Kummissjoni Ewropea > NGE > Meżżi alternattivi għal riżoluzzjoni ta’ kwistjoni > Olanda

L-aħħar aġġornament: 13-02-2008
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Meżżi alternattivi għal riżoluzzjoni ta’ kwistjoni - Olanda

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. L-aġġornament qed jitħejja bħalissa u jkun disponibbli fil-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


Perspettiva qasira ġenerali tal-metodi alternattivi għar-riżolviment ta' tilwimiet tinsab fil-ġabra ta' fatti "ADR - tagħrif ġenerali". F'din il-ġabra ta' fatti l-ġdida, nippruvaw nagħtu tagħrif aktar prattiku dwar l-ADR fl-Olanda.



 

LISTA TAL- KONTENUT

1. Liema tipi ta’ tilwimiet huma possibbli li jiġu solvuti permezz ta’ dan it-tip ta’ ADR? 1.
2. Qabel ma jmorru l-Qorti l-partijiet jistgħu dejjem jagħżlu li jipprovaw jilħqu soluzzjoni għall-kunflitt huma stess. Dan huwa possibbli wkoll bl-għajnuna ta’ medjatur li jopera bħala faċilitatur indipendenti. Il-medjazzjoni kummerċjali hija possibbli fi kważi kull kunflitt barra mill-ambitu tas-sistema penali. 2.
3. Huwa obbligatorju li wieħed jirrikorri għal dan it-tip ta’ ADR skond il-liġi jew taħt it-termini ta’ ordni tal-qorti? 3.
4. Dan it-tip ta’ ADR huwa rregolat mil-liġi? 4.
5. Jista’ jkun hemm klawżoli kuntrattwali li jistipulaw li kwalunkwe tilwima relatata mal-kuntratt tiġi sottomessa lill-ADR qabel kwalunkwe riferenza lill-qorti. Dawn il-klawżoli jorbtu liż-żewġ partijiet għal dan it-tip ta’ ADR? 5.
6. Kif tiżgura li l-ADR li tirrikorri għalih igawdi mill-istess livell ta’ affidabbiltà li teħtieġ l-amministrazzjoni tal-ġustizzja? B’mod partikolari, kif tiżgura li n-negozjati jinżammu kunfidenzjali? 6.
7. Huwa meħtieġ li jittieħed parir legali? X’inhuwa r-rwol ta’ l-avukat f’dan it-tip ta’ ADR? 7.
8. Jista' dan it-tip ta’ ADR jitwettaq mill-bogħod, b’mod partikolari b’mezzi elettroniċi? 8.
9. Dan it-tip ta’ ADR huwa mingħajr ħlas? Jekk le, kif jitqassmu l-ispejjeż? Huwa possibbli li jkun hemm għajnuna legali? (Ara t-tema “l-għajnuna legali”) 9.
10. Jekk tirrikorri għal dan it-tip ta’ ADR, iżda ma jirnexxilekx issolvi t-tilwima, tibqa’ l-possibbilta' li l-każ jiġi mressaq quddiem qorti? Ir-rikors għal dan it-tip ta’ ADR għandu influwenza fuq il-perjodu ta’ limitazzjoni biex wieħed jirreferi għall-qorti? 10.
11. Jekk tirrikorri għal dan it-tip ta’ ADR, u jirnexxielek issolvi t-tilwima, liema forma jieħu l-ftehim? X’jiġri jekk il-ftehim mhuwiex infurzat b’mod spontanju? Jistgħu jintużaw il-proċeduri normali ta’ l-infurzar? Ikun għadu possibbli li l-kwistjoni tiġi mressqa quddiem qorti? 11.
12. Kif imsemmi hawn fuq id-deċiżjonijiet ta’ l-Ombudsman ma jorbtux. 12.

 

L-ewwelnett, x'inhuma minn perspettiva ġenerali, it-tipi differenti ta' ADR fl-Olanda?

Minbarra sistema estensiva ta' arbitraġġ, irregolata mil-liġi nazzjonali u internazzjonali, hemm bosta possibbiltajiet għar-riżolviment ekstra-ġudizzjarju tat-tilwimiet fl-Olanda, li fosthom il-parir li jorbot (“deċiżjoni ta' terza persuna li torbot”) u l-medjazzjoni huma l-aktar importanti.

Fil-parti l-kbira tas-sitwazzjonijiet tista' tirrikorri għal waħda jew oħra minn dawn it-tipi differenti ta' ADR. Biex tikseb aktar tagħrif, agħżel fil-lista hawn isfel is-sitwazzjoni li tinsab fiha

Kunflitti bejn konsumaturi u n-negozji

Kif diġà spjegat fil-ġabra ta' fatti "ADR - il-liġi komunitarja", il-Kummissjoni ppubblikat fis-sit web tagħha l-lista English ta' għadd kbir ta' organizzazzjonijiet ta' l-ADR biex jirriżolvu t-tilwimiet tal-konsumaturi fl-Istati Membri kollha. Issib f'din il-lista l-informazzjoni prattika li teħtieġ biex tiddeċiedi jekk tirrikorrix għal waħda minn dawn l-iskemi ta' l-ADR: l-istruttura, l-ambitu, it-tip ta' proċedura li ssegwi, l-ispejjeż u d-dettalji. Tista' tikkonsulta din il-lista f'dan l-indirizz tal-web:

Jista' jagħti l-każ li tkun teħtieġ tirrikorri għal korp ta' l-ADR stabbilit fi Stat Membru ieħor. Biex tkun taf preċiżament għand liema organizzazzjoni trid tmur, ikkonsulta l-paġni web ta' l-EEJ-Net English jew tal-FIN-NET English - Nederlands fil-każ ta' kunflitt dwar is-servizzi finanzjarji:

  • kunflitti bejn in-negozji
  • kunflitti bejn l-impjegati u min iħaddem
  • kunflitti bejn is-sidien u l-kerrejja
  • kunflitti fil-familja
  • kunflitti bejn l-individwi
  • sitwazzjonijiet oħrajn speċifiċi (eż., relazzjonijiet ma' l-awtoritajiet pubbliċi, is-servizzi tas-saħħa, l-avukati, in-nutara, eċċ).

1. Liema tipi ta’ tilwimiet huma possibbli li jiġu solvuti permezz ta’ dan it-tip ta’ ADR?

L-ilmenti dwar il-proċeduri governamentali jistgħu jitressqu quddiem l-Ombudsman Nazzjonali (maħtur mill-Parlament Nazzjonali). L-Ombudsman Nazzjonali jista’ jibda investigazzjoni, jiġġudika l-ilment bħala fondat (jew le), jagħti deċiżjoni li ma torbotx f’każ partikolari u jippubblika r-rakkomandazzjonijiet tiegħu fir-rapport annwali tiegħu.

Ilmenti oħrajn (kummerċjali) jiġu ttrattati mill-Ombudsmen Privati, mibdija minn organizzazzjonijiet tan-negozju. L-aktar importanti (bħala għadd ta’ lmenti) huwa l-Ombudsman ta’ l-Assikurazzjoni. L-Ombudsmen jindaħlu f’tilwima billi jippruvaw jilħqu soluzzjoni komuni l-ewwel u billi jagħtu deċiżjoni li ma torbotx biex isolvu t-tilwima. Minħabba r-relazzjonijiet ma’ l-organizzazzjonijiet tan-negozju f’ħafna mill-każijiet il-fornitur jaċċetta d-deċiżjoni ta’ l-Ombudsman.

Id-deċiżjonijiet li jorbtu (deċiżjonijiet ta’ terzi li jorbtu) jingħataw minn bordijiet ta’ l-ilmenti tal-Kerrejja fil-każ ta’ tilwiment dwar l-Att dwar il-kiri tad-djar tal-gvern (eż., dwar manutenzjoni, ħlas għat-tisħin u l-elettriku, rifużjonijiet).

Il-Fondazzjoni għall-Bordijiet ta’ l-Ilmenti tal-Konsumaturi (SGC) hija skema nnotifikata ta’ qafas ġenerali, b’ambitu nazzjonali u b’responsabbiltà li twaqqaf u żżomm 30 bord ta’ l-ilmenti settorjali li jaġixxu taħt l-umbrella tagħha. Il-bordijiet ta’ l-ilmenti jilħqu deċiżjonijiet li jorbtu (deċiżjoni ta’ terza persuna li torbot) liż-żewġ partijiet. Il-bażi għall-kompetenza ta’ Bord ta’ l-Ilmenti hija t-termini u l-kondizzjonijiet tal-provvista wżati mill-membri ta’ l-assoċjazzjonijiet tal-kummerċ li jipparteċipaw fil-Bord ta’ l-Ilmenti. Dawn it-termini u kondizzjonijiet jinkludu l-istipulazzjoni li l-konsumaturi jistgħu jissottomettu tilwima ma’ fornitur lil Bord tat-Tilwimiet minflok lil Qorti Ordinarja.

FuqFuq

2. Qabel ma jmorru l-Qorti l-partijiet jistgħu dejjem jagħżlu li jipprovaw jilħqu soluzzjoni għall-kunflitt huma stess. Dan huwa possibbli wkoll bl-għajnuna ta’ medjatur li jopera bħala faċilitatur indipendenti. Il-medjazzjoni kummerċjali hija possibbli fi kważi kull kunflitt barra mill-ambitu tas-sistema penali.

Mill-1 ta’ April 2005 il-faċilitajiet tar-riferiment għall-medjazzjoni huma introdotti fil-Qrati kollha u fuq il-bankijiet tas-servizzi legali (primarjament aċċessibbli għal persuni bi dħul aktar baxx). Il-partijiet jistgħu biss jipparteċipaw fuq bażi volontarja.

Dan huwa biss f’każijiet amministrattivi u ċivili speċifiċi (inkluża l-medjazzjoni tal-familja).

L-Ombudsmen privati u l-bordijiet ta’ l-ilmenti jittrattaw l-ilmenti biss fl-oqsma rispettivi tagħhom.

B’mod ġenerali, hemm biss żewġ kategoriji importanti ta’ tilwimiet li ma jistgħux jiġu ttrattati minn Bord ta’ l-Ilmenti:

  • tilwimiet dwar nuqqas ta’ ħlas ta’ fattura li mhumiex ibbażati fuq ilment sostantiv;
  • tilwimiet relatati ma’ mewt, offiża fiżika jew mard.

Ċertament il-Bordijiet ta’ l-Ilmenti ma jistgħux jittrattaw kwistjonijiet li diġà ġew sottomessi lil qorti ordinarja.

3. Huwa obbligatorju li wieħed jirrikorri għal dan it-tip ta’ ADR skond il-liġi jew taħt it-termini ta’ ordni tal-qorti?

Le. Mhuwiex obbligatorju skond il-liġi jew taħt it-termini ta’ ordni tal-qorti li wieħed jirrikorri għat-tipi ta’ ADR kif imsemmija hawn fuq. Madankollu l-partijiet jistgħu jaqblu bejniethom li jużaw l-arbitraġġ u b'hekk jeskludu l-azzjoni quddiem il-qorti.

FuqFuq

4. Dan it-tip ta’ ADR huwa rregolat mil-liġi?

L-arbitraġġ huwa rregolat mill-artikoli 1020-1076 tar-regoli Olandiżi tal-proċedura Ċivili (Wetboek van Burgerlijke Rechtsvordering) u t-Trattat Internazzjonali ta' New York.

Il-proċeduri l-oħrajn ekstra-ġudizzjarji m'għandhom ebda bażi legali speċifika. Madankollu, jekk bord ta' l-ilment jixtieq jiġi permess jiffunzjona taħt l-organizzazzjoni-umbrella għall-bordijiet ta' l-ilmenti tal-konsumaturi, il-bord ikollu jiġi rikonoxxut bħala tali mill-Ministru tal-Ġustizzja. Għall-għanijiet tar-rikonoxximent il-bord ikollu jilħaq xi kriterji li huma stabbiliti fir-regoli dwar ir-rikonoxximent mill-Ministeru tal-Ġustizzja.

Il-bażi legali għall-Ombudsman Nazzjonali huwa stabbilit fl-Att dwar l-Ombudsman Nazzjonali.

5. Jista’ jkun hemm klawżoli kuntrattwali li jistipulaw li kwalunkwe tilwima relatata mal-kuntratt tiġi sottomessa lill-ADR qabel kwalunkwe riferenza lill-qorti. Dawn il-klawżoli jorbtu liż-żewġ partijiet għal dan it-tip ta’ ADR?

Il-partijiet jistgħu jaqblu bejniethom biex jużaw l-arbitraġġ u b'hekk jeskludu r-rikors għall-qorti. L-imħallef mhuwiex kompetenti biex jittratta l-każ, fil-każ ta' ftehim ta' l-arbitraġġ skond l-artikolu 1022 (Wetboek van Burgelijke Rechtsvordering).

Kif jingħad hawn fuq il-bażi għall-kompetenza ta' Bord ta' l-Ilmenti hija t-termini u l-kondizzjonijiet tal-provvista wżati mill-membri ta' l-assoċjazzjonijiet li qed jieħdu sehem fil-Bord ta' l-Ilmenti. Dawn it-termini u kondizzjonijiet jinkludu stipulazzjoni li l-konsumaturi jistgħu jressqu tilwima ma' fornitur lil Bord ta' l-Ilmenti minflok lil qorti ordinarja. Dawn il-klawżoli jorbtu liż-żewġ partijiet għalkemm il-konsumatur għandu xahar biex jikkunsidra mill-ġdid jagħżilx li jmur il-qorti jew le.

FuqFuq

Il-medjazzjoni hija strument relattivament ġdid. Għad hemm ftit esperjenza bil-klawżoli tal-medjazzjoni. Madankollu, il-klawżoli tal-medjazzjoni ma jeskludux il-kompetenza ta' l-imħallef li jisma' l-każ.

6. Kif tiżgura li l-ADR li tirrikorri għalih igawdi mill-istess livell ta’ affidabbiltà li teħtieġ l-amministrazzjoni tal-ġustizzja? B’mod partikolari, kif tiżgura li n-negozjati jinżammu kunfidenzjali?

7. Huwa meħtieġ li jittieħed parir legali? X’inhuwa r-rwol ta’ l-avukat f’dan it-tip ta’ ADR?

Fil-proċeduri kollha ta’ l-ADR ir-rappreżentanza tal-partijiet minn avukat hija possibbli, iżda mhux neċessarja. Fl-arbitraġġ l-avukat għandu xi ftit jew wisq l-istess rwol bħal avukat fi proċedura ordinarja tal-qorti. Fi proċedura quddiem bord ta’ l-ilmenti tal-konsumatur ir-rappreżentanza minn avukat normalment ma jkollhiex kumpens għall-ispejjeż. Il-partijiet jistgħu jkunu rappreżentati f’medjazzjoni. Għad hemm diskussjoni dwar ir-rwol ta’ l-avukat fil-medjazzjoni.

8. Jista' dan it-tip ta’ ADR jitwettaq mill-bogħod, b’mod partikolari b’mezzi elettroniċi?

Dan jista’ jkun possibbli f’xi oqsma, iżda dawn il-metodi ma jintużawx fuq skala akbar.

9. Dan it-tip ta’ ADR huwa mingħajr ħlas? Jekk le, kif jitqassmu l-ispejjeż? Huwa possibbli li jkun hemm għajnuna legali? (Ara t-tema “l-għajnuna legali”)

L-ispejjeż ta' proċedura ta' l-arbitraġġ ivarjaw skond il-Bord ta' l-Arbitraġġ. Huwa diffiċli li tingħata stima ta' l-ispejjeż minn qabel.

FuqFuq

L-Istitut ta' l-Arbitraġġ ta' l-Olanda (NAI - Netherands Arbitration Institute) huwa wieħed mill-fornituri ewlenin.

L-istima tagħhom ta' l-ispejjeż totali ta' arbitraġġ hija komposta minn dawn l-l-elementi. Il-proċeduri ta' l-Ombudsman huma mingħajr ħlas.

Il-Bordijiet ta' l-Ilmenti jeħtieġu kontribuzzjonijiet fissi li jvarjaw minn € 27 sa € 113 skond l-ammont fuq il-fattura għall-prodott jew is-servizz in kwistjoni. Dan jinkludi l-ispejjeż ta' kwalunkwe rapport ta' l-esperti meħtieġa. Jekk Bord ta' l-Ilmenti jagħti r-raġun lill-konsumatur, il-kontribuzzjoni għandha titħallas lura mill-fornitur ikkonċernat.

Il-punt tal-bidu huwa l-fatt li l-partijiet għandhom iħallsu l-ispejjeż tal-medjazzjoni huma stess. Eċċezzjoni waħda għal din ir-regola hija l-kontribuzzjoni għall-ispejjeż tal-medjazzjoni għal persuni ta' mezzi limitati (ara aktar it-tema “l-għajnuna legali”). Barra minn dan, biex il-partijiet jitħeġġu biex jieħdu s-suġġeriment tal-Qorti ta' medjazzjoni, hija disponibbli kontribuzzjoni finanzjarja (limitata) ta' € 200 għal kull każ li jinvolvi l-medjazzjoni matul perjodu ta' bidu speċifiku. Dan huwa ammont fiss għal kull medjazzjoni li jitħallas direttament lill-medjatur, irrispettivament mill-kapaċità finanzjarja tal-partijiet.

10. Jekk tirrikorri għal dan it-tip ta’ ADR, iżda ma jirnexxilekx issolvi t-tilwima, tibqa’ l-possibbilta' li l-każ jiġi mressaq quddiem qorti? Ir-rikors għal dan it-tip ta’ ADR għandu influwenza fuq il-perjodu ta’ limitazzjoni biex wieħed jirreferi għall-qorti?

Il-Bordijiet ta’ l-Ilmenti jilħqu deċiżjonijiet li jorbtu liż-żewġ partijiet. Mhuwiex possibbli li jitressaq appell minn deċiżjoni tal-Bord ta’ l-Ilmenti. L-uniku mod biex id-deċiżjoni tiġi mistħarrġa huwa li tiġi sottomessa lil qorti ordinarja fi żmien xahrejn wara li tintbagħat. Iżda imħallef jista’ jistħarreġ d-deċiżjoni marġinalment biss, kif provdut fl-artikolu 904, ktieb 7 tal-Kodiċi Ċivili Olandiż. Dan ifisser li mħallef jiddikjara d-deċiżjoni li torbot bħala nulla u mingħajr effett biss jekk id-deċiżjoni, skond standards raġonevoli u ekwi, mhijiex aċċettabbli minħabba l-kontenut tagħha jew il-mod kif intlaħqet taħt ċirkostanzi definiti. Dan ifisser li deċiżjoni minn Bord ta’ l-Ilmenti tiġi miċħuda mill-qrati biss jekk il-Bord ta’ l-Ilmenti jkun injora l-prinċipji fundamentali tal-liġi proċedurali, bħad-dritt taż-żewġ partijiet li jinstemgħu.

FuqFuq

Fil-Kodiċi Ċivili Olandiż hemm dispożizzjoni li tinterrompi l-perjodu ta’ limitazzjoni ta’ ilment meta tinbeda proċedura sabiex jinkiseb parir li jorbot (l-art. 3:316 par. 3 BW, Kodiċi Ċivili).

Jekk il-partijiet ma jirnexxilhomx jilħqu soluzzjoni bonarja permezz tal-medjazzjoni, xorta jistgħu jirreferu l-każ tagħhom quddiem qorti. Il-medjazzjoni ma tinfluwenzax il-perjodi tal-limitazzjoni bil-mod li l-perjodu ta’ limitazzjoni tat-talba li hija s-soġġett tal-medjazzjoni huwa sospiż mill-mument li tinbeda l-medjazzjoni.

11. Jekk tirrikorri għal dan it-tip ta’ ADR, u jirnexxielek issolvi t-tilwima, liema forma jieħu l-ftehim? X’jiġri jekk il-ftehim mhuwiex infurzat b’mod spontanju? Jistgħu jintużaw il-proċeduri normali ta’ l-infurzar? Ikun għadu possibbli li l-kwistjoni tiġi mressqa quddiem qorti?

Proċedura ta’ l-arbitraġġ tirriżulta f’deċiżjoni li torbot liż-żewġ partijiet. Ir-riżultat ta’ proċedura huwa infurzabbli b’mod simili bħal sentenza taħt il-liġi nazzjonali. Deċiżjoni arbitrali tista’ tiġi ddikjarata infurzabbli permezz ta’ l-infurzar mogħti mill-President tal-Qorti tad-Distrett. Dan jagħti lid-deċiżjoni ta’ l-arbitraġġ l-istess saħħa bħal deċiżjoni tal-qorti.

Il-Bordijiet ta’ l-Ilmenti jilħqu deċiżjonijiet li jorbtu liż-żewġ partijiet. Mhuwiex possibbli li jsir appell minn deċiżjoni tal-Bord ta’ l-Ilmenti. L-uniku mod biex tiġi kkontestata deċiżjoni hija li tiġi sottomessa lil qorti ordinarja fi żmien xahrejn wara li tkun intbagħtet. Iżda imħallef jista’ jirrevoka d-deċiżjoni marġinalment biss, kif provdut fl-artikolu 904, ktieb 7 tal-Kodiċi Ċivili Olandiż. Dan ifisser li mħallef jiddikjara d-deċiżjoni li torbot bħala nulla u mingħajr effett biss jekk id-deċiżjoni, skond standards raġonevoli u ekwi, mhijiex aċċettabbli minħabba l-kontenut tagħha jew il-mod kif intlaħqet taħt ċirkostanzi definiti. Dan ifisser li deċiżjoni minn Bord ta’ l-Ilmenti tiġi miċħuda mill-qrati biss jekk il-Bord ta’ l-Ilmenti jkun injora l-prinċipji fundamentali tal-liġi proċedurali, bħad-dritt taż-żewġ partijiet li jinstemgħu.

FuqFuq

Jekk fornitur ma jħarisx deċiżjoni li torbot, l-assoċjazzjoni kummerċjali tiggarantixxi li l-membri tagħha jaġixxu skond id-deċiżjoni li torbot. Din il-garanzija timplika li assoċjazzjoni kummerċjali tieħu l-kontroll ta’ l-obbligu li l-Bord ta’ l-Ilmenti jimponi fuq wieħed mill-membri tagħha kull meta l-membru in kwistjoni ma jħarisx l-obbligazzjoni volontarjament, jew ma jissottomettix id-deċiżjoni li torbot għall-istħarriġ quddiem qorti ordinarja fi żmien xahrejn wara li tkun intbagħtet. Din il-garanzija tal-konformità tiżgura l-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet meħuda mill-Bord ta’ l-Ilmenti.

12. Kif imsemmi hawn fuq id-deċiżjonijiet ta’ l-Ombudsman ma jorbtux.

Ftehim milħuq wara l-proċess tal-medjazzjoni m’għandux l-awtorità ta’ deċiżjoni finali. Jikkostitwixxi ftehim taħt it-termini ta’ l-art. 7:900 tal-Kodiċi Ċivili Olandiż (BW).

Fl-Olanda l-partijiet jistgħu faċilment ikollhom il-ftehim tagħhom ikkonfermat f’att notarili. Dan jagħmel il-ftehim infurzabbli b’mod simili għal sentenza taħt il-liġi nazzjonali. Jekk il-ftehim tal-medjazzjoni huwa r-riżultat ta’ riferenza mill-imħallef għall-medjazzjoni, il-ftehim ta' riżolviment jista’ jiġi kkonfermat f’sentenza tal-Qorti.

Peress li riżolviment ekstra-ġudizzjarju ta’ tilwima huwa alternattiva għall-kunsiderazzjoni mill-qorti bil-mod normali, id-deċiżjonijiet ma jistgħux jiġu appellati quddiem qorti. Iżda huwa possibbli kemm matul kif ukoll wara riżolviment alternattiv ta’ tilwima li tissottometti l-istess kawża quddiem qorti ġenerali.

Aktar tagħrif

Fl-2003 l-esperimenti bir-riferenza għall-medjazzjoni f'bosta Qrati fil-pajjiż kollha u fis-sistema ta' l-għajnuna legali ġew evalwati. Tista' ssib ir-rapport ta' l-evalwazzjoni (bl-Olandiż) taħt: http://www.wodc.nl/images/OB210_tcm11-5208.pdf Nederlands

Taqsira bl-Ingliż: http://www.wodc.nl/images/OB210_sum_tcm11-5218.pdf English

Saru bosta riċerki dwar ir-riżolviment alternattiv ta' tilwimiet. Il-Ministeru tal-Ġustizzja - fost l-oħrajn - beda dawn li ġejjin:

  • L-arbitraġġ u d-deċiżjoni ta' terza persuna li torbot (parir li jorbot) fl-Olanda: Nederlands PDF File (PDF File 475 KB)
  • Toroq għall-Ġustizzja fl-Olanda: http://www.wodc.nl/images/obl219_tot_tcm11-5419.pdf Nederlands
  • Taqsira bl-Ingliż: http://www.wodc.nl/images/obl219_sum_tcm11-5431.pdf English

Barra minn dan, dan l-aħħar iċ-Ċentru Kummerċjali ta' l-ADR għamel pubblikazzjoni dwar l-ADR f'tilwimiet bejn in-negozji u f'tilwimiet tax-xogħol:

  • Riċerka dwar l-immaniġġjar tal-kunflitt u l-medjazzjoni fl-intrapriżi Olandiżi: Nederlands PDF File (PDF File 68 KB)

« Meżżi alternattivi għal riżoluzzjoni ta’ kwistjoni - Informazzjoni Ġenerali | Olanda - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 13-02-2008

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit