Kummissjoni Ewropea NGE Meżżi alternattivi għal riżoluzzjoni ta’ kwistjoni
Din il-paġna issa skadiet. L-aġġornament qed jitħejja bħalissa u jkun disponibbli fil-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.
Xi drabi l-liġi jew il-qrati jgħidulek li għandek tirrikorri għal mod alternattiv tar-riżoluzzjoni ta' tilwim, imma aktar spiss huma l-partijiet fit-tilwima nfushom li jiddeċiedu hekk. It-tekniki tal-mezzi alternattivi tar-riżoluzzjoni ta' tilwim jistgħu jgħinuk issolvi l-problemi tiegħek billi tinvolvi terza persuna newtrali u kwalifikata. Il-Mezzi Alternattivi tar-Riżoluzzjoni ta' Tilwim jieħdu forom diversi, distinti skond il-mod kif it-terza persuna tiġi involuta.
Matul dawn il-proċessi, magħrufa bħala “konċiljazzjoni” jew “medjazzjoni”, il-partijiet jiġu mistiedna biex jiftħu jew jerġgħu jibdew djalogu u jevitaw il-konfrontazzjoni; huma nfushom jagħżlu t-teknika biex isolvu t-tilwima u jkollhom rwol partikolarment attiv billi huma stess jippruvaw isibu l-aħjar soluzzjoni għalihom. Dawn il-metodi jipprovdu opportunità li tmur lil hinn mill-pożizzjoni purament legali u tasal għal soluzzjoni personalizzata li taqbel man-natura reali tat-tilwima. Dan il-metodu bbażat fuq kunsens ikabbar iċ-ċansijiet li ladarba l-partijiet ikunu solvew it-tilwima tagħhom, ikunu jistgħu iżommu relazzjonijiet normali kummerċjali jew personali.
- Partikolarment fit-tilwim tal-konsumatur, hemm diversi forom ta' mezzi alternattivi tar-riżoluzzjoni ta' tilwim li fihom it-terza persuna tagħti s-soluzzjoni.
“Il-Bordijiet ta' l-Ilmenti tal-Konsumatur” fil-pajjiżi Skandinavi jaħdmu b'dan il-mod. Konsumatur li jkun ressaq ilment quddiem wieħed minn dawn il-bordijiet jista' sussegwentement imur il-qorti jekk ma jkunx sodisfatt bis-soluzzjoni proposta.
Xi darbi dan huwa l-każ ta' l-“Ombudsmen” maħtura f'ċerti negozji bħall-kummerċ bankarju u l-assigurazzjoni. Id-deċiżjonijiet tagħhom jorbtu lid-ditti li jieħdu sehem fl-iskema. Jekk il-konsumatur ma jkunx sodisfatt bid-deċiżjoni, jista’ jieħu il-każ tiegħu l-qorti.
Id-deċiżjoni, li torbot liż-żewġ naħat fit-tilwima, tista' tittieħed skond ir-regoli tal-liġi (l-arbitraġġ klassiku) jew fuq bażi ta' ekwità (l-arbitraġġ bonarju). Id-deċiżjoni ta' l-arbitru għandha l-istatus ta' deċiżjoni infurzabbli, li jfisser li bażikament it-tilwima solvuta ma tistax tittieħed il-qorti. L-arbitraġġ ta’ spiss jitqies bħala li mhux realment forma ta' mod alternattiv tar-riżoluzzjoni ta’ tilwim. Hemm strumenti tal-liġi tal-Komunità u internazzjonali li jirregolaw jew jinkoraġġixxu mezzi alternattivi tar-riżoluzzjoni ta' tilwim. Għal aktar informazzjoni, ikklikkja fuq “Il-liġi tal-Komunità” jew “Il-liġi internazzjonali”.
L-aħħar aġġornament: 28-02-2007