Kummissjoni Ewropea > NGE > Meżżi alternattivi għal riżoluzzjoni ta’ kwistjoni > Italja

L-aħħar aġġornament: 12-02-2008
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Meżżi alternattivi għal riżoluzzjoni ta’ kwistjoni - Italja

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. L-aġġornament qed jitħejja bħalissa u jkun disponibbli fil-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


Tista' ssib ħarsa ġenerali tal-forom alternattivi ta' riżoluzzzjoni ta' tilwim fuq il-paġna tal-web ta' l-ADR - Informazzjoni Ġenerali.

It-tipi varji ta' ADR fl-Italja huma:

Il-leġiżlazzjoni Taljana tipprovdi għal tipi varji ta' ADR. B'mod ġenerali jistgħu jiġu deskritti kif ġej:

  1. is-soluzzjonijiet amikevoli, kif ipprovdut fl-Artikolu 1965 tal-Kodiċi Ċivili;
  2. il-medjazzjoni: il-partijiet iduru għal parti terza indipendenti biex isolvu t-tilwima tagħhom u jilħqu ftehim;
  3. il-konċiljazzjoni ġudizzjarja jew ekstra-ġudizzjarja (kif ipprovdut fl-Artikoli 183, 320 u 322 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili);
  4. l-arbitraġġ bħala mezz alternattiv ta' riżoluzzjoni ta' tilwim għad-deċiżjoni tal-qorti, kif ipprovdut fl-Artikolu 806 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili.

Forom ta' konċiljazzjoni mhux kontradittorji jistgħu jieħdu forma aktar volontarja, li mhijiex regolata mill-Istat. Eżempji ta' dan huma l-kunsilli ta' konċiljazzjoni u ta' l-arbitraġġ tat-Telecom Italia u l-ombudsman tas-servizzi bankarji.

Forom mhux kontradittorji oħra ta' konċiljazzjoni pprovduti minn liġijiet speċjali huma:

  • l-Att Nru 108 tal-11 ta' Mejju 1990 li jipprovdi għall-konċiljazzjoni ekstra-ġudizzjarja fi kwistjonijiet tal-liġi tax-xogħol (kollettiva u amministrattiva) bħala kondizzjoni għall-bidu ta' proċedimenti legali f'każijiet li jinvolvu t-tkeċċija;
  • l-Att Nru 580 tad-29 ta' Diċembru 1993 fuq it-twaqqif ta' bordijiet ta' l-arbitraġġ u tal-konċiljazzjoni magħquda mal-Kmamar tal-Kummerċ;
  • l-Att Nru 192 tat-18 ta' Ġunju 1998 dwar il-konċiljazzjoni u l-arbitraġġ għat-tilwim dwar is-subprovvista fl-industrija;
  • l-Att Nru 320 tat-2 ta' Marzu 1963 li jipprovdi għall-konċiljazzjoni obbligatorja qabel il-bidu ta' proċedimenti fi kwistjonijiet ta' l-agrikoltura.

Il-forom ta' konċiljazzjoni ġudizzjarja huma:

  • L-Artikolu 185 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili Taljan: tipprovdi għal tentattiv fakultattiv ta' konċiljazzjoni li jista' jiġi mġedded matul il-proċeduri ġudizzjarji (jista' jiġi ppruvat mill-imħallef fl-ewwel dehra tal-partijiet fil-qorti "meta n-natura tal-każ tkun tippermetti", l-Artikolu 183 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili). Meta jkun qiegħed ifittex li jirrikonċilja l-partijiet l-imħallef m'għandux jisfurzahom jew jaġixxi skond l-opinjoni tiegħu jew tagħha tal-każ imma għandu sempliċement jinvestiga u jispjega l-possibbiltà li jintlaħaq ftehim mingħajr ma jieħu rwol attiv (sabiex jissalvagwardja l-pożizzjoni tiegħu jew tagħha bħala parti terza imparzjali). Jekk jintlaħaq ftehim, il-partijiet jiffirmaw rapport ta' konċiljazzjoni quddiem l-imħallef. Dan ir-rapport jikkostitwixxi ordni infurzabbli; il-każ jiġi mbagħad imħassar mil-lista tal-każijiet tal-qorti.
  • L-Artikolu 420 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili: imħallef tal-qorti industrijali jista' dejjem jipprova l-konċiljazzjoni bejn il-partijiet matul il-proċeduri, irrispettivament minn jekk id-dritt in kwistjoni huwiex trasferibbli jew le.
  • L-Artikolu 447(a) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili: hemm provvediment għal tentattiv ta' konċiljazzjoni fit-tilwim tal-kera.
  • L-Att Nru 320 tal-1963: hemm provvediment għal tentattiv ta' konċiljazzjoni fit-tilwim ta' l-agrikoltura.
  • L-Artikoli 707 u 708 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili: f'każijiet ta' separazzjoni legali tal-miżżewġin il-President tal-Qorti huwa mitlub li jipprova l-konċiljazzjoni bejn il-partijiet.
  • L-Att Nru 1766 tal-1927: hemm provvediment għal tentattiv ta' konċiljazzjoni f'każijiet li jinvolvu l-liġi konswetudinali.
  • L-Att Nru 17775 tal-1993: hemm provvediment għal tentattiv ta' konċiljazzjoni f'każijiet li jinvolvu l-ilmijiet pubbliċi.

Il-forom ta' konċiljazzjoni deskritti aktar 'il fuq huma applikabbli għas-soluzzjoni ta' tilwim fis-sitwazzjonijiet kollha msemmija.

Għall-forom ta' konċiljazzjoni mhux kontradittorji s-servizzi ta' avukat huma fakultattivi u mhux obbligatorji, l-ispejjeż huma baxxi u m'hemmx għajnuna legali, u kull ftehim jista' jiġi eżegwit immedjatament.

Fil-forom ta' konċiljazzjoni mhux kontradittorji, madankollu, huwa meħtieġ avukat u jekk il-parti tikseb l-għajnuna legali għall-proċediment fil-qorti din tingħata wkoll għall-proċess ta' konċiljazzjoni.

Il-korpi ta' konċiljazzjoni ġeneralment jistgħu jiġu fdati wkoll li josservaw il-kunfidenzjalità, prinċipju li jorbothom taħt il-liġi Taljana dwar il-protezzjoni tal-privatezza.

Il-partijiet jistgħu jipprovdu f'kuntratt li jagħmlu għar-rikors għall-konċiljazzjoni qabel ma jduru lejn il-qrati.

Dawn it-tip ta' klawżoli ma jistgħux, madankollu, jipprekludu r-rikors għall-qrati ordinarji.

Il-ftehim li bih il-partijiet isolvu t-tilwima tagħhom wara konċiljazzjoni jorbothom. Jekk jinkiser b'mod volontarju, jista' jiġi infurzat.

« Meżżi alternattivi għal riżoluzzjoni ta’ kwistjoni - Informazzjoni Ġenerali | Italja - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 12-02-2008

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit