Kummissjoni Ewropea > NGE > Meżżi alternattivi għal riżoluzzjoni ta’ kwistjoni > Liġi Internazzjonali

L-aħħar aġġornament: 18-07-2007
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Meżżi alternattivi għal riżoluzzjoni ta’ kwistjoni - Liġi Internazzjonali

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. L-aġġornament qed jitħejja bħalissa u jkun disponibbli fil-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


Ir-rwol ta’ mezzi alternattivi tar-riżoluzzjoni ta’ tilwim ġie enfasizzat f’numru ta’ strumenti internazzjonali.

  • Fir-rigward ta’ proċeduri ta’ riżoluzzjoni ta’ tilwim minbarra l-arbitraġġ, m’hemm ebda strumenti mandatorji fid-dritt internazzjonali.

    Imma numru ta’ organizzazzjonijiet intergovernattivi qiegħdu l-promozzjoni ta’ dawn il-forom ta’ mezzi alternattivi ta’ riżoluzzjoni ta’ tilwim fuq il-programmi tagħhom, fl-ippjanar ta’ strumenti mhux mandatorji (soft law):

    Mezzi alternattivi tar-riżoluzzjoni ta’ tilwim in konnessjoni mal-kummerċ elettroniku joħorġu wkoll direttament jew indirettament fl-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp fl-Ewropa (OECD English - français) (Rakkomandazzjoni tal-Kunsill fuq Linji Gwida għall-Protezzjoni tal-Konsumatur fil-Kuntest tal-Kummerċ Elettroniku) u fit-trufijiet ta’ negozjati fil-Konferenza ta’ l-Aja dwar id-Dritt Internazzjonali Privat Internazzjonali għal abbozz tal-konvenzjoni internazzjonali dwar ir-rikonoxximent u l-infurzar ta’ deċiżjonijiet barranin.

    Rakkomandazzjonijiet li jikkonċernaw mezzi alternattivi tar-riżoluzzjoni ta’ tilwim fil-kummerċ elettroniku ħarġu wkoll minn varjetà ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali intergovernattivi bħad-Djalogu Globali tan-Negozju fuq il-kummerċ elettroniku (GBDe English), id-Djalogu Transatlantiku dwar in-Negozju (TABD English) u d-Djalogu Transatlantiku dwar il-Konsumatur (TACD English).

    FuqFuq

  • Huma diversi l-istrumenti internazzjonali relatati ma’ l-arbitraġġ.

    Il-Konferenza tan-NU adottat Konvenzjoni English - español - français fi New York fl-10 ta’ Gunju 1958 u din ġiet ratifikata minn iktar minn 120 stat. L-iskop tagħha hu li tiżgura r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ deċiżjonijiet arbitrali barranin fi kwistjonijiet kummerċjali.

    Fir-rigward tal-liġi sostantiva ta’ l-arbitraġġ fi kwistjonijiet kummerċjali, għandhom jitqiesu b'mod partikolari żewġ strumenti:

    • Il-Kummissjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għal-Liġi Internazzjonali tal-Kummerċ ipproponiet Liġi Mudell English - español - français biex isservi bħala referenza għall-abbozzar jew ir-reviżjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali fuq l-arbitraġġ.
    • Il-Konvenzjoni tal-Kunsill ta’ l-Ewropa ta’ l-1996 li tipprovdi Liġi Uniformi ta’ l-Arbitraġġ English - français.

Dokumenti ta’ referenza

  • Rakkomandazzjoni dwar il-medjazzjoni tal-familja (il-Kunsill ta’ l-Ewropa)
  • Rakkomandazzjoni dwar il-medjazzjoni ċivili (il-Kunsill ta’ l-Ewropa)
  • Liġi Mudell English - español - français dwar il-medjazzjoni kummerċjali (il-Kummissjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għal-Liġi Internazzjonali tal-Kummerċ)
  • Konvenzjoni Abbozz dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent ta’ deċiżjonijiet barranin (il-Konferenza ta’ The Hague dwar id-Dritt Internazzjonali Privat)
  • Konvenzjoni English - español - français għar-rikonoxximent u l-infurzar ta’ deċiżjonijiet arbitrali barranin (il-Konferenza tan-NU)
  • Liġi Mudell English - español - français UNCITRAL dwar l-arbitraġġ kummerċjali internazzjonali
  • Liġi Uniformi English - français dwar l-arbitraġġ (il-Kunsill ta’ l-Ewropa)

« Meżżi alternattivi għal riżoluzzjoni ta’ kwistjoni - Informazzjoni Ġenerali | Liġi Internazzjonali - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 18-07-2007

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit