi elettroniċi?

Dwar il-kwistjoni ta’ proċeduri mmexxija mill-bogħod, iz-ZPP, li jirregola arranġamenti ġudizzjarji, jgħid li applikazzjonijiet li jaslu permezz tat-teknoloġija tal-komunikazzjoni, kif ukoll applikazzjonijiet li jaslu skond il-kondizzjonijiet stabbiliti mil-liġi għall-użu tat-teknoloġija ta’ l-informazzjoni jitqiesu li jkunu ffirmati mill-persuna maħtura bhala firmatarja fl-applikazzjoni. Iz-ZPP jgħid ukoll li arranġament ġudizzjarju jkun konkluż meta l-ftehim tal-partijiet dwar l-arranġament ikun irreġistrat fil-minuti u dawk il-minuti jkunu ffirmati mill-partijiet.

FuqFuq

Aktar regoli dettaljati dwar l-ADR huma stabbiliti mill-korpi li jipprattikaw l-ADR.

Din ix-xorta ta’ ADR hija mingħajr ħlas? Jekk le, l-ispejjeż jinqasmu? Huwa possibbli tingħata għajnuna legali? - (ara t-tema "għajnuna legali ")

Il-proċeduri ta’ l-arbitraġġ m’humiex mingħajr ħlas. Fil-prinċipju l-ispejjeż jitħallsu mill-parti telliefa. L-ammont jiddependi mill-ammont involut fit-tilwima, mill-kompożizzjoni tal-bord ta’ l-arbitraġġ u jekk it-tilwima tkunx waħda domestika jew internazzjonali. L-arbitraġġ huwa differenti minn proċeduri ġudizzjarji peress li m’hemmx taxxi imposti.

Iz-ZPP jistabbilixxi li jekk azzjoni ċivili tintemm b’arranġament ġudizzjarju, kull parti tħallas l-ispejjeż tagħha, sakemm ma jkunx ipprovdut mod ieħor fl-arranġament.

Il-ħlas ta’ l-ispejjeż tal-medjazzjoni huwa regolat mill-organizzazzjonijiet li jipprattikaw il-medjazzjoni. Il-medjazzjoni relatata mal-qorti hija fil-prinċipju mingħajr ħlas għall-partijiet (ħlief għall-ispejjeż ta’ kull rappreżentant imqabbad mill-partijiet).

Skond L-Att dwar Għajnuna Legali Mingħajr Ħlas (Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tas-Slovenja Nru 96/2004 – verżjoni uffiċjali konsolidata), għajnuna legali mingħajr ħlas tista’ tingħata għal konsulenza legali, rappreżentazzjoni legali u servizzi legali oħra stabbiliti mil-liġi, għal kull xorta ta’ protezzjoni legali quddiem il-qrati ordinarji u speċjalizzati kollha fis-Slovenja, quddiem il-Qorti Kostituzzjonali tar-Repubblika tas-Slovenja u quddiem il-korpi, l-istituzzjonijiet jew il-persuni kollha fir-Repubblika tas-Slovenja li għandhom kompetenza għal arranġamenti ta’ tilwim barra mill-qorti (“proċeduri ġudizzjarji”), u bħala eżenzjoni mill-ħlas ta’ l-ispejjeż tal-proċeduri ġudizzjarji. L-għajnuna legali mingħajr ħlas tingħata wkoll għal proċeduri quddiem qrati jew bordijiet ta’ arbitraġġ internazzjonali jekk id-dritt għall-għajnuna legali mingħajr ħlas ma jkunx regolat mir-regoli tal-qorti jew tal-bord ta’ arbitraġġ internazzjonali, jew jekk individwu ma jkunx intitolat għall-għajnuna legali mingħajr ħlas skond ir-regoli rilevanti.

FuqFuq

Jekk tirrikorri għal din ix-xorta ta’ ADR, iżda ma jirnexxilekx issolvi t-tilwima, ikun għadu possibbli li tmur il-qorti? Rikors għal din ix-xorta ta’ ADR għandu effett fuq it-terminu ta' preskrizzjoni biex tressaq kawża fil-qorti?

Il-medjazzjoni m’għandha ebda effett fuq il-possibbiltà li jinbdew jew jissoktaw proċeduri ġudizzjarji jew fuq il-kors tat-termini ta’ limitazzjoni.

Meta jaqblu li jmorru arbitraġġ il-partijiet jeskludu l-possibbiltà li jirranġaw it-tilwima permezz tal-qrati.

Jekk il-partijiet ma jikkonkludux arranġament ġudizzjarju, il-qorti tkompli bil-proċeduri u tagħti deċiżjoni.

Jekk wieħed jirrikorri għal din ix-xorta ta’ ADR, u ma jirnexxilux isolvi t-tilwima, x’għamla jieħu dan il-ftehim? X’jiġri jekk il-ftehim ma jiġix eżegwit b’mod spontanju? Jistgħu jintużaw proċeduri normali ta’ infurzar? Ikun għadu possibbli li l-każ jiġi mressaq f'qorti?

Deċiżjoni ta’ arbitraġġ għandha s-saħħa ta’ deċiżjoni finali vis-à-vis l-partijiet (iżda mhux għal terzi persuni), sakemm ma jkunx ġie miftiehem fil-kuntratt li d-deċiżjoni tista’ tkun ikkontestata quddiem korp ta’ arbitraġġ ogħla. Deċiżjoni ta’ arbitraġġ tista’ tkun iddikjarata nulla u mingħajr effett fuq talba ta’ parti. Il-prinċipji li fuqhom wieħed jista’ jikkontesta deċiżjoni ta’ arbitraġġ huma stabbiliti fiz-ZPP u jistgħu jkunu biss dwar il-validità tal-ftehim ta’ l-arbitraġġ, il-kontenut tiegħu (it-tilwima ma tkunx koperta mill-ftehim ta’ l-arbitraġġ, il-bord ta’ arbitraġġ jeċċedi l-poteri ta’ l-awtorità tiegħu), il-kompożizzjoni tal-bord ta’ l-arbitraġġ, ksur gravi tal-proċedura u ksur ta’ l-ordni pubbliku.

Il-ftehim dwar il-konklużjoni ta’ arranġament ġudizzjarju jikkostitwixxi strument li jippermetti l-eżekuzzjoni. Jekk il-ftehim ma jkunx eżegwit spontanjament, parti tista’ tissottometti proposta għall-eżekuzzjoni abbażi tal-ftehim.

Ftehim konkluż bl-għajnuna tal-medjazzjoni ma jorbotx u l-eżekuzzjoni hija biss volontarja. Jekk, waqt is-smigħ ta’ l-arranġament fil-kuntest tal-proċeduri ċivili, il-partijiet jiddeċiedu li jippruvaw jirriżolvu tilwima permezz ta’ l-ADR, huma jistgħu, wara li jilħqu ftehim quddiem il-qorti, jikkonkludu arranġament ġudizzjarju u b’hekk jiksbu strument li jippermetti l-eżekuzzjoni.

« Meżżi alternattivi għal riżoluzzjoni ta’ kwistjoni - Informazzjoni Ġenerali | Slovenja - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 05-12-2007

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit