Kummissjoni Ewropea > NGE > Meżżi alternattivi għal riżoluzzjoni ta’ kwistjoni > Ġermanja

L-aħħar aġġornament: 15-03-2007
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Meżżi alternattivi għal riżoluzzjoni ta’ kwistjoni - Ġermanja

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. L-aġġornament qed jitħejja bħalissa u jkun disponibbli fil-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


 

LISTA TAL- KONTENUT

1. L-ewwel, domanda ġenerali: liema huma l-metodi differenti ta’ soluzzjoni alternattiva għat-tilwim? 1.
Ġenerali Ġenerali
It-tilwimiet legali bejn il-konsumaturi u l-kumpaniji (fl-iktar sens wiesa’) It-tilwimiet legali bejn il-konsumaturi u l-kumpaniji (fl-iktar sens wiesa’)
It-tilwimiet bejn il-kumpaniji It-tilwimiet bejn il-kumpaniji
It-tilwimiet bejn l-impjegati u min iћaddem It-tilwimiet bejn l-impjegati u min iћaddem
a) Il-bords tal-konċiljazzjoni gћal tilwimiet li jikkonċernaw apprendistati u żmien ta’ taћriġ a)
b) Il-bord tal-kunsens skond l-Att dwar ir-Rappreżentazzjoni ta’ l-Impjegati (BetrVG) b)
c) Il-konċiljazzjoni li tirrigwarda ftehimiet ta’ negozjar kollettiv c)
It-tilwim familjari It-tilwim familjari
It-tilwimiet li jiġu mill-applikazzjoni tal-liġi dwar it-trasferimenti bankarji jew l-abbuż mill-karti ta’ kreditu It-tilwimiet li jiġu mill-applikazzjoni tal-liġi dwar it-trasferimenti bankarji jew l-abbuż mill-karti ta’ kreditu
It-tilwimiet bejn l-individwi It-tilwimiet bejn l-individwi
2. L-użu ta’ tip partikolari ta’ soluzzjoni alternattiva għat-tilwim (ADR) huwa stabbilit bi statut jew huwa meћtieġ b’mod mandatorju fuq il-bażi ta’ deċiżjoni bil-qorti? 2.
3. Hemm regolamenti statutarji f’dan ir-rigward? 3.
4. Jeżistu termini kuntrattwali rigward il-prestazzjoni ta’ kuntratt li, ladarba jkunu qamu t-tilwimiet, ikunu jeћtieġu l-ewwel l-użu tal-proċeduri ta’ l-ADR. It-tilwima tista’ titressaq quddiem il-qorti ladarba jkunu saru dawn il-proċeduri. Dawn it-termini jorbtu lill-partijiet? 4.
5. Liema tipi ta’ tilwimiet huma adattati gћas-soluzzjoni permezz ta’ l-ADR? 5.
It-tilwimiet bejn il-kumpaniji It-tilwimiet bejn il-kumpaniji
It-tilwimiet bejn l-impjegati u min iћaddem It-tilwimiet bejn l-impjegati u min iћaddem
It-tilwim familjari It-tilwim familjari
It-tilwimiet bejn l-individwi It-tilwimiet bejn l-individwi
Każijiet speċifiċi oћrajn (pereżempju r-relazzjonijiet bejn l-uffiċċji tal-gvern) Każijiet speċifiċi oћrajn (pereżempju r-relazzjonijiet bejn l-uffiċċji tal-gvern)
6. Jekk jintużaw il-proċeduri ta’ l-ADR, kif jistgћu jiġu żgurati garanziji simili gћal dawk tal-qrati? B’mod partikolari, kif tista’ tiġi garantita l-kunfidenzjalità tan-negozjati? 6.
7. Huwa meћtieġ li jinkiseb parir legali? Xi rwol gћandhom l-avukati fil-proċeduri ta’ l-ADR? 7.
8. Huwa possibbli li ssir soluzzjoni alternattiva għat-tilwim permezz ta’ proċeduri “b’distanza”? (B’mod partikolari, huwa possibbli li tiġi użata l-midja elettronika?) 8.
9. Jeżistu xi miżati gћall-proċeduri ta’ l-ADR? Jekk hemm, kif jiġu maqsuma l-ispejjeż? Teżisti dispożizzjoni gћall-gћajnuna legali? 9.
10. Jekk l-isforz barra l-qorti sabiex tissolva tilwima ikun falla, xorta jkun gћadu possibbli li l-każ jitressaq quddiem il-qorti? Dan jaffettwa l-limitazzjonijiet statutarji fil-proċeduri tal-qorti? 10.
11. Jekk ikun hemm ftehim reċiproku bejn il-partijiet bћala riżultat ta’ proċeduri ta’ l-ADR, kif dan gћandu jitpoġġa fis-seћћ? X’jiġri jekk is-soluzzjoni ma titpoġġiex fil-prattika immedjatament? Jistgћu jiġu applikati l-proċeduri ta’ infurzar tas-soltu? Xorta jkun gћadu possibbli li l-każ jitressaq quddiem il-qorti? 11.

 

1. L-ewwel, domanda ġenerali: liema huma l-metodi differenti ta’ soluzzjoni alternattiva għat-tilwim?

Ġenerali

Fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, il-proċeduri ta’ arbitraġġ, ta’ konċiljazzjoni u ta’ medjazzjoni huma t-tipi karatteristiċi ta’ proċeduri ta’ soluzzjoni alternattiva għat-tilwim. Dawn il-proċeduri jistgћu jintużaw sabiex isaћћu lil xulxin, iżda kull waћda hija differenti.

Il-proċeduri ta’ arbitraġġ gћandhom rwol speċjali. Il-qorti ta’ l-arbitraġġ hija istituzzjoni li ma tiffurmax parti mis-sistema tal-ġustizzja ta’ l-Istat, iżda hija istituzzjoni li tinћatar mill-partijiet bis-saћћa ta’ ftehim ta’ arbitraġġ. Il-qorti ta’ l-arbitraġġ tieћu deċiżjonijiet finali minflok il-qorti ta’ l-Istat.

Il-konċiljazzjoni gћandha l-gћan li ġġib ftehim reċiproku bejn il-partijiet fit-tilwima permezz ta’ kompromess li jiġi suġġerit mill-konċiljatur. Jekk dan ma jkunx possibbli, l-uffiċċji tal-konċiljatur ikollhom sehem aktar importanti, peress li dawn jippermettu lill-partijiet sabiex ikomplu bid-djalogu tagћhom minfejn ikunu waqfu u jaћdmu gћal soluzzjoni li tkun aċċettabbli gћaż-żewġ naћat.

Il-medjazzjoni ma tipprovdix lill-partijiet b’soluzzjoni gћat-tilwima; is-soluzzjoni iridu jaslu għaliha l-partijiet stess permezz ta’ ftehim komuni. Il-medjatur jgћin fil-proċess ta’ komunikazzjoni u fin-negozjati u fil-ftehim. Kontra l-imћallef, dan ma jkollu l-ebda setgћa ta’ teћid ta’ deċiżjonijiet u, kontra l-arbitru jew il-konċiljatur, ma jagћmel l-ebda suġġerimenti diretti gћas-soluzzjoni tal-kunflitt.

FuqFuq

It-tilwimiet legali bejn il-konsumaturi u l-kumpaniji (fl-iktar sens wiesa’)

Fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja jeżistu ћafna bords ta’ konċiljazzjoni li jittrattaw is-soluzzjoni amikevoli ta’ tilwimiet relatati mal-konsumaturi qabel ma dawn jaslu quddiem il-qrati. Il-bords tal-konċiljazzjoni jiġu organizzati l-aktar minn entitajiet professjonali (assoċjazzjonijiet u konfederazzjonijiet), u gћaldaqstant dawn jiddefinixxu l-kompetenza tagћhom skond il-linja tan-negozju tagћhom.

Gћalhekk, jeżistu bords ta’ konċiljazzjoni fil-qasam tat-tiswija tal-vetturi, tat-tindif tat-tessuti u ta’ snajja’ oћrajn (fis-sengћa tal-bini, inġiniera tar-radju u tat-televiżjoni eċċ.):

  • Kważi fl-ibliet il-kbar kollha, it-tribunali ta’ l-arbitraġġ u l-bords ta’ konċiljazzjoni jiffurmaw parti mis-servizzi li jiġu offruti mill-kamra ta’ l-industrija u tal-kummerċ kif ukoll mill-kamra tas-snajja’ tagћhom (Handwerkskammer). Hemm ukoll bords ta’ konċiljazzjoni li jitmexxew mill-kumpaniji tal-vetturi, li jittrattaw każijiet ta’ tiswijiet ta’ vetturi, u dawk li jitmexxew min-negozjanti tal-vetturi li jittrattaw każijiet ta’ difetti fuq vetturi użati.
  • Hemm servizzi ta’ konċiljazzjoni li jiġu offruti mill-professjonisti liberali. Il-kunsilli mediċi u l-assoċjazzjonijiet tal-periti gћandhom dawn kważi f’kull stat federali. L-assoċjazzjonijiet professjonali ta’ l-avukati, ta’ l-aġenti tal-privattivi, tal-konsulenti tat-taxxa u tal-kontabilisti kwalifikati huma obbligati li joffru servizz ta’ medjazzjoni, jekk jintalbu jagћmlu dan, f’tilwimiet bejn il-membri tagћhom u l-klijenti tal-membri tagћhom.
  • Ta’ min isemmi wkoll l-ombudsman tal-banek privati, li jittratta t-tipi kollha ta’ negozju relatat mal-flus u mal-banek.

Jekk il-bordijiet tal-konċiljazzjoni jagћmlu r-rakkomandazzjonijiet tagћhom, dawn bħala regola ma jorbtux lill-partijiet. Madankollu, id-deċiżjoni tal-bord ġieli tpoġġi obbligi biss fuq in-naћa ta’ l-intrapriża tan-negozju. Minkejja dan, il-proċeduri jiġu konklużi b’mod finali biss meta l-partijiet ikunu waslu gћall-ftehim u jkunu laћqu arranġament.

FuqFuq

It-tilwimiet bejn il-kumpaniji

Il-medjazzjoni f’materji kummerċjali qed tiżdied fil-Ġermanja. L-avukati u r-rappreżentanti tad-dinja tan-negozju qed jagћmlu diversi attentati sabiex jistabbilixxu l-proċeduri ta’ medjazzjoni u jiggarantixxu standards ta’ kwalità xierqa.

It-tilwimiet bejn l-impjegati u min iћaddem
a) Il-bords tal-konċiljazzjoni gћal tilwimiet li jikkonċernaw apprendistati u żmien ta’ taћriġ

Gћas-soluzzjoni ta’ tilwimiet li jiġu mir-relazzjonijiet eżistenti bejn min iћaddem u dawk li jkunu f’taћriġ vokazzjonali, jistgћu jiġu stabbiliti kumitati mill-entitajiet rilevanti (fis-snajja’ dawn jissejћu xrieki tas-snajja’) skond l-Artikolu 111(2) ta’ l-Att dwar il-Qrati ta’ l-Imjiegi - ArbGG. Jekk dan il-kumitat ikun diġà ġie stabbilit hemm rekwiżit proċedurali obbligatorju illi l-każ jitressaq quddiemu.

Id-deċiżjoni tal-konċiljazzjoni torbot lill-partijiet jekk dawn jaċċettawha fi żmien ġimgћa. L-infurzar iseћћ fuq il-bażi tas-soluzzjonijiet li jiġu miftiehma quddiem il-kumitat, jew tad-deċiżjonijiet li jkunu ttieћdu mill-kumitat, li l-partijiet ikunu aċċettaw. Jekk ma tkun intlaћqet l-ebda soluzzjoni, jew jekk id-deċiżjoni tal-konċiljazzjoni ma tkunx ġiet aċċettata, il-partijiet jistgћu jressqu l-azzjoni fi żmien ġimagћtejn quddiem il-qorti ta’ l-impjiegi b’ġurisdizzjoni.

b) Il-bord tal-kunsens skond l-Att dwar ir-Rappreżentazzjoni ta’ l-Impjegati (BetrVG)

Tista’ tiġi sottomessa applikazzjoni quddiem il-bord tal-kunsens għas-soluzzjoni ta’ diżgwid bejn min iћaddem u l-kunsill ta’ l-impjiegi (Betriebsrat) skond l-Artikolu 76 ta’ l-Att dwar ir-Rappreżentazzjoni ta’ l-Impjegati - il-BetrVG. Fi ћdan il-kumpanija l-bord ikollu funzjoni konċiljatorja interna. Dan irid ikun kompost minn numru ugwali ta’ membri li jirrappreżentaw liż-żewġ naћat, lil min iћaddem u lill-kunsill ta’ l-impjiegi. Irid ikun hemm president li jkun newtrali u li dwaru ż-żewġ partijiet iridu jaqblu. F’każijiet ta’ tilwim, il-qorti ta’ l-impjiegi gћandha tiddeċiedi dwar il-persuna li gћandha tmexxi l-bord kif ukoll dwar in-numru tal-membri tal-bord.

FuqFuq

Id-deċiżjoni diskrezzjonali tal-bord tal-kunsens, u s-setgћat diskrezzjonali żejda li dan jista’ jkollu, jistgћu jiġu riveduti mill-qrati ta’ l-impjiegi b’rispons gћall-applikazzjoni li tkun saret minn waћda mill-partijiet fi żmien ġimgћatejn.

c) Il-konċiljazzjoni li tirrigwarda ftehimiet ta’ negozjar kollettiv

Jekk il-partijiet fi ftehimiet ta’ negozjar kollettiv ma jirnexxilhomx jilћqu ftehim waqt in-negozjati tagћhom, il-proċeduri tal-konċiljazzjoni ћafna drabi jibdew sabiex jibbilanċjaw l-interessi opposti u sabiex jiġi evitat li jinqalgћu tilwimiet industrijali. L-gћan tal-konċiljazzjoni huwa dejjem li jgћin sabiex ikun hemm ftehim ta’ negozjar kollettiv u gћaldaqstant sabiex tinżamm il-paċi industrijali.

B’mod partikolari, il-partijiet fi ftehim kollettiv ikunu nnegozjaw ftehimiet speċjali ta’ konċiljazzjoni. Dan ifisser li f’termini prattiċi dawn ikunu ta’ importanza konsiderevoli. Il-membri tal-bord tal-konċiljazzjoni ġeneralment ikunu r-rappreżentanti tal-partijiet opposti fil-proċess tan-negozjar kollettiv u bi president imparzjali. Jekk dawn ma jirnexxilhomx jifformulaw proposta gћall-ftehim, jew jekk il-proposta tiġi miċћuda miż-żewġ partijiet involuti fin-negozjar kollettiv jew minn waћda minnhom, il-proċedura tal-konċiljazzjoni tkun intemmet. Il-pass li jmiss tkun it-tilwima industrijali.

It-tilwim familjari

F’sitwazzjonijiet ta’ kunflitt familjari l-medjazzjoni, kif stabbilit fil-Kodiċi tas-Sigurtà Soċjali (Sozialgesetzbuch), tiġi fornuta regolarment mill-awtoritajiet lokali fil-kuntest tal-programmi tagћhom gћall-welfare taż-żgћażagћ fil-forma ta’ gћajnuna lejn l-awto-assistenza. Hija intenzjonata biex tippermetti lill-ġenituri jsibu soluzzjoni għall-kunflitti tagћhom permezz ta’ ftehim reċiproku u taћt ir-responsabbiltà tagћhom stess, soluzzjoni li tagћmel ġustizzja gћall-ћtiġiet u gћall-interessi konġunti tagћhom.

FuqFuq

L-avukati joffru medjazzjoni ekstra-ġudizzjarja u servizzi ta’ soluzzjoni ta’ kunflitti speċjalment fejn it-tilwimiet ikunu jirrigwardaw il-liġi tal-familja. Barra minn hekk, ћafna punti tal-liġi jeћtieġu li l-qorti taћdem lejn soluzzjoni amikevoli bejn il-partijiet f’kull fażi tal-proċeduri ġudizzjarji, partikolarment f’tilwimiet legali li jikkonċernaw ir-responsabbiltà tal-ġenituri. Eżempji ta’ dan huma s-soluzzjoni ekstra-ġudizzjarja skond l-Artikolu 52 ta’ l-Att dwar il-Litigazzjoni Mhux Kontenjuża (FGG) jew l-introduzzjoni ta’ proċeduri ta’ medjazzjoni li jirrigwardaw il-kuntatt tal-ġenituri skond l-Artikolu 52a tal-FGG.

Fil-qasam ekstra-ġudizzjarju, il-medjazzjoni bejn il-membri tal-familja saret aktar importanti sabiex jiġu kkontrollati l-konsegwenzi tas-separazzjoni u tad-divorzju. Il-medjazzjoni fil-familji tittratta l-gћażla tal-kunflitti (tal-familja) bejn koppji miżżewġin, mhux miżżewġin u li qabel kienu miżżewġin kif ukoll bejn koppji li qabel kienu jikkoabitaw, fejn gћandhom jintlaћqu soluzzjonijiet li jikkunsidraw l-interessi tal-partijiet involuti kollha. F’każijiet ta’ ġenituri li jisseparaw jew li jiddivorzjaw, il-proċeduri tal-medjazzjoni jkollhom l-gћan li jiżviluppaw il-kunċett reċiproku tar-responsabbiltà konġunta tal-ġenituri, gћall-missier u gћall-omm, wara li dawn ikunu sseparaw jew ladarba dawn ikunu ddivorzjaw. Il-medjazzjoni tistabbilixxi l-gћan li ssib soluzzjoni gћall-punti mhux solvuti tat-tilwima f’każ ta’ divorzju, fejn tippermetti lill-koppji sabiex jaraw u jifhmu l-kunflitti sottostanti tagћhom. Pereżempju, huwa possibbli li jintlaћqu ftehimiet dwar il-manteniment, l-assi, il-proprjetà u r-responsabbiltà tal-ġenituri.

FuqFuq

It-tilwimiet li jiġu mill-applikazzjoni tal-liġi dwar it-trasferimenti bankarji jew l-abbuż mill-karti ta’ kreditu

Gћat-tilwimiet li jseћћu fil-qasam tas-servizzi finanzjarji (it-trasferimenti tal-banek) fi ћdan il-Bank Ċentrali Ġermaniż ġie stabbilit bord ta’ konċiljazzjoni. Gћall-banek li jkunu membri ta’ ċerti assoċjazzjonijiet tal-banek (l-Assoċjazzjoni Federali tas-Sidien tal-Banek Pubbliċi, l-Assoċjazzjoni Federali tal-Banek Ġermaniżi, l-Assoċjazzjoni Federali tal-Banek Kooperattivi Ġermaniżi, l-Assoċjazzjonijiet tal-Banek tat-Tifdil u ta’ l-Ikklerjar) il-proċeduri tal-konċiljazzjoni jsiru minn dawn l-assoċjazzjonijiet.

L-Assoċjazzjoni Federali tal-Banek Ġermaniżi ћolqot proċedura ta’ konċiljazzjoni sabiex issolvi d-diżgwid ġenerali li jinћoloq bejn il-banek u l-klijenti tagћhom (id-Dipartiment gћall-Ilmenti tal-Komsumatur, Bundesverband deutscher Banken, P.O. Box 04 03 07, 10062 Berlin).

It-tilwimiet bejn l-individwi

L-istati federali differenti jistgћu jfornu proċeduri mandatorji ta’ konċiljazzjoni bbażati fuq l-Artikolu 15a ta’ l-Att li Jintroduċi l-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (EGZPO):

  • gћal tilwimiet li jirrigwardaw id-drittijiet tal-proprjetà li jaqgћu taћt il-ġurisdizzjoni ta’ qorti lokali (Amtsgericht) u fejn l-ammont tat-talba fit-tilwima ma jkunx jeċċedi aktar minn EUR 750,
  • f’ċerti tilwimiet li jirrigwardaw il-liġi li tikkonċerna l-ġirien u l-interessi tas-sidien kontigwi u
  • f’tilwimiet li jirrigwardaw ilmenti ta’ defamazzjoni, fejn ir-rimarki insulenti ma jkunux saru permezz ta’ l-istampa jew permezz tal-midja tax-xandir.

Skond l-Artikolu 15a(2) ta’ l-EGZPO, il-proċeduri ta’ konċiljazzjoni mhumiex meћtieġa fil-każijiet li ġejjin:

FuqFuq

  • petizzjonijiet sabiex jiġu modifikati deċiżjonijiet, azzjonijiet supplementari gћal depożiti ta’ garanzija, azzjonijiet li jikkonċernaw l-gћarfien ta’ deċiżjonijiet minn barra, kontrotalbiet u azzjonijiet li jridu jiġu rreġistrati f’perjodu ta’ żmien statutarju jew ġudizzjarju,
  • tilwimiet f’materji familjari,
  • mozzjonijiet gћal ritrattazzjoni,
  • talbiet taћt proċeduri gћall-infurzar ta’ att jew ta’ liġi,
  • proċedura litiġjuża, fejn it-talba tkun qed tiġi asserita taћt proċeduri sommarji gћall-irkupru ta’ dejn, u
  • azzjonijiet li gћandhom x’jaqsmu ma’ miżuri ta’ infurzar.

Barra minn hekk, il-proċeduri tal-konċiljazzjoni mhumiex permessi jekk il-partijiet ma jkunux jgћixu jew jekk ma jkollhomx l-uffiċċju reġistrat jew il-fergћa tagћhom fl-istess pajjiż.

L-istati federali jistgћu japplikaw il-liġijiet ta’ l-Istat sabiex jillimitaw l-gћan ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 15a(1) ta’ l-EGZPO u sabiex jestendu r-raġunijiet gћall-esklużjoni fl-Artikolu 15a(2) ta’ l-EGZPO.

2. L-użu ta’ tip partikolari ta’ soluzzjoni alternattiva għat-tilwim (ADR) huwa stabbilit bi statut jew huwa meћtieġ b’mod mandatorju fuq il-bażi ta’ deċiżjoni bil-qorti?

Il-Liġi Ġermaniża ma tpoġġi l-ebda obbligu ġenerali fuq il-partijiet litiganti sabiex dawn jippruvaw jsibu soluzzjoni għat-tilwima tagћhom barra l-qorti qabel ma jressqu l-kwistjoni tagћhom quddiem il-qrati.

Madankollu, skond l-Artikolu 15a ta’ l-Att li Jintroduċi l-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (EGZPO), stat federali jista’ jeћtieġ bil-liġi li l-azzjoni gћandha titressaq quddiem il-qorti biss ladarba l-attentat sabiex jinkiseb dan il-ftehim ikun sar f’uffiċċju ta’ konċiljazzjoni awtorizzat. Dan japplika gћal tilwimiet li jirrigwardaw id-drittijiet tal-proprjetà fejn il-valur fit-tilwima ma jkunx ta’ aktar minn EUR 750 kif ukoll gћal ċerti tilwimiet ta’ defamazzjoni u tilwimiet li jirrigwardaw il-liġi dwar il-ġirien u l-interessi ta’ sidien kontigwi. Jekk f’dan il-każ tkun saret azzjoni iżda mingћajr l-ebda tentattiv sabiex jintlaћaq ftehim, din gћandha tiġi ddikjarata bћala waћda inammissibbli. Mhux l-istati federali kollha s’issa gћamlu użu mill-possibbiltà li jkun hemm tentattiv ekstra-ġudizzjarju sabiex jintlaћaq ftehim.

FuqFuq

Rigward il-proċeduri ġudizzjarji ta’ l-ewwel istanza, l-Artikolu 278(2) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (ZPO) tagћmel dispożizzjoni bażika gћad-diskussjonijiet konsenswali li jridu jsiru qabel is-smigћ (kontenjuż) tal-qorti sabiex tinkiseb soluzzjoni amikevoli gћat-tilwima. Dan il-prinċipju jieqaf milli jkompli japplika biss meta id-diskussjonijiet sabiex jinkiseb ftehim ma jkollhom l-ebda prospetti ta’ suċċess, meta kull tentattiv sabiex jintlaћaq dan il-ftehim ikun sar diġà f’uffiċċju ta’ konċiljazzjoni ekstra-ġudizzjarja, per eżempju taћt il-liġi ta’ stat federali skond l-Artikolu 15a ta’ l-EGZPO, jew meta gћal raġunijiet oћra jkun ovvju li d-diskussjonijiet konsenswali jkunu bla tama. Minflok li teћtieġ diskussjonijiet konsenswali skond l-Artikolu 278(2) ZPO, f’każijiet adattati l-qorti tista’ tissuġġerixxi wkoll li l-partijiet gћandhom jirriżolvu t-tilwima tagћhom barra l-qorti (it-tieni sentenza ta’ l-Artikolu 278(5) ZPO).

3. Hemm regolamenti statutarji f’dan ir-rigward?

Iva, ara l-punt 2.

4. Jeżistu termini kuntrattwali rigward il-prestazzjoni ta’ kuntratt li, ladarba jkunu qamu t-tilwimiet, ikunu jeћtieġu l-ewwel l-użu tal-proċeduri ta’ l-ADR. It-tilwima tista’ titressaq quddiem il-qorti ladarba jkunu saru dawn il-proċeduri. Dawn it-termini jorbtu lill-partijiet?

Fil-prinċipju, iva. Il-parti opposta tista’ tagћmel eċċezzjoni sabiex azzjoni tiġi miċħuda jekk waћda mill-partijiet tonqos milli twettaq id-dmir kuntrattwali li tissottometti ruћha gћall-proċeduri ta’ l-ADR qabel ma tittieћed l-azzjoni.

FuqFuq

Jekk ikun hemm terminu ta’ dan it-tip fit-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali, il-kontenut tiegћu gћandu jkun soġġett gћall-iskrutinju tal-qorti skond l-Artikolu 307 tal-Kodiċi Ċivili (BGB). Dan jiddikjara li l-istipulazzjoni tkun waћda invalida jekk wieћed mill-imsieћba jużaha sabiex ipoġġi lill-imsieћeb kuntrattwali l-ieћor fi żvantaġġ mhux ġust. Il-prinċipju dominanti li gћandu jiggwida l-istћarriġ gћandu jkun jekk il-proċedura hix ġusta u imparzjali, u jekk l-imsieћeb kuntrattwali kellux jibbaża b’mod raġonevoli l-eċċezzjoni tiegћu fuq dan it-terminu jew jekk kellux imur direttament quddiem il-qorti. Punt ieћor li jrid jiġi kkunsidrat huwa li skond il-punt q ta’ l-Anness 1 gћad-Direttiva tal-Kunsill93/13/KEE, terminu kuntrattwali jista’ jitqies bћala inġust jekk id-dritt tal-konsumatur li jieћu l-azzjoni legali jew li jeżerċita kwalunkwe rimedju legali ieћor jiġix eskluż jew ostakolat.

5. Liema tipi ta’ tilwimiet huma adattati gћas-soluzzjoni permezz ta’ l-ADR?

Is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim hija intenzjonata li tirriżolvi ћafna tipi differenti ta’ tilwimiet minћabba l-flessibbiltà tagħha u minћabba d-diversi forom li tista’ tieћu, sakemm l-użu tal-proċeduri tas-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim ma jkunux rekwiżit mandatorju sabiex il-każ jinġieb quddiem il-qorti ċivili.

It-tilwimiet bejn il-kumpaniji

Fil-qasam tal-medjazzjoni kummerċjali, il-medjazzjoni tista’ tgћin sabiex tinżamm ir-relazzjoni bejn il-partijiet litiganti fuq il-livell preċedenti jew anki sabiex issaћћaћha. Vantaġġ ieћor tal-proċeduri ta’ medjazzjoni hija l-garanzija tal-kunfidenzjalità permezz ta’ l-esklużjoni tal-pubbliku.

FuqFuq

Il-medjazzjoni kummerċjali tintuża b’mod importanti f’oqsma li jinkludu qabel kollox il-kunflitti legali u fattwali kumplessi kollha bejn l-imsieћba tan-negozju. In-nuqqas ta’ qbil li ћafna drabi jkun personali ћafna wkoll jkun adattat gћall-proċeduri ta’ konċiljazzjoni u ta’ medjazzjoni, inklużi kunflitti taћt il-liġi tal-kumpaniji jew kunflitti fejn il-partijiet jkunu ta’ ċittadinanza differenti. L-użu tal-medjazzjoni kummerċjali jista’ jiġi rakkomandat gћall-oqsma kollha tan-negozju li fihom ir-relazzjonijiet bejn il-partijiet gћandhom ikomplu jћallu l-frott minkejja l-kunflitt kif ukoll wara li tinstab soluzzjoni għalih.

It-tilwimiet bejn l-impjegati u min iћaddem

Il-proċeduri ta’ medjazzjoni u servizzi oћra ta’ konċiljazzjoni f’tilwimiet ekstra-ġudizzjarji ma joffrux wisq opportunità ta’ suċċess f’dawk l-oqsma fejn ir-regolamenti statutarji jew il-liġi dwar in-negozjar kollettiv joffru proċeduri ta’ konċiljazzjoni b’suċċess u maћduma tajjeb. Dan huwa partikolarment il-każ f’oqsma li fihom is-soluzzjoni ta’ tilwima quddiem il-qorti ikun wieћed obbligatorju. Il-proċeduri tal-medjazzjoni jintużaw fuq kollox f’każijiet marbuta mal-liġi ta’ l-impjiegi li jirrigwardaw impjegati individwali.

It-tilwim familjari

Irreferi gћall-punt 1 “It-tilwim familjari

It-tilwimiet bejn l-individwi

L-ewwel riżultati proviżorji ta’ l-istudji ta’ valutazzjoni jissuġġerixxu li l-proċeduri ekstra-ġudizzjarji gћall-konċiljazzjoni, gћall-medjazzjoni u gћall-bini ta’ kunsens f’tilwimiet jistgћu fuq kollox isiru proċedura bażika gћal tilwimiet bejn il-ġirien u gћal talbiet li jirrigwardaw id-defamazzjoni tal-karattru. Il-proċedura ta’ medjazzjoni tkun partikolarment adattata gћall-konċiljazzjoni f’tilwimiet li jirrigwardaw relazzjonijiet kuntrattwali fit-tul, gћaliex f’dawn il-każijiet il-partijiet litiganti jkunu qed jaћdmu sabiex isolvu l-kunflitti tagћhom skond ir-responsabbiltà tagћhom stess, li huwa l-aћjar mod ta’ kif dawn jiġu f’pożizzjoni li tgћinhom jissoktaw bir-relazzjoni kuntrattwali tagћhom.

FuqFuq

Każijiet speċifiċi oћrajn (pereżempju r-relazzjonijiet bejn l-uffiċċji tal-gvern)

Fil-Ġermanja l-proċeduri ta’ medjazzjoni jintużaw f’każijiet li jirrigwardaw il-liġi pubblika jew azzjonijiet amministrattivi, partikolarment fil-liġi dwar l-ambjent. Dawn jintużaw gћall-ippjanar reġjonali, gћall-approvazzjoni uffiċjali ta’ pjanijiet u gћall-proċeduri ta’ awtorizzazzjoni. L-gћan huwa li jinkiseb grad ogћla ta’ kooperazzjoni u ta’ flessibbiltà f’azzjonijiet amministrattivi permezz ta’ soluzzjonijiet li jistgћu jintlaћqu permezz tan-negozjati.

6. Jekk jintużaw il-proċeduri ta’ l-ADR, kif jistgћu jiġu żgurati garanziji simili gћal dawk tal-qrati? B’mod partikolari, kif tista’ tiġi garantita l-kunfidenzjalità tan-negozjati?

Il-proċeduri ta’ medjazzjoni mhumiex stabbiliti bi statut, kontra r-regolamenti gћall-arbitraġġ jew gћall-bini ta’ kunsens, pereżempju, li huma ggvernati mil-liġijiet nazzjonali jew federali u li joffru garanziji simili gћal dawk li normalment jirriżultaw mill-proċeduri tal-qorti.

Il-kunfidenzjalità tal-proċeduri tista’ tiġi żgurata jekk il-parteċipanti fil-proċeduri tal-medjazzjoni jaslu gћal ftehim fuq dan. Il-medjatur biss ikollu d-dritt li jirrifjuta li jwieġeb gћad-domandi, jekk dan ikun membru ta’ grupp professjonali li jingћata d-dritt komprensiv li jirrifjuta li jwieġeb gћad-domandi dwar il-punti ta’ evidenza kollha li jirrigwardaw ix-xogћol li jkun sar fil-kapaċità professjonali tiegћu. Dan jirreferi l-aktar gћall-avukati u gћan-nutara pubbliċi.

FuqFuq

B’referenza gћall-proċeduri tas-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim li jiġu mill-applikazzjoni tal-liġi dwar it-trasferimenti bankarji, ir-regolamenti dwar il-proċeduri ta’ l-uffiċċju tal-konċiljazzjoni (SchlichtVerfVO) jipprovdu gћall-indipendenza tal-konċiljaturi fil-kapaċità tagћhom bћala tali u gћall-ћelsien tagћhom minn struzzjonijiet mandatorji (ara l-Artikolu 2(2) SchlichtVerfVO), kif ukoll gћad-dmir tagћhom li josservaw il-kunfidenzjalità (l-Artikolu 2(4) SchlichtVerfVO).

7. Huwa meћtieġ li jinkiseb parir legali? Xi rwol gћandhom l-avukati fil-proċeduri ta’ l-ADR?

Mhemm l-ebda stipulazzjoni li torbot lill-parteċipanti fi proċeduri ta’ medjazzjoni jew ta’ konċiljazzjoni li ġġiegћlhom ifittxu parir legali.

Fil-Ġermanja, mhemm l-ebda sfond professjonali uniformi gћal dawk il-persuni li jwettqu attivitajiet ta’ ADR. Il-konċiljaturi u l-medjaturi ma jiġux ingaġġati biss mill-professjoni legali, iżda partikolarment ukoll minn fost il-professjonisti tal-psikoloġija, ta’ l-edukazzjoni, tan-negozju u tax-xjenzi soċjali.

L-avukati li jaġixxu bћala konċiljaturi jew bћala medjaturi huma soġġetti gћar-regolamenti stabbiliti fil-liġi li tikkontrolla l-imġieba professjonali tagћhom, ir-regolamenti okkupazzjonali ta’ l-avukati. Dawn jistgћu jużaw it-titolu ta’ “Medjatur” jekk juru li huma familjari tassew mal-prinċipji tal-proċeduri tal-medjazzjoni permezz tat-taћriġ xieraq li jkunu ћadu.

8. Huwa possibbli li ssir soluzzjoni alternattiva għat-tilwim permezz ta’ proċeduri “b’distanza”? (B’mod partikolari, huwa possibbli li tiġi użata l-midja elettronika?)

Bћalissa fil-Ġermanja qed isiru l-ewwel tentattivi ta’ liġi privata sabiex il-proċeduri ta’ medjazzjoni jkunu jistgћu jsiru onlajn permezz ta’ l-internet.

FuqFuq

9. Jeżistu xi miżati gћall-proċeduri ta’ l-ADR? Jekk hemm, kif jiġu maqsuma l-ispejjeż? Teżisti dispożizzjoni gћall-gћajnuna legali?

Ir-regola ġenerali gћall-forom ta’ soluzzjoni alternattiva għat-tilwim hija li l-ispejjeż ta’ dawn il-proċeduri gћandhom jinġarru mill-partijiet.

Fejn l-uffiċċji tal-konċiljazzjoni jkunu ġew stabbiliti fis-settur privat sabiex jittrattaw l-ilmenti tal-konsumaturi, il-proċedura, bћala regola, hija mingћajr ћlas gћall-konsumatur. F’dawn il-każijiet il-konsumatur jagћmel tajjeb biss gћall-ispejjeż li jkun gћamel minћabba posta u telefonati.

Il-ġenituri u t-tfal li jagћmlu użu mis-servizzi tal-konċiljazzjoni u ta’ appoġġ gћall-welfare taż-żgћażagћ m’gћandhomx gћalfejn iћallsu gћal dawn.

Rigward l-ispejjeż tal-proċeduri mandatorji gћal ftehim ekstra-ġudizzjarju, ir-regolament ġenerali stabbilit fl-Artikolu 15a(4) ta’ l-EGZPO jistabbilixxi li l-ispejjeż tal-bord tal-kunsens gћandhom jiġu kkunsidrati bћala parti mill-ispejjeż tal-qorti fit-tifsira ta’ l-Artikolu 91 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (ZPO). Gћalhekk, il-parti li titlef il-każ gћandha tћallas l-ispejjeż jekk, wara li l-proċeduri ta’ konċiljazzjoni jkunu fallew, dawn jiġu ssoktati permezz ta’ proċeduri fil-qorti.

Gћall-konsulenza legali dwar il-proċeduri ta’ soluzzjoni ekstra-ġuduzzjarja ta’ tilwimiet, il-parti litiganti gћandha tingћata l-gћajnuna legali mill-istat jekk dik il-parti ma jkollhiex il-mezzi meћtieġa minћabba ċ-ċirkustanzi personali u ekonomiċi tiegћu jew tagћha, jekk ma jkun hemm l-ebda sorsi oћra ta’ gћajnuna xierqa, u jekk il-litigant ma jkunx qed jasserixxi apposta d-drittijiet tiegћu (l-Artikolu 1 tal-liġi li tirrigwarda l-gћajnuna gћall-konsulenza legali).

FuqFuq

10. Jekk l-isforz barra l-qorti sabiex tissolva tilwima ikun falla, xorta jkun gћadu possibbli li l-każ jitressaq quddiem il-qorti? Dan jaffettwa l-limitazzjonijiet statutarji fil-proċeduri tal-qorti?

Fil-prinċipju, l-użu ta’ mezzi alternattivi gћas-soluzzjoni ta’ tilwimiet ma jżommx lill-partijiet milli wara jmorru quddiem il-qorti.

Fi ћdan il-qafas tal-proċeduri mandatorji ta’ konċiljazzjoni (ara l-Artikolu 15a ta’ l-EGZPO), in-nuqqas li jintlaћaq ftehim hija prekundizzjoni gћall-ammissibbiltà ta’ l-azzjoni. Gћaldaqstant, huwa possibbli li jekk ma tinstab l-ebda soluzzjoni gћat-tilwima, il-kwistjoni tista’ titressaq quddiem il-qorti. Jekk il-proċeduri tal-ftehim skond l-Artikolu 278(5) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (ZPO) ikunu fallew, il-proċeduri jiġu mibdula f’oћrajn kontenjużi.

Jekk ikun sar tentattiv gћal soluzzjoni ekstra-ġudizzjarja ta’ tilwima quddiem istituzzjoni ta’ konċiljazzjoni fis-settur privat ta’ l-ekonomija b’reazzjoni gћall-ilment ta’ konsumatur, il-parteċipanti jistgћu jressqu l-każ quddiem il-qorti jekk dawn ma jkunux aċċettaw l-offerta tal-konċiljazzjoni. Hawnhekk qed issir referenza gћas-sottomissjoni ta’ l-offerta tal-konċiljazzjoni (l-ewwel sentenza ta’ l-Artikolu 5(3) tar-regoli ta’ proċedura gћall-bordijiet ta’ konċiljazzjoni (Schlichtungsstellenverfahrensordnung)).

Matul it-tentattiv sabiex tinstab soluzzjoni għall-kwistjoni barra l-qorti, l-istatut tal-limitazzjonijiet gћandu jiġi sospiż fejn jikkonċerna l-ilmenti tal-partijiet fit-tilwima. Gћall-proċeduri ta’ ftehim u ta’ arbitraġġ quddiem bordijiet ta’ kunsens immexxija mill-Istat jew li huma rikonoxxuti, din hija konsegwenza diretta tad-dispożizzjoni magћmula fil-punt 4 ta’ l-Artikolu 204(1) tal-Kodiċi Ċivili Ġermaniż (BGB).

FuqFuq

Gћal forom oћrajn ta’ soluzzjoni alternattiva għat-tilwim, din hija l-konsegwenza ta’ l-Artikolu 203(1) tal-BGB. Din gћandha l-effett li ma toћloq l-ebda pressjoni fuq il-partijiet sabiex itemmu n-negozjati ekstra-ġudizzjarji tagћhom qabel ma jkun skada l-perjodu tal-limitazzjoni.

11. Jekk ikun hemm ftehim reċiproku bejn il-partijiet bћala riżultat ta’ proċeduri ta’ l-ADR, kif dan gћandu jitpoġġa fis-seћћ? X’jiġri jekk is-soluzzjoni ma titpoġġiex fil-prattika immedjatament? Jistgћu jiġu applikati l-proċeduri ta’ infurzar tas-soltu? Xorta jkun gћadu possibbli li l-każ jitressaq quddiem il-qorti?

L-gћan bażiku tal-proċeduri tas-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim huwa li tinstab soluzzjoni li dwarha jkun hemm ftehim reċiproku. Bћala regola, soluzzjoni bћal din gћandha tinkiteb u jkollha karattru kuntrattwali. Gћalhekk, din tkun torbot lill-partijiet, u gћaldaqstant jekk waћda mill-partijiet tinjoraha, il-parti l-oћra tista’ tinfurzaha bl-introduzzjoni ta’ proċeduri ġudizzjarji.

Ftehim dwar arranġament ћafna drabi jkun jikkostitwixxi arranġament fit-tifsira ta’ l-Artikolu 779 tal-Kodiċi Ċivili Ġermaniż (BGB), gћaliex il-ftehimiet ta’ dan it-tip ћafna drabi jinvolvu konċessjonijiet reċiproċi (gћalkemm żgћar) min-naħa taż-żewġ partijiet fejn jikkonċerna l-inċertezzi dwar ir-relazzjonijiet kuntrattwali tagћhom jew it-twettiq ta’ azzjonijiet legali sabiex jiġu infurzati t-talbiet rispettivi tagћhom. Dan l-arranġament jista’ jiġi infurzat direttament mingћajr ma wieћed ikollu gћalfejn jikseb deċiżjoni permezz ta’ proċeduri ġudizzjarji, jekk din tiġi konkluża mill-avukati tal-partijiet litiganti fil-forma ta’ l-hekk imsejjaћ ftehim bejn l-avukati. Jekk, f’dan il-każ, il-parti responsabbli tissottometti gћall-infurzar immedjat, u jekk l-arranġament jiġi depożitat fil-Qorti Lokali (Amtsgericht), l-arranġament jista’ jiġi ddikjarat mill-qorti kompetenti bћala wieћed li jista’ jiġi infurzat b’reazzjoni gћall-applikazzjoni ta’ waћda mill-partijiet (l-Artikoli 796a, 796b flimkien mal-punt 4b ta’ l-Artikolu 794(1) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (ZPO)).

Huwa possibbli wkoll li jintlaћaq arranġament fil-forma ta’ att notarili li jista’ jintuża sabiex l-infurzar isir direttament jekk il-parti responsabbli tkun issottomettiet għall-infurzar immedjat (l-Artikolu 794(1) il-punt 5 ZPO).

Arranġament li jintlaћaq quddiem bord tal-kunsens immexxi mill-Istat jew li huwa rikonoxxut mill-Istat fit-tifsira ta’ l-Artikolu 15a ta’ l-EGZPO jikkostitwixxi, bћal arranġament li jintlaћaq quddiem il-qorti, titolu eżekuttiv, li għab-bażi tiegћu jkun jista’ jsir l-infurzar (punt 1 ta’ l-Artikolu 794(1) ZPO).

« Meżżi alternattivi għal riżoluzzjoni ta’ kwistjoni - Informazzjoni Ġenerali | Ġermanja - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 15-03-2007

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit