Kummissjoni Ewropea > NGE > Meżżi alternattivi għal riżoluzzjoni ta’ kwistjoni > Finlandja

L-aħħar aġġornament: 21-11-2006
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Meżżi alternattivi għal riżoluzzjoni ta’ kwistjoni - Finlandja

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. L-aġġornament qed jitħejja bħalissa u jkun disponibbli fil-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


 

LISTA TAL- KONTENUT

Qabelxejn, liema huma t-tipi varji ta’ ADR fil-Finlandja? Qabelxejn, liema huma t-tipi varji ta’ ADR fil-Finlandja?
Ħarsa ħafifa Ħarsa ħafifa
Servizzi ta’ parir Servizzi ta’ parir
Arbitraġġ Arbitraġġ
Rakkomandazzjonijiet Rakkomandazzjonijiet
Hemm metodu alternattiv ta’ riżoluzzjoni tal-kwistjonijiet għall-biċċa l-kbira tal-kwistjonijiet. Aktar tagħrif iddetaljat dwar il-proċeduri li hemm f’sitwazzjonijiet differenti huma stipulati hawn taħt: Hemm metodu alternattiv ta’ riżoluzzjoni tal-kwistjonijiet għall-biċċa l-kbira tal-kwistjonijiet. Aktar tagħrif iddetaljat dwar il-proċeduri li hemm f’sitwazzjonijiet differenti huma stipulati hawn taħt:
Kwistjonijiet bejn in-negozji Kwistjonijiet bejn in-negozji
Kwistjonijiet bejn min iħaddem u l-impjegati Kwistjonijiet bejn min iħaddem u l-impjegati
Kwistjonijiet bejn is-sidien ta’ l-art u l-kerrejja Kwistjonijiet bejn is-sidien ta’ l-art u l-kerrejja
Kwistjonijiet bejn il-konsumaturi u n-negozji Kwistjonijiet bejn il-konsumaturi u n-negozji
Kwistjonijiet fil-familji Kwistjonijiet fil-familji
Kwistjonijiet bejn l-individwi Kwistjonijiet bejn l-individwi
Każijiet oħra speċjali (per eżempju kwistjonijiet ma’ l-awtoritajiet, is-servizzi tas-saħħa u s-servizzi legali) Każijiet oħra speċjali (per eżempju kwistjonijiet ma’ l-awtoritajiet, is-servizzi tas-saħħa u s-servizzi legali)

 

Qabelxejn, liema huma t-tipi varji ta’ ADR fil-Finlandja?

Ħarsa ħafifa

Kwistjoni tista’, jekk ikun mixtieq, tkun ippreżentata biex tkun ikkunsidrata minn qorti, irrispettivament minn jekk jintużax servizz ekstraġudizzjarju biex tissolva. L-użu ta’ servizzi ekstraġudizzjarji ma huwa obbligatorju fl-ebda sitwazzjoni. L-użu ta’ dawn is-servizzi jista’, madankollu, ikun vantaġġuż sabiex tinkiseb soluzzjoni tal-kwistjoni bil-ħeffa.

Waħda mill-ħtiġiet tal-kawżi ta’ natura ċivili hija li l-qrati jridu jistabbilixxu jekk kwistjoni tistax tissolva amikevolment. Din il-ħtieġa hija stipulata fil-Kapitolu 5, Artikolu 26 tal-Kodiċi tal-Proċedura.

Qiegħed jitħejja wkoll Att speċjali li bih il-qrati jkunu jistgħu, bla ma joqogħdu għal ħtiġiet formali, jirriżolvu kwistjonijiet ċivili irrispettivament minn jekk hemmx kawżi legali ġa pendenti.

Fil-Finlandja, il-partijiet jistgħu jmexxu l-kwistjonijiet legali kollha tagħhom huma nfushom mingħajr avukati jew konsulenti. Dan huwa l-każ fir-rigward tal-metodi alternattivi ta’ riżoluzzjoni stipulati f’dan id-dokument u fir-rigward tal-kawżi fil-qorti. Xorta waħda, in-natura tal-kwistjoni taf tfisser li jkollhom jintużaw avukati jew konsulenti sabiex jinġieb għarfien espert tal-liġi.

Ir-riżoluzzjoni ekstraġudizzjarja tal-kwistjonijiet tista’ ssir bl-użu ta’ tliet gruppi ta’ proċeduri, kif stipulat aktar fid-dettall hawn taħt.

Servizzi ta’ parir

Is-servizzi ta’ parir offruti liċ-ċittadini jistgħu jinkludu l-assistenza sabiex ikun konkluż ftehim neċessarju biex il-kwistjonijiet jissolvew bejn il-partijiet, per eżempju assistenza sabiex isiru arranġamenti mill-ġdid dwar xi dejn. Xi servizzi huma statutorji, bħalma huwa s-Servizz ta’ Parir Finanzjarju u dwar id-Dejn, u xi wħud huma servizzi volontarji mogħtija minn organizzazzjonijiet varji.

FuqFuq

Arbitraġġ

Hemm ukoll servizzi ta’ arbitraġġ speċjalizzati. L-għan ta’ l-arbitraġġ huwa li jqarreb il-perspettivi tal-partijiet lejn xulxin u li jgħinhom isolvu l-kwistjoni huma stess. Arranġament jista’ jkun ibbażat fuq dak li huwa raġonevoli għall-partijiet, aktar milli x’kien ikun ir-riżultat li kieku kienet applikata l-liġi. Mis-servizzi ta’ l-arbitraġġ, ta’ min isemmi dak marbut ma’ l-arranġamenti dwar il-kustodja tat-tfal, id-drittijiet tal-viżita u l-manteniment, li jieħu s-sura ta’ ftehim bejn il-ġenituri; dan il-ftehim jista’, jekk ikun meħtieġ, jinbeda bl-għajnuna ta’ social workers, li jistgħu jiżguraw ukoll li l-ftehim ikun osservat.

Il-Finnish Bar Association jipprovdi l-arbitraġġ suomi bħala servizz kummerċjali mogħti mill-avukati.

Rakkomandazzjonijiet

Metodu ieħor li hemm ta’ riżoluzzjoni tal-kwistjonijiet huwa wieħed fejn issir rikmandazzjoni għar-riżoluzzjoni tal-kwistjonijiet. Ir-rikmandazzjoni hija bbażata l-aktar fuq il-liġi fis-seħħ. L-aktar eżempju sinifikanti ta’ din il-proċedura huwa r-riżoluzzjoni tal-kwistjonijiet tal-konsumaturi fil-Bord ta’ l-Ilmenti tal-Konsumaturi. Hemm entitajiet statutorji uffiċjali li jużaw dan il-metodu, bħalma huwa l-Bord ta’ l-Ilmenti tal-Konsumaturi, imma jeżistu wkoll bordijiet oħra, bħalma huwa l-Bord Finlandiż ta’ l-Ilmenti dwar l-Assigurazzjoni fir-rigward tal-kuntratti ta’ l-Assigurazzjoni, li kienu stabbiliti fuq bażi volontarja.

FuqFuq

Hemm metodu alternattiv ta’ riżoluzzjoni tal-kwistjonijiet għall-biċċa l-kbira tal-kwistjonijiet. Aktar tagħrif iddetaljat dwar il-proċeduri li hemm f’sitwazzjonijiet differenti huma stipulati hawn taħt:

Kwistjonijiet bejn in-negozji

Kwistjonijiet bejn min iħaddem u l-impjegati

Kwistjonijiet bejn is-sidien ta’ l-art u l-kerrejja

Kwistjonijiet bejn il-konsumaturi u n-negozji

Is-Servizz ta’ l-Awtorità Lokali ta’ Parir għall-Konsumaturi

Is-Servizz ta’ l-Awtoritajiet Lokali ta’ Parir għall-Konsumaturi huwa servizz statutorju ta’ parir li l-awtoritajiet legali għandhom id-dmir li jipprovdu.

Is-servizz jipprovdi tagħrif ġenerali u parir personali dwar kwistjonijiet li għandhom which have a impatt fuq id-deċiżjonijiet fi kwistjonijiet tal-konsumaturi u fuq il-pożizzjoni tal-konsumaturi; dan jassisti wkoll lill-konsumaturi f’kwistjonijiet individwali bejn il-konsumaturi u n-negozji. F’kwistjonijiet ta’ dan it-tip, is-Servizz ta’ Parir għall-Konsumaturi jista’ jiċċara l-kwistjonijiet bejn il-konsumaturi u n-negozji u jista’ jagħmel sforz biex iqabbad it-triq lejn arranġament amikevoli; fejn ikun neċessarju, is-Servizz ta’ Parir jista’ jidderieġi lill-konsumaturi lejn l-entità xierqa għal rimedju legali.

Il-konsumaturi jistgħu jieħdu parir miċ-Ċentru ta’ Parir għall-Konsumaturi fid-distrett fejn jgħixu l-konsumaturi. Kwistjonijiet li jinvolvu żoni differenti jistu jittieħdu quddiem iċ-Ċentru ta’ Parir għall-Konsumaturi Deutsch - English - français - suomi - svenska ta’ Helsinki.

FuqFuq

Jekk il-kwistjoni tista’ tkun solvuta bl-użu tal-metodu ta’ parir, rikmandazzjoni għar-riżoluzzjoni tista’ tintalab mingħand entità esterna. Jeżistu żewġ entitajiet bħal dawn: il-Bord ta’ l-Ilmenti tal-Konsumaturi u l-Bord ta’ l-Ilmenti dwar l-Assigurazzjoni. Dawn ikopru l-pajjiż kollu.

Il-Bord ta’ l-Ilmenti tal-Konsumaturi

Il-kompitu prinċipali tal-Bord ta’ l-Ilmenti tal-Konsumaturi English - suomi - svenska huwa biex jagħmel rikmandazzjonijiet dwar differenzi tal-fehma bejn in-negozji u l-konsumaturi fi kwistjonijiet individwali dwar kuntratti fir-rigward ta’ beni għall-konsumaturi jew fi kwistjonijiet oħra li għandhom x’jaqsmu mal-ksib ta’ oġġetti għall-konsumaturi li l-konsumaturi jkunu ressqu biex ikunu kkunsidrati mill-Board. Sitwazzjoni tipika hija fejn il-konsumaturi jikkunsidraw li jkun hemm difetti fl-oġġetti li xtraw u n-negozju ma jaqbilx.

Il-Bord ta’ l-Ilmenti tal-Konsumaturi juża proċedura bil-miktub. Il-parti li tirrispondi l-ilment tintalab twieġeb għall-applikazzjoni sakemm l-ilment ma jitqiesx manifesament bla bażi. Attentat biex isir xi arranġament jista’ jsir fl-istadju ta’ tħejjija u jista’ jkun ippreżentat fis-sura ta’ arranġament issuġġerit. Huwa ċar ukoll mill-Artikolu 6 ta’ l-Att dwar il-Bord ta’ l-Ilmenti tal-Konsumaturi li r-rwol tal-Bord huwa li jwassal għal soluzzjoni permezz tal-qrati; l-Artikolu 6 jgħid li l-Bord jista’ ma jirriżolvix il-kwisjonijiet li jkun hemm pendenti fil-qorti jew li jkunu ġew solvuti fil-qorti.

FuqFuq

L-ebda dritt ma jitħallas biex kwisjoni tkun ikkunsidtata mill-Bord ta’ l-Ilmenti tal-Konsumaturi. Il-partijiet iridu jħallsu l-ispejjeż tagħhhom li joħorġu mill-kwistjoni li tkun qiegħda tiġi kkunsidrata mill-Bord ta’ l-Ilmenti tal-Konsumaturi. It-Taqsima tad-Djar tal-Bord tista’ madankollu, fejn ikun hemm raġunijiet speċjali, tirrikmanda li l-ispejjeż tal-persuna intimata għandhom jitħallsu.

Il-Bord ta’ l-Ilmenti tal-Konsumaturi jippubblika d-deċiżjonijiet tiegħu u dawn huma importanti għall-konsumaturi u n-negozji sa fejn jirrigwarda l-applikazzjoni tal-liġi.

Bord ta’ l-Ilmenti dwar l-Assigurazzjoni

Il-kwistjonijiet dwar il-kuntratti ta’ l-assigurazzjoni mhux obbligatorja u l-ħlasijiet ta’ kumpens magħmula fir-rigward ta’ dawn il-kuntratti jkunu kkunisdrati mill-Bord ta’ l-Ilmenti dwar l-Assigurazzjoni suomi. L-attività tal-bord fir-rigward ta’ l-arranġamenti kuntrattwali tal-kumpaniji ta’ l-assigurazzjoni titħallas mill-assiguraturi stess. Il-mod li l-Board jimmaniġġa l-kwistjonijiet huwa organizzat fuq l-istess linji bħal dawk tal-Bord ta’ l-Ilmenti tal-Konsumaturi.

Servizz Finanzjarju u ta’ Parir dwar id-Dejn

Ftehim bejn l-individwu u l-kredituri jaf ikun jista’ jiġi nnegozjat mill-ġdid mis-Servizz ta’ Parir Finanzjarju u dwar id-Dejn. L-aġġustament tad-djun ta’ l-individwu jistgħu jinvolvu wkoll ftehim għar-riżoluzzjoni tal-kwistjonijiet.

Is-Servizz ta’ Parir Finanzjarju u dwar id-Dejn huwa servizz nazzjonali statutorju. Is-servizz jagħti lill-individwi tagħrif u parir dwar l-immaniġġar tal-finanzi u d-djun tagħhom. Fejn ikun neċessarju, is-Servizz fl-ippjanar ta’ l-immaniġġar finanzjarju u jispjega modi possibbli sabiex min għandu jagħti jirriżolvi l-problemi finanzjarji tiegħu. Min għandu jagħti jingħata wkoll l-assistenza sabiex jilħaq ftehim mal-kredituri għar-riaġġustament tad-dejn.

FuqFuq

Fejn ikun neċessarju, il-klijenti jingħataw ukoll assistenza dwar kif għandhom jimxu fi kwistjonijiet ta’ dejn, partikularlment fejn jirrigwarda l-abbozzar ta’ petizzjoni għall-aġġustament tad-dejn u r-rapporti u d-dokumenti l-oħra meħtieġa fl-Act on the Adjustment of the Debts of a Private Individual (57/1993); min għandu jagħti jingħata wkoll iggwidat jitlob assistenza legali fejn ikun neċessarju.

L-individwu japplika quddiem is-Servizz fid-distrett fejn jgħix.

Tagħrif prinċipali dwar is-Servizz  ta’ Parir Finanzjarju u dwar id-Dejn jinsab fuq is-sit elettroniku suomi tan-National Consumer Administration .

Kwistjonijiet fil-familji

L-Arbitraġġ dwar Kwistjonijiet tal-Familja isir prinċipalment fil-parametri tas-servizzi soċjali. Dan huwa għaldaqstant servizz pubbliku. L-individwi jistgħu japplikaw għas-servizz fiċ-ċentru tas-servizzi soċjali fid-distrett fejn jgħixu.

L-għan jista’ jkun sempliċiment skop soċjali bħalma huwa li jintlaħaq bilanċ fil-ħajja tal-familja jew jista’ jkun ukoll biex isiru arranġamenti legali meta jkun qiegħed isir xi ftehim dwar il-kustodja tat-tfal, id-drittijiet ta’ viżita u l-manteniment, per eżempju.

F’sitwazzjonijiet bħal ngħidu aħna meta l-ġenituri jkunu qegħdin jinfirdu, huwa importanti li jsiru arranġamenti fir-rigward tal-kustodja u l-manteniment tat-tfal, partikularlment f’għajnejn it-tfal infushom. L-arranġamenti jistgħu jieħdu s-sura ta’ ftehim bejn il-ġenituri li jkun approvat mis-Social Welfare Board. Bis-saħħa tal-Custody of Children u Visiting Rights Act, ftehim fejn għandhom x’jaqsmu d-drittijiet tal-kustodja u l-viżita jkun approvat jekk ikun fl-interessi tat-tfal u jikkorispondi max-xewqat tat-tfal stess. Bis-saħħa taċ-Child Maintenance Act, l-approvazzjoni ta’ ftehim dwar il-manteniment teħtieġ il-ftehim biex isir provvediment suffiċjenti għat-tfal. Fil-prattika, l-awtoritajiet tas-servizzi soċjali (social welfare) jgħinu lill-ġenituri jilħqu ftehim dwar dawn il-kwistjonijiet. Ftehim approvat ikun infurzat bħal kieku kien deċiżjoni li ma jistax isir appell minnha.

FuqFuq

Fil-prattika, il-biċċa l-kbira ta’ l-arranġamenti legali marbuta mal-kustodja tat-tfal, id-drittijiet tal-viżita u l-manteniment huma amministrati bil-ftehim approvat mis-Social Welfare Board. Kull sena, is-servizzi soċjali japprovaw madwar 38 000 ftehim dwar il-kustodja.

Il-liġi tgħid li l-proċedura prinċipali li għandha tintuża biex ikunu infurzati d-deċiżjonijiet marbuta mal-kustodja tat-tfal u d-drittijiet ta’ viżita hija l-arbitraġġ. Dan ifisser li ġeneralment qorti jkollha tiddetermina l-arbitru jew arbitri li jkollhom il-kompitu li jippromwovu l-kooperazzjoni bejn il-partijiet involuti biex ikun żgurat il-ġid tat-tfal bil-mod stipulat fid-deċiżjoni. Ir-rikmandazzjonijiet fir-rigward ta’ l-infurzar huma wkoll amministrati mis-Servizz Soċjali.

(Ara l-Kustodja tat-Tfal - Il-Finlandja u l-Manteniment - Il-Finlandja)

Kwistjonijiet bejn l-individwi

L-Arbitraġġ fi kwistjonijiet ta’ natura kriminali isir f’bosta muniċipalitajiet. Dawn il-kwistjonijiet jinvolvu t-tlaqqigħ tal-persuna ssuspettata li wettqet l-att kriminali u tal-vittma, permezz ta’ arbitru u d-diskussjoni ta’ tiswija ta’ dak li ġara. Jista’ wkoll ikun ittrattat il-kumpens tal-ħsara li rriżulatat minn dik l-offiża u jintlaħaq ftehim.

Għalissa, din l-attività hija volontarja. L-inizjattiva li l-kwistjoni tittieħed għall-arbitraġġ tista’ tiġi mill-partijiet involvuti, il-pulizija, il-prosekuzzjoni jew l-awtoritajiet tas-servizzi soċjali (social welfare). Bħalissa għaddejja diskussjoni dwar it-tqegħid tas-servizz fuq bażi ekwivalenti u sabiex ikun estiż madwar il-pajjiż kollu.

FuqFuq

Aktar tagħrif dwar l-arbitraġġ fi kwistjonijiet ta’ natura kriminali tinsab fis-sit elettroniku English - suomi - svenska tas-sistema tal-qorti.

Każijiet oħra speċjali (per eżempju kwistjonijiet ma’ l-awtoritajiet, is-servizzi tas-saħħa u s-servizzi legali)

Rikmandazzjoni dwar ir-riżoluzzjoni ta’ kwistjonijiet ta’ responsabbiltà kriminali fir-rigward tas-servizzi tas-saħħa tista’ tintalab mingħand il-Patient Injury Board. Il-proċedura qiegħda stipulata fis-sit elettroniku suomi - svenska tal-bord.

Differenzi tal-fehma dwar il-kumpens li għandu jitħallas fir-rigward ta’ l-assigurazzjoni obbligatorja tal-vetturi bil-mutur li tkopri l-ħsara ta’ l-oħrajn li tirriżulta mis-sewqan ta’ vettura bil-mutur huma trattati mill-Bord ta’ l-Assigurazzjoni tal-Vetturi bil-Mutur. Dan jista’ jagħti l-fehma tiegħu jew rikmandazzjoni dwar il-kwisjoni. Tagħrif dwar l-operat tal-Bord jinsab hawn suomi - svenska.

Utenti mhux sodisfatti ta’ servizz legali li għalih ikun tħallas dritt jistgħu jippreżentaw talba għall-kumpens li tkun eżaminata bil-proċedura interna interna tal-Finnish Bar Association. Linji ta’ gwida dwar dik il-proċedura jinsabu f’din il-paġna suomi. Il-proċedura ma hijiex obbligatorja u mod daqstant ieħor tajjeb jista’ jkun li tippreżenta l-kwistjoni lill-Bord ta’ l-Ilmenti tal-Konsumaturi biex tkun ikkunsidrata minnhom jew li tmur il-qorti direttament.

« Meżżi alternattivi għal riżoluzzjoni ta’ kwistjoni - Informazzjoni Ġenerali | Finlandja - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 21-11-2006

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit