Kummissjoni Ewropea > NGE > Meżżi alternattivi għal riżoluzzjoni ta’ kwistjoni > Ungerija

L-aħħar aġġornament: 21-02-2008
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Meżżi alternattivi għal riżoluzzjoni ta’ kwistjoni - Ungerija

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. L-aġġornament qed jitħejja bħalissa u jkun disponibbli fil-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


 

LISTA TAL- KONTENUT

Mistoqsija ġenerali l-ewwel: x’inhuma l-metodi varji ta’ riżoluzzjoni alternattiva tat-tilwim fl-Ungerija? Mistoqsija ġenerali l-ewwel: x’inhuma l-metodi varji ta’ riżoluzzjoni alternattiva tat-tilwim fl-Ungerija?
L-użu ta’ forma ta’ riżoluzzjoni alternattiva tat-tilwim (ADR) huwa stabbilit bil-liġi jew meħtieġ b’mod obbligatorju fuq bażi ta’ deċiżjoni tal-qorti? L-użu ta’ forma ta’ riżoluzzjoni alternattiva tat-tilwim (ADR) huwa stabbilit bil-liġi jew meħtieġ b’mod obbligatorju fuq bażi ta’ deċiżjoni tal-qorti?
Hemm regolamenti statutorji f’dan ir-rigward? Hemm regolamenti statutorji f’dan ir-rigward?
1. Il-proċedura ta’ l-arbitraġġ 1.
2. L-Att I ta’ l-2004 dwar l-Isport li jistabbilixxi l-Qorti ta’ l-Arbitraġġ Permanenti għall-Isport 2.
3. Il-medjazzjoni 3.
4. Il-medjazzjoni fil-kura tas-saħħa 4.
5. Il-medjazzjoni fil-kwistjonijiet ta’ protezzjoni tat-tfal 5.
6. Il-proċeduri korporattivi ta’ konċiljazzjoni 6.
X’tipi tat-tilwim huma adattati għar-riżoluzzjoni permezz ta’ l-ADR? X’tipi tat-tilwim huma adattati għar-riżoluzzjoni permezz ta’ l-ADR?
Hemm termini kuntrattwali relatati mat-twettiq ta’ kuntratt li l-ewwel jeħtieġu l-użu tal-proċeduri ta’ l-ADR meta jinqala’ t-tilwim. It-tilwima tista’ titressaq quddiem qorti biss wara li dawn il-proċeduri jkunu twettqu. Dawn it-termini jorbtu lill-partijiet? Hemm termini kuntrattwali relatati mat-twettiq ta’ kuntratt li l-ewwel jeħtieġu l-użu tal-proċeduri ta’ l-ADR meta jinqala’ t-tilwim. It-tilwima tista’ titressaq quddiem qorti biss wara li dawn il-proċeduri jkunu twettqu. Dawn it-termini jorbtu lill-partijiet?
Jekk il-proċeduri ta’ l-ADR jintużaw, kif jistgħu l-garanziji komparabbli ma’ dawk tal-qrati jiġu żgurati? B’mod partikolari, kif tista’ tiġi garantita l-kunfidenzjalità tan-negozjati? Jekk il-proċeduri ta’ l-ADR jintużaw, kif jistgħu l-garanziji komparabbli ma’ dawk tal-qrati jiġu żgurati? B’mod partikolari, kif tista’ tiġi garantita l-kunfidenzjalità tan-negozjati?
Huwa neċessarju li jinkiseb parir legali? Xi rwol għandhom l-avukati fil-proċeduri ta’ l-ADR? Huwa neċessarju li jinkiseb parir legali? Xi rwol għandhom l-avukati fil-proċeduri ta’ l-ADR?
Huwa possibbli li titwettaq riżoluzzjoni alternattiva tat-tilwim permezz ta’ proċeduri mill-“bogħod”? (B’mod partikolari, huwa possibbli li jintużaw mezzi elettroniċi?) Huwa possibbli li titwettaq riżoluzzjoni alternattiva tat-tilwim permezz ta’ proċeduri mill-“bogħod”? (B’mod partikolari, huwa possibbli li jintużaw mezzi elettroniċi?)
Hemm tariffi għall-proċeduri ta’ l-ADR? Jekk iva, kif inhuma distribwiti l-ispejjeż? Hemm provvediment għall-għajnuna legali? Hemm tariffi għall-proċeduri ta’ l-ADR? Jekk iva, kif inhuma distribwiti l-ispejjeż? Hemm provvediment għall-għajnuna legali?
Jekk it-tentattiv barra mill-qorti biex tiġi riżolta t-tilwima jkun falla, huwa possibbli li jitressaq il-każ quddiem il-qorti? Dan jeffettwa l-limitazzjonijiet statutorji fil-proċeduri ġudizzjarji? Jekk it-tentattiv barra mill-qorti biex tiġi riżolta t-tilwima jkun falla, huwa possibbli li jitressaq il-każ quddiem il-qorti? Dan jeffettwa l-limitazzjonijiet statutorji fil-proċeduri ġudizzjarji?
Jekk ikun hemm ftehim reċiproku bejn il-partijiet bħala riżultat tal-proċeduri ta’ l-ADR, kif jitpoġġa fis-seħħ dan? X’jiġri jekk is-soluzzjoni milħuqa ma titpoġġiex fil-prattika immedjatament? Jistgħu jiġu applikati l-proċeduri ta’ infurzar normali? Ikun għadu possibbli li jitressaq il-każ quddiem il-qorti? Jekk ikun hemm ftehim reċiproku bejn il-partijiet bħala riżultat tal-proċeduri ta’ l-ADR, kif jitpoġġa fis-seħħ dan? X’jiġri jekk is-soluzzjoni milħuqa ma titpoġġiex fil-prattika immedjatament? Jistgħu jiġu applikati l-proċeduri ta’ infurzar normali? Ikun għadu possibbli li jitressaq il-każ quddiem il-qorti?

 

Mistoqsija ġenerali l-ewwel: x’inhuma l-metodi varji ta’ riżoluzzjoni alternattiva tat-tilwim fl-Ungerija?

Is-sistema legali ta’ l-Ungerija tipprovdi għat-tipi l-aktar magħrufa ta’ riżoluzzjoni alternattiva tat-tilwim (ADR), biex b’hekk il-partijiet jistgħu jippruvaw isolvu t-tilwim permezz ta’ l-arbitraġġ jew il-medjazzjoni minflok ma jmorru l-qorti.

L-użu ta’ forma ta’ riżoluzzjoni alternattiva tat-tilwim (ADR) huwa stabbilit bil-liġi jew meħtieġ b’mod obbligatorju fuq bażi ta’ deċiżjoni tal-qorti?

Il-liġi kif tinsab illum ma tobbligax lill-partijiet li jużaw mekkaniżmi ta’ riżoluzzjoni alternattiva tat-tilwim biex isolvu t-tilwim.

Hemm regolamenti statutorji f’dan ir-rigward?

Fis-sistema legali Ungeriża, ir-regolamenti legali fuq livelli differenti – prinċipalment Atti tal-Parlament – jirregolaw ir-riżoluzzjoni alternattiva tat-tilwim. Huma deskritti aktar 'l isfel.

1. Il-proċedura ta’ l-arbitraġġ

Taħt l-Att LXXI ta’ l-1994 dwar l-Arbitraġġ, il-proċedura ta’ l-arbitraġġ tista’ tintuża minflok proċeduri ġudizzjarji jekk (a) mill-inqas wieħed mill-partijiet ikun persuna impenjata professjonalment f’attivitajiet ekonomiċi li għalihom għandha x’taqsam it-tilwima legali (jekk dan ma jkunx il-każ, jista’ wkoll jintgħażel arbitraġġ ad hoc jew permanenti jekk ikun permess mil-liġi); (b) jekk il-partijiet jistgħu jiddeċiedu liberament fuq is-suġġett tal-proċedura; u (c) jekk il-proċeduri ta’ l-arbitraġġ ikunu ġew previsti mill-partijiet f’kuntratt bil-miktub ta’ l-arbitraġġ. Il-liġi tista’ teskludi r-riżoluzzjoni tat-tilwim legali permezz ta’ l-arbitraġġ, u f’ċerti tipi ta’ kawżi ċivili l-arbitraġġ ma jistax jintuża.

FuqFuq

L-arbitri għandhom ikunu indipendenti u imparzjali; ma jistgħux ikunu rappreżentanti tal-partijiet. L-arbitri ma jistgħux jaċċettaw ordnijiet matul il-proċeduri u għandhom iżommu kunfidenzjalità sħiħa fir-rigward tal-fatti li jiġu mgħarrfa lilhom, anke wara li l-proċeduri jkunu spiċċaw. Fil-każ tal-qorti ta’ l-arbitraġġ permanenti, l-arbitri għandhom jiddikjaraw dan kollu bil-miktub hekk kif jiġu eletti/maħtura.

Sakemm ma jiġix ipprovdut mod ieħor mil-liġi, il-qorti permanenti ta’ l-arbitraġġ annessa mal-Kamra tal-Kummerċ u ta’ l-Industrija Ungeriża (ibbażata f’1055 Budapest, Kossuth tér 6-8) taġixxi bħala l-qorti ta’ l-arbitraġġ permanenti fil-każijiet internazzjonali.

2. L-Att I ta’ l-2004 dwar l-Isport li jistabbilixxi l-Qorti ta’ l-Arbitraġġ Permanenti għall-Isport

F’ċerti każijiet relatati ma’ l-isport u jekk il-partijiet jitolbu hekk, il-Qorti ta’ l-Arbitraġġ Permanenti għall-Isport tistinka biex iġġib ftehim. Il-każijiet ikkonċernati huma primarjament tilwim legali bejn l-assoċjazzjonijiet ta’ l-isport u l-membri tagħhom, tilwim bejn membri ta’ assoċjazzjoni ta’ l-isport dwar attivitajiet relatati ma’ l-assoċjazzjoni ta’ l-isport tagħhom, u tilwim bejn assoċjazzjonijiet/organizzazzjonijiet jew in-nies ta’ l-isport u esperti ta’ l-isport. Il-Qorti ta’ l-Arbitraġġ Permanenti għall-Isport topera taħt l-awtorità ta’ l-Assoċjazzjoni Nazzjonali ta’ l-Isport. Il-Presidju jagħżel lill-President tagħha u mill-inqas 15-il membru għal perjodu ta’ erba’ snin minn fost avukati bi kwalifikazzjonijiet legali speċjali u mill-inqas ħames snin ta’ prattika legali fil-qasam ta’ l-isport. Il-Presidju jagħżel żewġ membri tal-Qorti ta’ l-Arbitraġġ Permanenti ta’ l-Isport fuq rakkomandazzjoni tal-Kumitat Olimpiku Ungeriż.

FuqFuq

Bl-eċċezzjonijiet ipprovduti mil-liġi, id-dispożizzjonijiet ta’ l-Att LXXI ta’ l-1994 dwar l-Arbitraġġ japplika għall-proċedura segwita mill-Qorti ta’ l-Arbitraġġ Permanenti għall-Isport.

3. Il-medjazzjoni

Taħt l-Att LV ta' l-2002 dwar il-Medjazzjoni, il-partijiet (persuni naturali, persuni legali, entijiet kummerċjali mingħajr personalità legali, organizzazzjonijiet oħra) f'tilwima ċivili marbuta mad-drittijiet personali u patrimonjali tagħhom jistgħu, jekk jiftiehmu u jekk il-liġi ma tillimitax id-dritt tagħhom li jiddisponu, li jużaw proċedura ta' medjazzjoni biex ifittxu riżoluzzjoni. Huma jistgħu jibdew din it-tip ta' proċedura billi jfittxu s-servizzi ta' medjatur. L-Att jispeċifika l-firxa ta' kawżi legali ċivili li fihom m'hijiex possibbli l-medjazzjoni u fejn id-dispożizzjonijiet tiegħu ma jistgħux japplikaw għall-proċeduri ta' medjazzjoni u konċiljazzjoni regolati minn atti oħra jew għall-medjazzjoni fi proċeduri ta' l-arbitraġġ. Il-Ministeru tal-Ġustizzja jippubblika r-reġistru tal-medjaturi fuq is-sit web tiegħu: www.im.hu Deutsch - English - français - magyar.

FuqFuq

4. Il-medjazzjoni fil-kura tas-saħħa

Taħt l-Att CXVI ta’ l-2000 dwar il-Medjazzjoni fil-Kura tas-Saħħa, proċedura ta’ medjazzjoni tista’ tintuża biex tinkiseb ir-riżoluzzjoni tat-tilwim legali barra l-qorti dwar il-forniment ta’ servizz minn fornituri tal-kura tas-saħħa lill-pazjenti u biex jiġi żgurat l-infurzar rapidu u effettiv tad-drittijiet tal-partijiet. Il-partijiet għandhom jissottomettu t-talba għall-medjazzjoni tagħhom lill-kamra reġjonali ta’ l-esperti ġudizzjarji li tkun l-eqreb għad-dar tal-pazjent jew għall-post fejn is-servizzi tal-kura tas-saħħa kkonċernati huma forniti. Il-fornitur tal-kura tas-saħħa għandu jagħmel pubbliku r-reġistru tal-kmamar reġjonali ta’ l-esperti ġudizzjarji b’mod aċċessibbli. Ir-reġistru tal-medjaturi tal-kura tas-saħħa huwa miżmum mill-Kamra Ungeriża ta’ l-Esperti Ġudizzjarji (1027 Budapest, Bem rakpart 33-34., I. 122.).

5. Il-medjazzjoni fil-kwistjonijiet ta’ protezzjoni tat-tfal

Taħt l-emenda ta’ l-2003 għad-Digriet Nru. 149/1997 (IX. 10.) Korm. dwar l-aġenziji tal-benessri tat-tfal, il-protezzjoni tat-tfal u l-amministrazzjoni tal-benessri tat-tfal, il-medjazzjoni fi kwistjonijiet ta’ protezzjoni tat-tfal ġiet introdotta mill-1 ta’ Jannar 2005 f’każijiet fejn il-ġenituri jew persuni oħra awtorizzati li jkollhom relazzjonijiet ma jkunux jistgħu jiftiehmu fuq il-mod jew il-ħin ta’ kuntatt. Il-medjazzjoni fi kwistjonijiet ta’ protezzjoni tat-tfal tista’ tiġi mibdija fuq il-bażi ta’ applikazzjoni konġunta mill-partijiet lil medjatur tal-protezzjoni tat-tfal. Ir-reġistru ta’ medjaturi tal-protezzjoni tat-tfal huwa miżmum mill-Istitut Nazzjonali tal-Politika tal-Familja u tal-Politika Soċjali. Ir-reġistru jista’ jiġi spezzjonat fil-bini uffiċjali tal-Qorti tal-Gwardjani u tas-servizzi tal-benessri tat-tfal.

FuqFuq

6. Il-proċeduri korporattivi ta’ konċiljazzjoni

  1. Is-Servizz tal-Medjazzjoni u ta' l-Arbitraġġ dwar ix-Xogħol stabbilit taħt l-Att XXII ta' l-1992 dwar il-Kodiċi tax-Xogħol iservi primarjament biex jirriżolvi tilwim kollettiv relatat max-xogħol. Dan il-korp iwettaq tliet attivitajiet: konċiljazzjoni, medjazzjoni u arbitraġġ. Is-servizzi ta' medjazzjoni tal-korp jistgħu jintużaw ukoll biex jiġi riżolt tilwim privat dwar ix-xogħol, imma l-liġi ma tobbligax lill-partijiet ikkonċernati li jagħmlu dan.
  2. Biex jiġu infurzati d-drittijiet tal-konsumaturi, l-Att CLV ta' l-1997 dwar il-Protezzjoni tal-Konsumaturi stabbilixxa korpi ta' konċiljazzjoni annessi mal-kmamar ekonomiċi reġjonali. Il-korpi ta' konċiljazzjoni jittrattaw primarjament is-soluzzjoni barra mill-qorti tat-tilwim tal-konsumaturi relatati ma' l-applikazzjoni tar-regoli dwar il-kwalità u s-sigurtà ta' oġġetti u servizzi u r-responsabbiltà għall-prodott, u mal-konklużjoni u l-implimentazzjoni tal-kuntratti. L-għan tal-proċedura tal-Korp ta' Konċiljazzjoni huwa li ssolvi tilwim bejn il-konsumaturi u l-intrapriżi bi ftehim, u fin-nuqqas ta' dan li tieħu deċiżjoni fl-interessi ta' l-infurzar tad-drittijiet tal-konsumaturi malajr, b'mod effettiv u b'mod sempliċi. Il-korpi m'għandhomx ġuriżdizzjoni f'tilwim li għalih il-liġi tistabbilixxi l-kompetenza ta' xi awtorità oħra. Il-proċeduri ta' konċiljazzjoni huma mibdija fuq talba tal-konsumatur jew, f'każ ta' aktar minn konsumatur wieħed u bl-awtorizzazzjoni ta' dawk ikkonċernati, ta' l-organizzazzjoni ċivili li tirrapreżenta l-interessi tal-konsumaturi.

X’tipi tat-tilwim huma adattati għar-riżoluzzjoni permezz ta’ l-ADR?

L-ADR jista’ jiġu użat f’tilwim ċivili u kummerċjali fejn l-użu tiegħu ma jkunx ristrett minn xi regolament legali.

FuqFuq

Hemm termini kuntrattwali relatati mat-twettiq ta’ kuntratt li l-ewwel jeħtieġu l-użu tal-proċeduri ta’ l-ADR meta jinqala’ t-tilwim. It-tilwima tista’ titressaq quddiem qorti biss wara li dawn il-proċeduri jkunu twettqu. Dawn it-termini jorbtu lill-partijiet?

Fil-każijiet ċivili u kummerċjali, il-kuntratti bejn il-partijiet jistgħu jistipulaw li l-arbitraġġ għandu jiġu użat minflok il-proċeduri ġudizzjarji biex jissolva tilwim relatat ma’ termini u kondizzjonijiet kuntrattwali. Jekk din it-tip ta’ klawżola tkun qiegħda fil-kuntratt, hija tkun torbot lill-partijiet.

Jekk il-proċeduri ta’ l-ADR jintużaw, kif jistgħu l-garanziji komparabbli ma’ dawk tal-qrati jiġu żgurati? B’mod partikolari, kif tista’ tiġi garantita l-kunfidenzjalità tan-negozjati?

Il-proċeduri ta’ l-ADR deskritti huma regolati minn strumenti legali ta’ livell għoli, atti parlamentari u digrieti tal-gvern li fihom dispożizzjonijiet stretti dwar is-sistema ta’ proċeduri u l-ħtieġa ta’ kunfidenzjalità. Dawn id-dispożizzjonijiet jipprovdu garanziji xierqa li l-proċeduri ta’ l-ADR huma affidabbli daqs il-proċeduri ġudizzjarji.

Huwa neċessarju li jinkiseb parir legali? Xi rwol għandhom l-avukati fil-proċeduri ta’ l-ADR?

Mhuwiex obbligatorju li tinkiseb rappreżentanza legali jew parir legali meta jintuża l-ADR. Il-partijiet huma liberi li jiddeċiedu jekk jitolbux rappreżentanti legali (b’poteri sħaħ), jekk jiksbux parir jew informazzjoni legali billi jfittxu avukat jew nutar pubbliku, jew jekk ifittxux parir legali taħt is-sistema ta’ l-istituzzjonijiet ta’ l-għajnuna legali għal dawk li huma soċjalment żvantaġġati pprovduti mill-Att LXXX ta’ l-2003 dwar l-għajnuna legali.

FuqFuq

Huwa possibbli li titwettaq riżoluzzjoni alternattiva tat-tilwim permezz ta’ proċeduri mill-“bogħod”? (B’mod partikolari, huwa possibbli li jintużaw mezzi elettroniċi?)

Le.

Hemm tariffi għall-proċeduri ta’ l-ADR? Jekk iva, kif inhuma distribwiti l-ispejjeż? Hemm provvediment għall-għajnuna legali?

Ir-regoli li jirregolaw it-tipi differenti ta’ proċeduri jistabbilixxu b’mod ċar is-sistema ta’ ħlas ta’ l-ispejjeż li għandhom jitħallsu mill-partijiet. F’ċerti każijiet il-partijiet huma liberi li jiftiehmu fuq it-tariffi u l-ispejjeż li jirriżultaw fil-proċeduri, filwaqt li f’każijiet oħra l-ammonti huma speċifikati f’regolamenti legali. Fi proċeduri ta’ l-arbitraġġ is-sentenza tal-qorti tistabbilixxi l-ammont ta’ l-ispejjeż u min għandu jħallashom. Fi proċeduri ta’ medjazzjoni l-partijiet u l-medjatur huma liberi li jiftiehmu fuq l-ammonti tat-tariffi u ta’ l-ispejjeż u min għandu jħallas x’hiex; jekk il-partijiet ma jkunux jistgħu jiftiehmu fuq dan ta’ l-aħħar, huma jħallsuhom f’proporzjonijiet indaqs. Fi proċeduri ta’ medjazzjoni dwar il-kura tas-saħħa t-tariffi u l-ispejjeż involuti huma stabbiliti mil-liġi, imma l-partijiet huma liberi li jiftiehmu fuq min għandu jħallashom.

Mid-dħul fis-seħħ fl-1 t’April 2004 ta’ l-Att LXXXX ta’ l-2003 dwar l-għajnuna legali, il-persuni eliġibbli għall-għajnuna legali taħt l-Att jistgħu jirċievu informazzjoni mill-fornitur ta’ l-għajnuna legali dwar il-possibbiltajiet ta’ soluzzjoni tat-tilwim legali barra mill-qorti, jew dokument jiġi mħejji li jista’ jgħin biex tiġi riżolta t-tilwima. It-tariffa tal-konsulent legali hija mħallsa jew mgħoddija mill-istat skond id-dħul u l-proprjetà tal-persuna assistita.

FuqFuq

Fil-proċeduri ta’ medjazzjoni dwar il-kura tas-saħħa l-partijiet huma liberi li jiftiehmu min se jħallas l-ispejjeż. Fejn il-partijiet ma jkunux jistgħu jiftiehmu, il-liġi tispeċifika min għandu jħallas l-ispejjeż f’każijiet partikolari. Bħala regola ġenerali hija tipprovdi li l-ispejjeż ġenerali tal-proċeduri għandhom jinqasmu b’mod indaqs bejn il-partijiet. Regolament separat jistabbilixxi l-ammont ta’ l-ispejjeż ġenerali u anċillari tal-proċeduri.

Jekk it-tentattiv barra mill-qorti biex tiġi riżolta t-tilwima jkun falla, huwa possibbli li jitressaq il-każ quddiem il-qorti? Dan jeffettwa l-limitazzjonijiet statutorji fil-proċeduri ġudizzjarji?

Sentenza mogħtija minn qorti ta’ l-arbitraġġ ma tistax tiġi appellata. F’ċerti każi pprovduti mil-liġi, kull parti jew kull persuna oħra li jkun hemm provvediment li jikkonċernaha fis-sentenza tista’, fi żmien 60 ġurnata minn meta l-qorti tagħti s-sentenza, titlob lill-qorti li tannullaha (eż. jekk il-parti li tkun ikkonkludiet il-ftehim ta’ l-arbitraġġ ma jkollhiex il-kapaċità jew il-kompetenza legali; jekk il-kuntratt ta’ l-arbitraġġ ikun invalidu taħt ir-regoli tas-sistema legali li tirregolah jew, fin-nuqqas ta’ dispożizzjoni li tispeċifika s-sistema legali, taħt il-liġi Ungeriża; jekk il-partijiet ma jkunux ġew notifikati kif suppost bil-ħatra ta’ l-arbitru jew bil-proċeduri ta’ l-arbitraġġ, jew kien impossibbli għalihom minħabba raġunijiet oħra li jippreżentaw il-każ tagħhom; jekk is-sentenza tkun tikkonċerna tilwima li għaliha ma kinitx tapplika l-klawżola ta’ l-arbitraġġ jew li ma kinitx koperta mid-dispożizzjonijiet tal-kuntratt ta’ l-arbitraġġ, eċċ.).

FuqFuq

Il-possibbiltà ta’ annullament hija eskluża jekk it-terminu ta’ żmien ta’ 60 ġurnata msemmi aktar 'il fuq ma jiġix sodisfatt.

Jekk matul il-proċeduri l-partijiet jiftiehmu fuq it-tilwima, il-qorti ta’ l-arbitraġġ toħroġ ordni li tagħlaq il-proċeduri. Fuq talba tal-partijiet, il-qorti ta’ l-arbitraġġ tinkorpora l-ftehim (bit-termini u l-kondizzjonijiet stabbiliti fih) f’sentenza, sakemm hija tqis li l-ftehim jikkonforma mar-regolamenti legali. Il-forza ta’ ftehim inkorporat f’sentenza tal-qorti ta’ l-arbitraġġ hija ekwivalenti għal dik ta’ sentenza mogħtija minnha.

Taħt l-Att dwar il-Medjazzjoni, fit-tmiem tal-proċeduri tal-medjazzjoni l-partijiet jistgħu jressqu t-tilwima tagħhom quddiem il-qorti, peress li ftehim magħmul fil-proċeduri ta’ medjazzjoni mhuwiex infurzabbli uffiċjalment.

Il-każ jista’ jitressaq quddiem il-qorti fi żmien il-perjodu ta’ limitazzjoni ġenerali. Il-bidu tal-proċeduri ta’ medjazzjoni jinterrompi l-perjodu ta’ limitazzjoni.

Jekk ikun hemm ftehim reċiproku bejn il-partijiet bħala riżultat tal-proċeduri ta’ l-ADR, kif jitpoġġa fis-seħħ dan? X’jiġri jekk is-soluzzjoni milħuqa ma titpoġġiex fil-prattika immedjatament? Jistgħu jiġu applikati l-proċeduri ta’ infurzar normali? Ikun għadu possibbli li jitressaq il-każ quddiem il-qorti?

L-effett ta’ deċiżjoni ta’ l-arbitraġġ huwa l-istess bħal dak ta’ sentenza valida tal-qorti u r-regoli legali dwar l-infurzar ġudizzjarju huma applikabbli.

Jekk jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet neċessarji, il-qorti lokali kompetenti tannetti ordni ta’ infurzar ma’ deċiżjoni li torbot tal-korp ta’ konċiljazzjoni tal-protezzjoni tal-konsumaturi jew tal-kunsill tal-medjazzjoni dwar il-kura tas-saħħa u ma’ ftehim konkluż quddiem il-kunsill tal-medjazzjoni dwar il-kura tas-saħħa.

Ftehim ta’ kuntatt milħuq fi proċeduri ta’ medjazzjoni dwar il-protezzjoni tat-tfal għandu jiġi ppreżentat lill-qorti tal-gwardjani fi żmien 8 ijiem. Il-qorti tal-gwardjani tapprova l-ftehim fuq talba tal-partijiet. Jekk ma jintlaħaq l-ebda ftehim fil-medjazzjoni, il-proċeduri jinbdew mill-qorti tal-gwardjani.

« Meżżi alternattivi għal riżoluzzjoni ta’ kwistjoni - Informazzjoni Ġenerali | Ungerija - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 21-02-2008

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit