Kummissjoni Ewropea > NGE > Meżżi alternattivi għal riżoluzzjoni ta’ kwistjoni > Liġi Komunitarja

L-aħħar aġġornament: 06-08-2007
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Meżżi alternattivi għal riżoluzzjoni ta’ kwistjoni - Liġi Komunitarja

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. L-aġġornament qed jitħejja bħalissa u jkun disponibbli fil-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


Ghal l-ahtar aggiornaurent fuq it-test, Mekk jghogobk ara English

L-Unjoni Ewropea tinteressa ruħha ħafna fil-metodi alternattivi ta’ soluzzjoni tat-tilwim.

F’April 2002 il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat dokument ta’ diskussjoni dwar il-metodi alternattivi ta’ soluzzjoni tat-tilwim (ADR). F’Lulju 2004 il-Kummissjoni organizzat it-tnedija ta’ Kodiċi ta’ Kondotta għall-Medjaturi English PDF File (PDF File 118 KB) li kien approvat u adottat minn għadd kbir ta’ esperti fil-Medjazzjoni u f’Ottubru 2004 il-Kummissjoni adottat u ssottomettiet lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill Ewropew abbozz ta’ Direttiva Qafas dwar il-Medjazzjoni.

Il-Green Paper, il-Kodiċi ta’ Kondotta u l-abbozz ta’ Direttiva kollha jifformaw parti mix-xogħol kurrenti tal-Komunità Ewropea biex tistabbilixxi żona ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, u b’mod partikolari dwar it-titjib ta’ l-aċċess għall-ġustizzja. Hija l-fehma tal-Kummissjoni li t-tħeġġiġ ta’ l-użu tal-Medjazzjoni u forom oħrajn ta’ Metodi ta’ Soluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim jgħin fis-soluzzjoni tat-tilwim u jgħin biex ikun evitat l-inkwiet, il-ħin u l-ispejjeż assoċjati mal-litigazzjoni fil-qorti u għalhekk tgħin liċ-ċittadini b’mod reali biex jiżguraw id-drittijiet legali tagħhom.

Bħala konsegwenza tal-pjan ta' azzjoni ta' Vjenna fl-1998 u tal-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta' Tampere fl-1999, il-Kunsill tal-Ministri tal-Ġustizzja u ta’ l-Intern kien stieden lill-Kummissjoni biex tippreżenta Green Paper dwar il-metodi alternattivi ta’ soluzzjoni tat-tilwim fil-liġi ċivili u kummerċjali minbarra l-arbitraġġ, li tieħu f'kunsiderazzjoni s-sitwazzjoni preżenti u li tniedi konsultazzjoni wiesgħa dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu. Għandha tingħata prijorità lill-possibbiltà li jiġu stabbiliti prinċipji fundamentali, kemm b'mod ġenerali kif ukoll fl-oqsma speċifiċi, li jkunu jistgħu joffru l-garanziji meħtieġa sabiex is-soluzzjoni ekstra-ġudizzjarja tat-tilwim tiżgura l-livell ta' sigurtà xieraq fl-amministrazzjoni tal-ġustizzja.

Fil-Green Paper tagħha, il-Kummissjoni tfakkar li l-iżvilupp ta’ dawn il-forom ta’ soluzzjoni tat-tilwim m’għandux jitqies bħala rimedju għad-difetti fil-ħidma tal-qrati iżda bħala forma oħra u aktar kunsenswali taż-żamma tal-paċi soċjali u ta’ soluzzjoni tal-kunflitti u tat-tilwimiet li f’bosta każi huma aktar xierqa mis-soluzzjoni ta’ tilwimiet minn terzi permezz tal-qrati jew ta’ l-arbitraġġ.

FuqFuq

Il-metodi alternattivi ta’ soluzzjoni tat-tilwim, bħal per eżempju l-medjazzjoni jippermettu lill-partijiet li jerġgħu jiftħu djalogu biex isibu soluzzjoni vera għat-tilwima tagħhom, minflok ma jingħalqu f’loġika ta’ kunflitt u ta’ konfrontazzjoni li minnha fl-aħħar joħorġu r-rebbieħ u t-tellief. L-importanza ta’ dan hi tassew ovvja, per eżempju, fil-qasam tat-tilwim familjari, iżda l-utilità potenzjali tagħha hi wkoll importanti f’bosta tipi oħra ta’ litigazzjoni.

Hija tintuża dejjem aktar f’tilwim kummerċjali kumpless, fejn il-partijiet, filwaqt li jixtiequ jirriżolvu kunflitt, jixtiequ wkoll iżommu sa fejn possibbli relazzjoni kummerċjali li tkompli. Hija dejjem aktar komuni fit-tilwim li jirriżulta minn inċidenti mediċi fejn il-Medjazzjoni tista’ twassal għall-adozzjoni ta’ riżoluzzjoni innovattiva ta’ dak li huwa spiss kunflitt sensittiv ħafna u tipprovdi rimedji kreattivi li jistgħu jkunu lil hinn mis-setgħat tal-qrati.

Il-Green Paper ipprovdiet ukoll firxa kbira ta’ tagħrif u qieset skala wiesgħa ta’ kwistjonijiet, biex b’hekk bdiet tiffamiljarizza lill-akbar numru possibbli ta’ persuni ma’ dawn il-forom alternattivi, spiss ġodda, ta’ soluzzjoni tat-tilwimiet. Kienet immirata b’mod partikolari lejn il-litiganti, il-ġudikanti u l-professjonijiet legali.

Il-Green Paper tfittex l-aktar li ssib risposti għall-bilanċ delikat bejn il-ħtieġa li tinżamm il-flessibbiltà u l-ħtieġa li tiġi ggarantita l-kwalità tar-riżultati, u r-rabta armonjuża mal-proċeduri ġudizzjarji. Hija enfasizzat ukoll il-kisbiet u l-inizzjattivi eżistenti f’dan il-qasam kemm fl-Istati Membri kif ukoll fil-Komunità.

Fl-aħħarnett, bil-pubblikazzjoni ta’ dan il-Green Paper, il-Kummissjoni qed tipparteċipa fid-dibattiti li għaddejjin fi ħdan l-Istati Membri u fuq pjan internazzjonali dwar l-aħjar metodu sabiex jiġi ggarantit l-aħjar ambjent għall-iżvilupp ta’ metodi alternattivi għas-soluzzjoni tat-tilwim.

Il-21 mistoqsija magħmula fil-Green Paper huma dwar l-elementi determinanti tal-metodi alternattivi differenti ta’ soluzzjoni tat-tilwim, bħall-klawżoli li jipprovdu li l-ftehim jiġi riferut għall-ADR, il-problema tal-perjodi ta’ preskrizzjoni u ta’ limitazzjoni, il-bżonn tal-kunfidenzjalità, il-validità tal-kunsens, l-effett tal-ftehim li jirriżulta partikolarment mill-aspett ta’ l-infurzar, it-taħriġ għall-medjaturi u terzi persuni oħra, l-akkreditazzjoni tagħhom, u r-regoli dwar ir-responsabbiltà tagħhom.

FuqFuq

Il-Kodiċi tal-Kondotta English PDF File (PDF File 118 KB)

Il-Kodiċi tal-Kondotta jistabbilixxi serje ta’ normi li jistgħu jkunu applikati għall-prattika tal-Medjazzjoni u li jistgħu jiġu mħarsa mill-organizzazzjonijiet tal-Medjazzjoni. Ġie mfassal b’kooperazzjoni ma’ għadd kbir ta’ organizzazzjonijiet u individwi fosthom prattikanti esperti tal-Medjazzjoni u oħrajn li huma interessati li jaraw il-Medjazzjoni tiżviluppa fl-Unjoni Ewropea. Il-kodiċi kien adottat f'laqgħa li bis-sehem ta' dawn l-esperti f’Lulju 2004 u l-Kummissjoni kienet kuntenta ħafna li pparteċipat u li kellha l-opportunità tgħin f’dan il-proċess.

Il-proposta għal direttiva dwar il-medjazzjoni

Il-proposta tal-Kummissjoni kienet adottata mill-Kulleġġ tal-Kummissarji f’Ottubru 2004 u mibgħuta minnufih lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Il-proposta kienet ippreparata wara l-Green Paper u involviet konsultazzjoni estensiva ma’ dawk involuti fil-Medjazzjoni. Il-proċess tal-preparazzjoni ħadem b’mod parallel ma’ dak għall-Kodiċi ta’ Kondotta u involva ħafna mill-istess nies.

Il-proposta għal Direttiva tipprova żżid l-użu tal-Medjazzjoni billi xi regoli legali jkunu disponibbli fis-Sistemi Legali ta’ l-Istati Membri. Dawn ir-regoli jkopru l-oqsma tal-kunfidenzjalità tal-proċess tal-medjazzjoni u tal-medjaturi bħala xhieda, l-infurzar tal-ftehimiet għas-soluzzjoni tat-tilwimiet bħala riżultat ta’ medjazzjoni, is-sospensjoni tal-perjodi tal-preskrizzjoni u tal-limitazzjoni ta’ l-azzjonijiet filwaqt li tkun għaddejja l-medjazzjoni, u b’hekk titneħħa diżinċentiva potenzjali waħda għall-użu tal-medjazzjoni u dan mingħajr ma jsir attentat ta’ regolazzjoni jew armonizzazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri, b’dan il-mod tħeġġeġ l-adozzjoni tat-taħriġ tal-medjaturi u l-adozzjoni ta’ normi tal-kondotta biex tkun żgurata l-kwalità tal-medjazzjoni fuq bażi konsistenti madwar l-Unjoni kollha.

Il-Kummissjoni tispera li d-Direttiva tista’ tkun approvata u adottata fi żmien raġonevolment qasir sabiex tipprovdi inċentiva ulterjuri potenzjali biex is-servizz ta’ medjazzjoni jkun żviluppat b’mod konsistenti madwar l-Unjoni Ewropea u b’hekk tagħti spinta reali lill-aċċess għall-ġustizzja għaċ-Ċittadini Ewropej fl-Istati Membri kollha.

FuqFuq

Il-Green Paper għamlet ukoll riferenza għal numru ta’ kisbiet eżistenti

Il-metodi alternattivi ta’ soluzzjoni tat-tilwim diġà ġie rrakkomandat, b’mod dirett jew indirett, f’għadd ta’ strumenti u proposti Komunitarji. L-Istati Membri huma mistiedna sabiex jintroduċu proċeduri bħal dawn, jew għall-inqas jippromwovu l-introduzzjoni u t-tħaddim tal-ADR f’ħafna minnhom.

Dawn huma ftit eżempji:

  • Il-Kummissjoni interessat ruħha fl-aspetti finanzjarji tal-ADR b’mod ġenerali. Fit-18 ta’ Lulju 2002 Il-Kummissjoni pproponiet direttiva dansk - Deutsch - ελληνικά - English - español - français - italiano - Nederlands - português - suomi - svenska PDF File (PDF File 85 KB) dwar l-għajnuna legali, li tipprovdi biex l-għajnuna legali tkun disponibbli għall-proċeduri ekstra-ġudizzjarji f’xi ċirkostanzi, biex tingħata għajnuna lil persuni inqas għonja sabiex ikollhom aċċess għall-metodi alternattivi ta’ soluzzjoni tat-tilwim.
  • Għar-relazzjonijiet tal-familja, il-Kummissjoni għamlet ħilitha biex tippromwovi l-metodi alternattivi ta' soluzzjoni tat-tilwim f'proposta għal regolament li ppubblikat fit-3 ta’ Mejju 2002 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tas-sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u fi kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri.
  • Għat-tilwim tal-konsumaturi li għandhom x'jaqsmu mal-kummerċ elettroniku, ir-rwol tal-metodi alternattivi ta’ soluzzjoni tat-tilwim ġie enfasizzat fid-Direttiva 2000/31/KE dwar il-kummerċ elettroniku u f’Dikjarazzjoni Konġunta tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dansk - Deutsch - ελληνικά - English - español - français - italiano - Nederlands - português - suomi - svenska PDF File (PDF File 61 KB) magħmula ma’ l-adozzjoni tar-Regolament magħruf bħala "Brussell I" dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjonijiet fl-oqsma ċivili u kummerċjali.
  • Id-Direttiva 98/10/KE dwar l-applikazzjoni għall-provvediment ta’ netwerk miftuħ għat-telefonija tal-leħen u t-twaqqif ta’ servizz universali tat-telekomunikazzjonijiet f’ambjent kompetittiv tistieden lill-Istati Membri sabiex joħolqu proċeduri ta’ soluzzjoni tat-tilwim "b’aċċess faċli u fil-prinċipju bi ftit flus biex isolvu t-tilwim b'mod ġust, trasparenti u f’waqtu” fl-Istati Membri.
  • Id-Direttiva 2002/21/KE dwar qafas regolatorju komuni għan-netwerks u s-servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika tipprovdi għall-istrutturi ekstra-ġudizzjarji sabiex isolvu t-tilwim li jistgħu jkollhom bejniethom il-professjonisti.
  • F’proposta għal Direttiva ppreżentata fit-13 ta’ Marzu 2001 dwar is-suq ta’ l-elettriku u tal-gass naturali, il-Kummissjoni stiednet espressament lill-Istati Membri sabiex jistabbilixxu proċeduri ta' soluzzjoni tat-tilwim bejn fornituri u klijenti li jirrispettaw il-prinċipji li hi stess kienet stabbiliet f’Rakkomandazzjoni tat-30 ta’ Marzu 1998 dwar it-tilwim tal-konsumaturi (ara aktar ’l-isfel).

F’xi oqsma l-Kummissjoni marret lil hinn milli sempliċement tħeġġeġ biex jiġi stabbilit is-soluzzjoni alternattiva tat-tilwim. Hija pprovat tippromwovi l-kwalità u l-effettività tas-soluzzjoni alternattiva tat-tilwim fit-tilwimiet tal-konsumatur.

FuqFuq

Il-kwalità tal-metodi alternattivi ta’ soluzzjoni tat-tilwim

Fil-Komunità jittieħed ħsieb tad-distinzjoni bejn żewġ kategoriji ewlenin ta’ metodi alternattivi ta’ soluzzjoni tat-tilwim li l-konsumaturi jistgħu jkollhom aċċess għalihom sabiex isolvu t-tilwim tagħhom man-negozjanti:

  • Il-proċeduri li fihom persuni terzi jgħinu lill-partijiet sabiex jilħqu ftehim, però mingħajr ma formalment jesprimu opinjoni fuq is-soluzzjoni jew soluzzjonijiet li jistgħu jingħataw għat-tilwima.

Il-Kummissjoni ħadet inizjattiva li tiżgura li l-proċeduri ekstra-ġudizzjarji għas-soluzzjoni tat-tilwim fil-kamp tal-konsumaturi jirrispettaw ċertu numru ta’ prinċipji. Fil-fatt, il-Kummissjoni fl-4 ta’ April 2001 ippubblikat Rakkomandazzjoni dwar il-proċeduri li fihom persuni terzi ma jesprimux opinjoni fuq is-soluzzjoni iżda jgħinu biss lill-partijiet sabiex isibu l-aħjar soluzzjoni għalihom infushom.  Din ir-Rakkomandazzjoni tipprovdi erba’ prinċipji : l-imparzjalità, it-trasparenza, l-effikaċità u l-ġustizzja.

  • Il-proċeduri li fihom it-terza persuna issib soluzzjoni u tippreżentaha lill-partijiet:

Il-Kummissjoni ħadet inizjattiva biex tiżgura li dawn il-proċeduri jirrispettaw ċerti prinċipji.

Fit-30 ta' Marzu 1998 ippubblikat Rakkomandazzjoni dwar il-proċeduri li fihom terza persuna attwalment issib soluzzjoni għat-tilwima bejn il-partijiet b'mod li jorbothom jew li ma jorbothomx. Din ir-Rakkomandazzjoni tkopri wkoll l-arbitraġġ fil-kamp tat-tilwim tal-konsumaturi. Din ir-Rakkomandazzjoni fiha s-seba’ prinċipji minimi li ġejjin : l-indipendenza, it-trasparenza, il-prinċipju tas-sistema avversarjali, l-effikaċja, il-legalità, il-libertà u r-rappreżentanza. L-Istati Membri huma mitluba jagħmlu inventarju tal-korpi responsabbli għas-soluzzjoni ekstra-ġudizzjarja tat-tilwim tal-konsumaturi li huma jikkunsidraw li huma konformi mar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni. Dawn il-listi nazzjonali kienu ġew mgħarrfa lill-Kummissjoni, u jistgħu jiġu kkonsultati fil-paġni ta’ l-internet tad-Direttorat Ġenerali tas-Saħħa u l-Ħarsien tal-Konsumatur Deutsch - English - français (DĠ SANCO).

FuqFuq

L-effikaċja tal-metodi alternattivi ta’ soluzzjoni tat-tilwim

Il-Kummissjoni mexxiet il-ħolqien ta’ żewġ netwerks Ewropej ta’ entitajiet nazzjonali li l-għan komuni tagħhom hu li jiffaċilita l-aċċess tal-konsumaturi għal proċeduri ekstra-ġudizzjarji għas-soluzzjoni tat-tilwim transkonfinali, fil-każ fejn in-negozjant hu stabbilit fi Stat Membru li mhux l-Istat Membru ta’ residenza tal-konsumaturi. Dawn iż-żewġ netwerks għandhom l-istess għan iżda ma jaħdmux bl-istess mod:

  • In-Netwerk Ekstra-ġudizzjarju Ewropew "EEJ-Net" English huwa struttura ta’ assistenza u ta’ informazzjoni tal-konsumaturi, magħmul minn punti ta’ kuntatt nazzjonali, stabbiliti f’kull Stat Membru, kif ukoll fin-Norveġja u fl-Iżlanda. Kull punt ta’ kuntatt iservi bħala rilej ta’ informazzjoni lejn l-400 korp li l-Istati Membri jqisu li jissodisfaw l-eżiġenzi taż-żewġ rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni dwar il-prinċipji applikabbli għall-korpi responsabbli għas-soluzzjoni ekstra-ġudizzjarja tat-tilwim tal-konsumaturi.
  • In-netwerk għas-soluzzjoni ekstra-ġudizzjarja tat-tilwim fis-settur tas-servizzi finanzjarji "FIN-NET" jgħaqqad it-tletin korp nazzjonali kompetenti għas-soluzzjoni ekstra-ġudizzjarja tat-tilwim f’dan is-settur li jwieġbu għall-eżiġenzi ta’ l-ewwel rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni. FIN-NET Deutsch - English - français jippermetti lill-konsumaturi li huma kkonfrontati bi problema fis-settur tas-servizzi finanzjarji (il-banek, l-assigurazzjoni, l-investimenti) li jaċċedu direttament għal mezz ta’ soluzzjoni ekstra-ġudizzjarja tat-tilwim.

Inkuraġġiment għal inizjattivi konkreti

B’mod parallel ma’ dawn l-attivitajiet kważi-leġiżlattivi kollha, l-Unjoni Ewropea tagħti sostenn finanzjarju lil ċerti inizjattivi, b'mod partikolari fil-qasam tas-soluzzjoni on-line tat-tilwim tal-konsumaturi. Il-Kummissjoni b’hekk ipparteċipat b’mod finanzjarju għat-tnedija tal-proġett ECODIR English - français (Electronic COnsumer DIspute Resolution Platform), pjattaforma elettronika għas-soluzzjoni tat-tilwim.

FuqFuq

Dokumenti ta’ referenza

  • Il-Ġabra fil-qosor Deutsch - English - français PDF File (PDF File 120 KB) ta’ reazzjonijiet għall-Green Paper dwar il-metodi alternattivi ta’ soluzzjoni tat-tilwim
  • Il-Green Paper English PDF File (PDF File 280 KB) dwar il-metodi alternattivi ta’ soluzzjoni tat-tilwim fil-liġi ċivili u kummerċjali
  • Id-DIRETTIVA TAL-KUNSILL Nru 2002/8/KE tas-27 ta’ Jannar 2003 biex ittejjeb l-aċċess għal-ġustizzja fit-tilwimiet bl-istabbiliment ta’ regoli minimi komuni dwar l-għajnuna legali u aspetti oħrajn finanzjarji tal-proċeduri ċivili
  • Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 tas-27 ta' Novembru 2003 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta' sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta' responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000 u jemenda r-Regolament (KE) Nru 44/2001 fi kwistjonijiet dwar il-manteniment
  • Id-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà ta' l-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (“Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku”)
  • Id-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dansk - Deutsch - ελληνικά - English - español - français - italiano - Nederlands - português - suomi - svenska PDF File (PDF File 61 KB) dwar il-kompetenza ġudizzjarja, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet fil-kamp ċivili u kummerċjali
  • Id-Direttiva 98/10/KE dwar l-applikazzjoni għall-provvediment ta’ netwerk miftuħ għat-telefonija vokali u t-twaqqif ta’ servizz universali tat-telekomunikazzjoni
  • Id-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta' komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru)
  • Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u l-Parlament Ewropew - it-Tlestija tas-suq intern ta’ l-enerġija
  • Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni ta’ l-4 ta’ April 2001 dwar prinċipji applikabbli għall-korpi ekstra-ġudizzjarji inkarigati mis-soluzzjoni kunsenswali tat-tilwim tal-konsumaturi
  • Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Marzu 1998 dwar il-prinċipji applikabbli għall-korpi ekstra-ġudizzjarji inkarigati mis-soluzzjoni kunsenswali tat-tilwim tal-konsumaturi
  • Il-Kodiċi tal-Kondotta Ewropew għall-Mejdaturi English PDF File (PDF File 118 KB)
  • Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar xi aspetti tal-medjazzjoni fil-kwistjonijiet ċivili u kummerċjali

« Meżżi alternattivi għal riżoluzzjoni ta’ kwistjoni - Informazzjoni Ġenerali | Liġi Komunitarja - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 06-08-2007

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit