Kummissjoni Ewropea > NGE > Meżżi alternattivi għal riżoluzzjoni ta’ kwistjoni > Greċja

L-aħħar aġġornament: 14-06-2006
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Meżżi alternattivi għal riżoluzzjoni ta’ kwistjoni - Greċja

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. L-aġġornament qed jitħejja bħalissa u jkun disponibbli fil-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


Għandu jkollok idea ġenerali tal-metodi alternattivi għas-soluzzjoni tal-kwistjonijiet (minn hawn ‘l quddiem: “SAK”) meta taqra l-informazzjoni li tinstab fin-nota informattiva “SAK – tagħrif ġenerali”.

F’din in-nota informattiva l-ġdida, aħna sejrin nippruvaw nagħtuk aktar informazzjoni prattika dwar is-SAK fil-Greċja



 

LISTA TAL- KONTENUT

L-ewwelnett, liema huma, meta meħuda minn perspettiva ġenerali, it-tipi differenti ta’ SAK fil-Greċja? L-ewwelnett, liema huma, meta meħuda minn perspettiva ġenerali, it-tipi differenti ta’ SAK fil-Greċja?
TENTATTIV GĦALL-KONĊILJAZZJONI TENTATTIV GĦALL-KONĊILJAZZJONI
IS-SOLUZZJONI TAL-KWISTJONIJIET BARRA L-QORTI IS-SOLUZZJONI TAL-KWISTJONIJIET BARRA L-QORTI
L-ARBITRAĠĠ L-ARBITRAĠĠ
Fil-maġġoranza tas-sitwazzjonijiet inti tista’ tinqeda b’wieħed jew b’ieħor minn dawn it-tipi differenti ta’ SAK. Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok agħżel is-sitwazzjoni li tinstab fiha mil-lista li tidher hawn taħt. Fil-maġġoranza tas-sitwazzjonijiet inti tista’ tinqeda b’wieħed jew b’ieħor minn dawn it-tipi differenti ta’ SAK. Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok agħżel is-sitwazzjoni li tinstab fiha mil-lista li tidher hawn taħt.
Kunflitti bejn il-kosnumaturi u n-negozji Kunflitti bejn il-kosnumaturi u n-negozji
Kunflitti bejn in-negozji Kunflitti bejn in-negozji
Kunflitti fejn l-impjegati u min iħaddem Kunflitti fejn l-impjegati u min iħaddem
Kunflitti bejn sidien u kerrejja Kunflitti bejn sidien u kerrejja
Kunfitti familjari Kunfitti familjari
Konflitti bejn l-individwi Konflitti bejn l-individwi

 

L-ewwelnett, liema huma, meta meħuda minn perspettiva ġenerali, it-tipi differenti ta’ SAK fil-Greċja?

Fil-Greċja, b’mod ġenerali, is-SAK għadhom ma ġewx żviluppati. Din il-prassi ta’ soluzzjoni barra l-qorti prattikament mhix magħrufa.

L-Artikoli 208 sal-214 tal-Kapitolu Wieħed tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (minn hawn ‘il quddiem: “il-KPĊ”) jittrattaw it-tentattiv tal-konċiljazzjoni li tista’ ssir qabel il-ftuħ ta’ kawża, għalkemm dan il-mekkaniżmu rari jintuża.

TENTATTIV GĦALL-KONĊILJAZZJONI

Kull min ikollu l-ħsieb li jieħu passi bil-qorti jista’, qabel ma jiftaħ il-kawża, jitlob li jsir tentattiv tal-konċiljazzjoni bil-maġistrat li jkollu ġuriżdizzjoni lokali, anki jekk dak il-maġistrat ma jkollux il-ġuriżdizzjoni li jiġġudika s-sustanza tal-każ. Għal dak il-għan, jew tiġi ppeżentata talba, li trid tagħti deskrizzjoni fil-qosor tal-każ, lill-maġistrat, inkella l-partijiet jidhru b’mod spontanju quddiem il-maġistrat fiżikament. Meta tiġi ppreżentata talba għall-konċiljazzjoni, il-maġistrat iħarrek il-partijiet kollha biex jidhru quddiemu mill-aktar fis possibbli f’ġurnata speċifika f’ħin speċifiku. L-istedina tal-maġistrat trid issemmi l-kwistjoni fil-qosor. Jekk il-partijiet jidhru quddiemu b’mod spontanju flimkien, il-maġistrat jista’ jipproċedi minnufih bit-tentattiv tal-konċiljazzjoni. Ma jkunx hemm għalfejn li t-tentattiv tal-konċiljazzjoni jsir fil-pubbliku, iżda għandhom jinżammu l-minuti ta’ l-intervent tal-maġistrat. Waqt it-tentativ tal-konċiljazzjoni l-maġistrat jeżamina l-kwistjoni kollha mal-partijiet, mingħajr ma jkun marbut bil-liġi tal-proċedura u sostantiva fis-seħħ, jeżamina l-fatti b’mod liberu għalih innifsu u jipprova jsib mezz ta’ konċiljazzjoni. B’mod partikulari, il-maġistrat għandu d-dritt li jordna spezzjoni minn ras il-għajn, is-smigħ ta’ l-opinjoni ta’ l-esperti, il-preżentazzjoni ta’ kull dokument u d-dehra tal-partijiet quddiemu fiżikament, waqt li jista’ jeżamina x-xhieda, anke mingħajr il-ġurament, u b’mod ġenerali jieħu dawk l-azzjonijiet kollha biex jikkjarifika l-kwistjoni. Il-konċiljazzjoni tista’ tittratta l-kwistjoni fis-sħuħija tagħha jew b’mod parzjali. Fil-minuti ssir dikjarazjoni fil-qosor ta’ l-azzjonijiet tal-maġistrat fit-tfittxija tiegħu għall-konċiljazzjoni. Jekk it-tentattiv tal-konċiljazzjoni ma jirnexxix, dan il-fatt jitniżżel fil-minuti u l-maġistrat jagħti r-raġuni għal dan in-nuqqas ta’ suċċess. Jekk il-konċiljazzjoni tirnexxi, it-termini kollha jitniżżlu fil-minuti.

FuqFuq

IS-SOLUZZJONI TAL-KWISTJONIJIET BARRA L-QORTI

L-isforzi beix jinstab mezz ieħor għas-SAK bdew fl-1995. L-Artikolu 214A tal-KPĊ (li, wara diversi posponimenti, daħal fis-seħħ biss fl-1999 għall-kawżi li nfetħu mis-16 ta’ Settembru 2000 ‘il quddiem) jgħid: “Il-kawżi li jittrattaw kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-liġi privata li minħabba s-suġġett ittrattat jaqgħu fil-ġuriżdizzjoni ta’ qorti ta’ Prim’Istanza b’aktar minn ġudikant wieħed fil-proċedimenti ordinarji, u li fir-rigward tagħhom il-konċiljazzjoni hija permessa taħt il-liġi sostantiva, ma jkunux jistgħu jinstemgħu jekk qabel ma jkunx sar tentattiv biex tinstab soluzzjoni barra l-qorti. Waqt ir-reġistrazzjoni tal-ftuħ tal-kawża u l-iffissar tad-data tas-smigħ tagħha, ir-reġistratur għandu jistampa b’mod ċar fuq l-oriġinal u l-kopji li l-każ ma jistax jinstema’ jekk qabel ma jkunx sar tentattiv biex tinstab soluzzjoni barra l-qorti.” It-taħrika għas-smigħ tal-kawża trid tinkludi wkoll stedina lill-konvenut biex imur fl-uffiċċju ta’ l-avukat ta’ l-attur jew fl-uffiċċji tad-ditta ta’ l-avukati li jkun jifforma parti minnha dak l-avukat, f’jum speċifiku f’ħin speċifiku, biex isiru tentattivi sabiex tinstab soluzzjoni barra l-qorti. Il-parti li tkun saritilha din l-istedina trid tidher ma’ l-avukat tagħha jew tkun irrappreżentata minn avukat li jkollu l-prokura speċifika. L-avukati jistgħu jiffissaw flimkien data oħra għal meta jiltaqgħu jew jipposponu l-laqgħa għal ġurnata oħra f’ħin ieħor f’post speċifikat. Il-laqgħat biex jintlaħaq ftehim barra l-qorti dwar il-kwistjoni għandhom isiru fil-perjodu mill-ħames jum wara li jingħata l-avviż tal-kawża sal-ħamsa u tletin jum qabel id-data ffissata għas-smigħ tagħha. Waqt il-laqgħat, il-partijiet, flimkien ma’ l-avukati tagħhom jew irrappreżentati mill-avukati li jkollhom il-prokura f’isimhom, u megħjuna wkoll, jekk ikunu jixtiequ, minn terza persuna magħżula mill-partijiet, għandhom jeżaminaw il-kwistjoni fis-sħuħija tagħha, kif ukoll kull azzjoni meħuda fir-rigward tagħha min-naħa tal-konvenut, mingħajr ma jintrabtu bid-dispożizzjonjiet tal-liġi sostantiva. Għandhom jużaw kull mezz xieraq biex jiżguraw il-fatti prinċipali u l-punti li fuqhom jaqblu jew ma jaqblux, kif ukoll il-konsegwenzi li jaċċettaw jew li ma jaqblux magħhom, bil-għan li jaslu għal soluzzjoni sħiħa jew parzjali tal-kwistjoni li tkun aċċettabbli għan-naħat kollha. Jekk il-partijiet jaslu għal soluzzjoni sħiħa jew parzjali tal-kwistjoni, titniżżel minuta, b’eżenzjoni mid-doveri, li ssemmi l-kontenut tal-ftehim li jkunu laħqu u, b’mod partikulari, in-natura tad-dritt irrikonoxxut, is-somma marbuta ma’ l-eżekuzzjoni tiegħu, u t-termini ta’ kif għandu jiġi eżegwit. Il-ftehim għandu jkun illimitat għall-kwistjoni li tkun is-suġġett tal-kawża. Barra min hekk, l-ispejjeż jiġu ddeterminati u imposti skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 176 et seq. Il-minuta tiġi ddatata u ffirmata mill-litiganti jew l-avukati tagħhom fuq l-għadd ta’ l-oriġinali skond kemm ikun hemm persuni litiganti jew gruppi litiganti. Kull parti tista’ tippreżenta oriġinal tal-minuta lill-president tal-qorti ta’ Prim’Istanza b’aktar minn ġudikant wieħed li quddiemha l-azzjoni tkun pendenti u titolbu jirratifikaha. Il-president jirratifika l-minuta wara li jivverifika, a) li l-kwistjoni tista’ tkun is-suġġett ta’ ftehim barra l-qorti skond il-paragrafu 1, b) li l-minuta ġiet iffirmata skond il-liġi, u ċ) li n-natura tad-dritt irrikonoxxut u s-somma marbuta ma’ l-eżekuzzjoni tiegħu jkunu ġew ikkjarifikati fil-minuta. Jekk tkun intalbet li tinħareġ ordni għall-eżekuzzjoni fil-kwistjoni, il-minuta tippermetti li din tiġi eżegwita wara r-ratifika, u l-president jehmeż l-ordni ta’ eżekuzzjoni magħha fl-istess ħin. Jekk tkun intablet biss sentenza ta’ dikjarazzjoni ta’ dritt, il-minuta għandha tixhed id-dritt irrikonoxxut. F’kull każ ir-ratifika tal-minuta twassal għat-tmiem ta’ l-azzjoni bil-qorti.

FuqFuq

Jekk ma jintlaħaqx ftehim, għandha titniżżel u tiġi ffirmata minuta li tgħid li t-tentattiv biex tinstab soluzzjoni barra l-qorti falla u r-raġunijiet ta’ dan il-falliment. Jekk minuta ma tiġix iffirmata bejn il-partijiet flimkien, l-avukat ta’ l-attur jew ta’ parti oħra jagħmel dikjarazzjoni fejn jagħti r-raġunijiet ta’ dan il-falliment. L-avukat tal-parti opposta tista’ tagħmel dikjarazzjoni simili. Il-minuta dwar il-falliment jew id-dikjarazzjonijiet jiġu ppreżentati waqt is-smigħ flimkien tal-dikjarazzjonijiet u t-tweġibiet fil-kawża. Fikl-każ li jintlaħaq ftehim parzjali ma jkunux jenħtieġu dikjarazzjonijiet jew minuta speċjali dwar il-falliment li jintlaħaq fethim sħiħ.

Sfortunatament, dan il-mekkaniżmu tas-SAK ma tax ir-riżultati mistennija u jiffunzjona biss bħala ħtieġa minn qabel għas-smigħ tal-kawżi fil-qorti.

L-uniku mekkaniżmu tas-SAK li wieħed jista’ jgħid li jiffunzjona fil-Greċja huwa l-arbitraġġ.

L-ARBITRAĠĠ

Il-Kapitolu Sebgħa tal-KPĊ (l-Artikoli 867 sa 903) jittratta l-arbitraġġ u jistabbilixxi l-kondizzjonijiet li jirregolaw dan il-mekkaniżmu.

Il-kwistjonijiet fil-liġi privata, minbarra dawk li għandhom x’jaqsmu mal-provvista tax-xogħol dipendenti, jistgħu jittieħdu arbitraġġ, bil-kondizzjoni li l-partijiet li jmorru arbitraġġ ikollhom l-awtorità li jiddisponu liberament mis-suġġett tal-kwistjoni. Il-partijiet jistgħu jiddeċiedu li jieħdu kwistjonijiet futuri arbitraġġ, iżda f’dak il-każ il-ftehim irid ikun bil-miktub u jirreferi għal relazzjoni legali speċifika li minnha jistgħu jinbtu l-kwistjonijiet. Jista’ wkoll isir ftehim biex kwistjoni tittieħed arbitraġġ quddiem qorti li tkun qiegħda tisma’ l-kawża. Persuna jew diversi persuni jew anki l-qorti sħiħa jistgħu jinħatru bħala arbitri.

FuqFuq

Jekk fil-ftehim ta’ l-arbitraġġ ma jinħatrux l-arbitri jew ma jiġix stipulat il-metodu tal-ħatra tagħhom, kull parti taħtar arbitru wieħed. Jekk ikun hemm diversi arbitri, u l-ftehim ma jistipulax mod ieħor, l-arbitri jkollhom jaħtru arbitru biex jippresiedi. Il-ħatra ta’ arbitru minn waħda mill-partijiet, il-ħatra ta’ arbitru li jippresiedi mill-arbitri l-oħra u l-ħatra ta’ l-arbitri minn terza pesuna ma jistgħux jiġu rrevokati.

Għandha tinżamm lista ta’ l-arbitri imħejjija mill-qorti ta’ Prim’Istanza b’aktar minn ġudikant wieħed f’kull qorti ta’ Prim’Istanza b’ġudikant wieħed. Persuna maħtura bħala arbitru ma hijiex obbligata li taċċetta l-ħatra. Il-parti li tieħu lill-oħra arbitraġġ tagħmel ħlas bil-quddiem ta’ nofs ir-remunerazzjoni ta’ l-arbitru jew l-arbitri, kif jiġi ddeterminat skond l-Artikolu 882 tal-KPĊ. Id-deċiżjoni mogħtija fl-arbitraġġ tistipula li kull parti tħallas ir-remunerazzjoni u l-ispejjeż.

Il-proċedura titmexxa fil-preżenza ta’ l-arbitri li jaġixxu flimkien. L-arbitri jiddeterminaw il-post u l-ħin ta’ l-arbitraġġ u jadottaw il-proċedura li jħossu xierqa, sakemm il-ftehim ta’ l-arbitraġġ ma jistipulax mod ieħor. Matul l-arbitraġġ il-partijiet ikollhom l-istess drittijiet u l-istess obbligi, u l-prinċipju ta’ l-ugwaljanza jiġi osservat. Il-partijiet iridu jissejħu biex jidhru u jippreżentaw l-argumenti tagħhom bil-kelma jew bil-miktub, skond kif jiddeċiedu l-arbitri, u li jagħti x-xhieda tagħhom. L-arbitru li jippresiedi jidderieġi d-diskussjoni. Ħadd ma jista’ jinżamm milli jidher bl-avukat tiegħu jew li jiġi rrappreżentat minn avukat. Ix-xhieda u l-esperti jistgħu jinstemgħu bil-ġurament jew mingħajr il-ġurament. Jekk il-ftehim ta’ l-arbitraġġ ma jsitipulax mod ieħor, l-arbiti japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-liġi sostantiva. Id-deċiżjoni ta’ l-arbitraġġ trid titħejja bil-miktub u tiġi ffirmata mill-arbitri. Din trid issemmi: a) l-ismijiet sħaħ ta’ l-arbitri; b) il-post u l-ħin ta’ l-għoti tad-deċiżjoni ; ċ) l-ismijiet sħaħ ta’ dawk kollha li ħadu sehem fil-proċedura ta’ l-arbitraġġ; d) il-ftehim biex jintalab li jsir l-arbitraġġ li fuqu tkun ibbażata d-deċiżjoni; e) ir-raġunijiet; f) il-parti eżegwibbli. Id-deċiżjoni ta’ l-arbitraġġ ma tistax tiġi rriveduta. Tista’ tiġi annullata b’mod sħiħ jew parzjali b’deċiżjoni tal-qorti għal waħda minn dawn ir-raġunijiet biss: 1) jekk il-ftehim ta’ l-arbitraġġ ma kienx validu ; 2) jekk id-deċiżjoni tkun ingħatat wara li l-ftehim ta’ l-arbitraġġ ikun skada; 3) jekk il-persuni li taw id-deċiżjoni kienu nħatru bi ksur tat-termini tal-ftehim ta’ l-arbitraġġ jew tad-dispożizzjonijiet tal-liġi, jew jekk il-partijiet kienu rtirawhom, jew jekk iddeċidew minkejja li aċċettaw l-applikazzjoni għall-esklużjoni tagħhom; 4) jekk il-persuni li taw id-deċiżjoni ħarġu mil-limiti awtorizzati mill-ftehim ta’ l-arbitraġġ jew mil-liġi; 5) jekk inkisru d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 886(2) (it-tħassir tal-ftehim) jew ta’ l-Artikoli 891 u 892 (il-kontenut tad-deċiżjoni ta’ l-arbitraġġ); 6) jekk id-deċiżjoni tmurx kontra d-dispożizzjonijiet dwar l-ordni pubblika jew il-konvenzjonijiet morali; 7) jekk id-deċiżjoni ma tinftiehemx jew ikun fiha dispożizzjonijiet kontradittorji; 8) jekk ikun hemm raġuni għal reviżjoni taħt l-Artikolu 544 tal-KPĊ.

FuqFuq

L-Artikolu 902 tal-KPĊ jgħid li arranġamenti regolari ta’ l-arbitraġġ jistgħu jiġu stabbiliti fi kmamar tal-kummerċ u istituzzjonijiet simili, boroż ta’ l-ishma u tal-kommoditajiet u assoċjazzjonijiet professjonali li huma persuni legali rregolati bil-liġi pubblika, permezz ta’ ordnijiet maħruġa fuq proposta tal-Minstru tal-Ġustizzja u l-Ministru responsabbli għas-sorveljanza tal-kamra, tal-borża jew ta’ l-assoċjazzjoni, wara l-għoti ta’ opinjoni minn qabel mill-bord tat-tmexxija tal-korp ikkonċernat.

Fil-maġġoranza tas-sitwazzjonijiet inti tista’ tinqeda b’wieħed jew b’ieħor minn dawn it-tipi differenti ta’ SAK. Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok agħżel is-sitwazzjoni li tinstab fiha mil-lista li tidher hawn taħt.

Kunflitti bejn il-kosnumaturi u n-negozji

Kif ġie diġà spjegat fin-nota informattiva "SAK – il-liġi Komunitarja", il-Kummissjoni ppubblikat fuq is-sit elettroniku tagħha il-lista ta’ għadd kbir ta’ korpi tas-SAK għas-soluzzjoni tal-kwistjonijiet tal-konsumaturi fl-Istati Membri kollha. F’din il-lista ssib l-informazzjoni kollha prattika li teħtieġ biex tiddeċiedi jekk tinqediex b’waħda minn dawn l-iskemi tas-SAK: l-istruttura atagħha, l-isfera tagħha, it-tip ta’ proċedura applikata, l-ispejjez u d-dettalji. Tista’ tikkonsulta din il-lista fuq dan l-indirizz elettroniku li ġej: English

FuqFuq

Jista’ jkun li jkollok tinqeda b’korp tas-SAK stabbilit fi Stat Membru ieħor: Bies tkun taf eżattament liema korp għandhek tikkonsulta, tista’ tmur fil-paġni elettroniċi ta’ l-EEJ-Net : http://www.eurocae.org jew tal-FIN-NET fil-każ ta’ kunflitt li jittratta s-servizzi finanzjarji dansk - Deutsch - ελληνικά - English - español - français - italiano - Nederlands - português - suomi- svenska

Kunflitti bejn in-negozji

Kif intqal qabel, ma jeżisti ebda mekkaniżmu speċifiku tas-SAK.

Kunflitti fejn l-impjegati u min iħaddem

Teżisti forma tas-SAK permezz ta’ l-intervent ta’ l-Ispettorat lokali tax-Xogħol. Min iħaddem huwa mistieden fl-Ispettorat lokali tax-Xogħol fuq it-talba tal-ħaddiem, u uffiċjali mill-Ispettorat jgħin fit-tfittxija għal soluzzjoni tal-kwistjoni. Din il-proċedura ma tiswiex flus.

Kunflitti bejn sidien u kerrejja

Kif intqal qabel, ma jeżisti ebda mekkaniżmu speċifiku tas-SAK.

Kunfitti familjari

Kif intqal qabel, ma jeżisti ebda mekkaniżmu speċifiku tas-SAK.

Konflitti bejn l-individwi

Kif intqal qabel, ma jeżisti ebda mekkaniżmu speċifiku tas-SAK.

« Meżżi alternattivi għal riżoluzzjoni ta’ kwistjoni - Informazzjoni Ġenerali | Greċja - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 14-06-2006

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit