Kummissjoni Ewropea > NGE > Meżżi alternattivi għal riżoluzzjoni ta’ kwistjoni > Belġju

L-aħħar aġġornament: 09-11-2006
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Meżżi alternattivi għal riżoluzzjoni ta’ kwistjoni - Belġju

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. L-aġġornament qed jitħejja bħalissa u jkun disponibbli fil-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


Rimarka preliminari: dan l-istħarriġ huwa tal-qagħda legali qabel id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni l-ġdida dwar il-medjazzjoni, li hija mistennija tidħol fis-seħħ sat-30 ta’ Settembru 2005.

Id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi u dispożizzjonijiet simili msemmija f’din il-paġna hemm aċċess għalihom fil-Federale Overheidsdienst Justitie Deutsch - français - Nederlands (leġiżlazzjoni kkonsolidata)

Dwar ir-riżoluzzjoni alternattiva tal-kontroversji, ara "Riżoluzzjoni Alternattiva tal-kontroversji – tagħrif ġenerali".

Din id-dokumentazzjoni hija attentat biex jingħata aktar tagħrif prattiku dwar l-ADR (Riżoluzzjoni Alternattiva tal-Kontroversji) fil-Belġju.



 

LISTA TAL- KONTENUT

1. Organizzazzjonijiet ġenerali tal-medjazzjoni 1.
1.1. Iċ-Ċentru Belġjan għall-Arbitraġġ u l-Medjazzjoni (CEPINA English- français- Nederlands1.1.
1.2. Iċ-Ċentru ta’ Brussell għall-Medjazzjoni fir-rigward tan-Negozju (BBMC français- Nederlands1.2.
1.3. Il-Kamra ta’ Antwerp għall-Medjazzjoni u l-Arbitraġġ (AKaBa English- Nederlands1.3.
1.4. Riżoluzzjoni Elettronika tal-Kontroversji tal-Konsumaturi (ECODIR English- français1.4.
1.5. Kamer van Arbitrage en Bemiddeling Nederlands vzw 1.5.
1.6. Arbitrage- en Bemiddelingsinstelling (ABI) 1.6.
2. Entitajiet tal-medjazzjoni għal industriji speċifiċi 2.
2.1. Verzoeningscommissie Bouw 2.1.
2.2. Kummissjoni dwar il-kontroversji dwar karozzi second-hand français- Nederlands 2.2.
2.3. Centrum Advocaat-Bemiddelaars in Familiezaken (CABF Deutsch - English - français - Nederlands2.3.
2.4. Association pour la Médiation Familiale (AMF français2.4.
2.5. L-Ombudsman English- français- Nederlands għall-industrija bankarja 2.5.
2.6. L-Ombudsman għall-industrija ta' l-assigurazzjoni français - Nederlands 2.6.
2.7. L-Ombudsman għas-servizzi pubbliċi français- Nederlands 2.7.
2.8. L-Ombudsman għall-atoritajiet pubbliċi français- Nederlands 2.8.

 

Liema huma, minn perspettiva ġenerali, it-tipi differenti ta’ ADR fil-Belġju?

Barra mill-arbitraġġ u l-ombudsman, il-forma prinċipali ta’ riżoluzzjoni alternattiva tal-kontroversji (ADR) hija l-medjazzjoni fil-kwistjonijiet ċivili u kummerċjali.

Il-medjazzjoni hija mekkaniżmu li huwa mfassal sabiex jirrisolvi l-kontroversji li jkunu nqalgħu jew li jkunu mistennija, billi jressaq il-partijiet biex jiddiskutu u jinnegozjaw il-qagħdiet tagħhom u jaslu għal ftehim. Il-medjazzjoni tfisser li parti terza, il-medjatur, jgħin lill-partijiet ifittxu soluzzjoni ta’ kompromess għall-kontroversja tagħhom.

Il-medjazzjoni teħtieġ il-kooperazzjoni sħiħa tal-partijiet u r-rieda tagħhom li jidħlu għal diskussjoni miftuħa u kostruttiva biex isolvu l-problema tagħhhom sabiex ikun evitati proċeduri obbligatorji.

Liema tipi ta’ kontroversjiiet jistgħu jissolvew permezz ta’ dan it-tip ta’ ADR?

Il-medjazzjoni hija possibbli fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali, inklużi l-kontroversji industrijali u tal-konsumaturi. Il-medjazzjoni tista’ tintuża wkoll fir-rigward ta’ djun u kwistjonijiet kriminali.

Huwa obbligatorju li tirrikorri għal dan it-tip ta’ ADR skond il-liġi jew skond it-termini ta’ l-ordni tal-qorti?

Il-partijiet huma bażikament ħiels jiddeċiedu jekk imorrux għall-medjazzjoni jew le. Imma hemm eċċezzjonijiet. Ngħidu aħna: fejn qorti tordna rapport ta’ perit, il-perit irid ifittex li jasal għal rikonċiljazzjoni bejn il-partijiet; fil-każijiet tad-divorzju, il-qorti tgħarraf lill-partijiet dwar il-konsiderazzjonijiet li tkun temmen li jistgħu jgħinu biex tintlaħaq rikonċiljazzjoni.

Dan it-tip ta’ ADR huwa rregolat bil-liġi?

Filwaqt li qed jinkiteb dan id-dokument (Ġunju 2005), m’hemm l-ebda regoli ġenerali fil-liġi Belġjana dwar il-medjazzjoni. Imma l-Gazzetta Uffiċjali Belġjan ppubblikat il-Kodiċi Ġudizzjarju (Emenda) (Medjazzjoni) l-Att tal-21 ta’ Frar 2005. L-Att sħiħ għandu jidħol fis-seħħ mhux aktar tard mit-30 ta’ Settembru 2005. Sakemm ikun adottat u jidħol fis-seħħ l-Att dwar il-Medjazzjoni, kulma għandna huwa għadd ta’ dispożizzjonijiet speċifiċi ftit ftit. L-Att tad-19 ta’ Frar 2001 introduċa l-medjazzjoni fil-kwistjonijiet tal-familja fil-Kodiċi Ġudizzjarju (Parti Erbgħa, Ktieb II, Titolu II, Kapitolu I (a)). U hemm għadd ta’ tribunali mhux ġudizzjarji għal kwistjionijiet bħalma huma l-kuntratti tal-konsumaturi (eż. vetturi second-hand) u l-korporazzjonijiet pubbliċi (l-Uffiċċju tal-Posta, il-Ferroviji).

Jista’ jkun hemm klawsoli kuntrattwali li jistipulaw li kwalunkwa kontroversjia marbuta mal-kuntratt tkun ippreżentata għall-ADR qabel ma tittieħed f’xi qorti. Dawn il-klawsoli jorbtu liż-żewġ partijiet għal dan it-tip ta’ ADR?

Fuq il-bażi tal-liġi ġenerali dwar il-kuntratti, il-kawsoli validi f’kuntratt jorbtu lill-partijiet, u n-nuqqas ta’ osservanza tagħhom jesponi lill-parti li tonqos għar-riskju ta’ kawża.

Kif tkun ċert li l-ADR li qed tittikorri għalih igawdi l-grad ta’ fiduċja li teħtieġ l-amministrazzjon tal-ġustizzja? Partikularment, kif tkun ċert li n-negozjati se jibqgħu kunfidenzjali?

Sakemm jidħol fis-seħħ l-Att dwar il-Medjazzjoni l-ġdid, il-medjazzjoni hija rregolata biss bir-regolamenti ta’ l-entitajiet tal-medjazzjoni stess, għajr fil-kwistjonijiet tal-familja.

Huwa meħtieġ li nieħu parir legali? X’inhu l-irwol ta’ l-avukat f’dan it-tip ta’ ADR?

L-avukati u x-xhieda esperti normalment jiġu involuti fil-proċeduri tal-medjazzjoni, imma dan mhux obbligatorju.

Jista’ dan it-tip ta’ ADR jitmexxa mill-bogħod, partikularment b’mezzi elettroniċi?

Dan jiddependi mill-entità tal-medjazzjoni (ara aktar ’l isfel).

Dan it-tip ta’ ADR huwa bla ħlas? Jekk le, kif jitqassmu l-ispejjeż? Tista’ tingħata għajnuna legali? (ara t-tema Għajnuna legali - tagħrif ġenerali)

Dan jiddependi mill-entità tal-medjazzjoni (ara aktar ’l isfel).

Jekk tirrikorri għal dan it-tip ta’ ADR, imma ma jirnexxilekx issolvi l-kontroversjia, xorta tista’ tmur il-qorti?

Dejjem tista’ tirrikorri għall-arbitraġġ jew fil-qrati jekk il-medjazzjoni ma tħallix ir-riżultat mistieq. Dawn għandhom is-setgħa esklussiva skond il-Kostituzzjoni biex jirrisolvu kontroversji dwar id-drittijiet fil-kwistjonijiet ċivili u joħorġu ordnijiet li jistgħu jiġu infurzati (l-artikolu 144 tal-Kostituzzjoni).

Jekk tirrikorri għal dan it-tip ta’ ADR, u jirnexxilek issolvi l-kontroversjia, x’forma jieħu l-ftehim?

Ir-riżultat ta’ medjazzjoni b’suċċess hija soluzzjoni amikabbli, li fil-fatt ikun kuntratt ġdid. Jekk xi ħadd mill-partijiet ma josservax il-ftehim, il-parti li tkun żvantaġġata ma tistax tinfurzah bħal ordni ta’ arbitraġġ jew deċiżjoni tal-qorti, imma l-ewwel trid tieħu proċeduri ta’ arbitraġġ jew bil-qorti.

(għajn: VERBIST, H., DE VUYST, B, Arbitrage en alternative dispute resolution in België: een overzicht van de in België aanwezige arbitrage- en mediatie-instellingen en ombudsdiensten, Arbitrage et modes alternatifs de règlement des conflits en Belgique: une étude des institutions d'arbitrage et de médiation et des services d'ombudsman présents en Belgique, Brugge, Die Keure, 2002, p. 536)

Tista’ tirrikorri għar-riżoluzzjoni alternattiva tal-kontroversji f’bosta każijiet. Il-lista’ ta’ hawn taħt tkopri s-sitwazzjonijiet varji li taf tkun fihom:

NB.

Il-lista ta’ hawn taħt m’għandhiex titqies bħala sħiħa. Xi wħud mill-organizzazzjonijiet huma purament privati. Xi wħud jirċievu għajnuna pubblika bla ma jitilfu l-istatus tagħhom fis-settur privat. Oħrajn huma entitajiet uffiċjali (eż. l-ombudsman).

1. Organizzazzjonijiet ġenerali tal-medjazzjoni

1.1. Iċ-Ċentru Belġjan għall-Arbitraġġ u l-Medjazzjoni (CEPINA English- français- Nederlands)

Funzjoni

Iċ-CEPINA huwa entità nazzzjonali indipendenti li tkopri l-industriji kollha u li tikkonsisti f’maniġers tan-negozju, avukati tan-negozju, avukati u għalliema ta’ l-università li għandhom l-għanijiet li ġejjin:

  • L-istudju u l-promozzjoni tal-medjazzjoni;
  • L-organizzazzjoni ta’ colloquia xjentifiċi dwar is-suġġett tal-medjazzjoni;
  • L-immaniġġar tal-każijiet tal-medjazzjoni;
  • Il-produzzjoni u d-disseminazzjoni tar-regoli tal-medjazzjoni;
  • Il-ħatra ta’ medjaturi kompetenti, iddedikati u indipendenti;
  • Is-sorveljanza tal-proċeduri billi – fejn jixraq – ikunu offruti soluzzjonijiet għal diffikultajiet legali jew materjali, kemm jista’ jkun skond l-aspirazzjonijiet tal-partijiet.

Tip ta’ kontroversji: Ċivili u kummerċjali

Proċedura tal-medjazzjoni – Iċ-CEPINA nnifsu m’huwiex medjtur u ma jakkreditax medjaturi. Iċ-CEPINA ifittex li jaħtar l-aktar persuna xierqa possibbli bħala medjatur, billi jikkunsidra n-natura speċifika tal-każ. Il-medjatoru jitħallsu b’rati fissa fuq l-iskali taċ-CEPINA.

FuqFuq

Regoli English - français - Nederlands

1.2. Iċ-Ċentru ta’ Brussell għall-Medjazzjoni fir-rigward tan-Negozju (BBMC français- Nederlands)

Funzjoni

Iċ-Ċentru ta’ Brussell għall-Medjazzjoni fin-Negozju għandu l-għanijiet li ġejjin:

  • Il-promozzoni tal-medjazzjoni bħala proċedura għas-soluzzjoni tal-kontroversji fir-rigward tan-negozju;
  • Il-provvediment ta’ strutturi adegwati fejn tista’ ssir il-medjazzjoni;
  • Il-provvediment ta’ taħriġ adegwat għal nies li joffru servizzi tal-medjazzjoni fir-rigward tan-negozju.

Tip ta’ kontroversji: Kwisjtjonijiet kummerċjali

Proċedura tal-medjazzjoni – It-tħejjija ta’ lista ta’ medjaturi rikonoxxuti tal-BBMC minn fejn il-partijiet jistgħu jagħżlu medjatur għall-kontroversja tagħhom. Is-servizz tal-medjaturi jiġu remunerati b’rata fis-siegħa.

FuqFuq

Regoli – Regoli tal-medjazzjoni

1.3. Il-Kamra ta’ Antwerp għall-Medjazzjoni u l-Arbitraġġ (AKaBa English- Nederlands)

Funzjoni – L-Organizzazzjoni tal-medjazzjoni

Tip ta’ kontroversji – Kwistjonijiet kummerċjali

Proċedura tal-medjazzjoni – It-tħejjija ta’ lista ta’ medjaturi rikonoxxuti ta’ l-AKaBA minn fejn il-partijiet jistgħu jagħżlu medjatur għall-kontroversja tagħhom. Il-medjaturi huma intitulati għal drittijiet u riżarċiment ta’ l-ispejjeż.

Regoli English - Nederlands

1.4. Riżoluzzjoni Elettronika tal-Kontroversji tal-Konsumaturi (ECODIR English- français)

Funzjoni – L-ECODIR tgħin lill-konsumaturi u lin-negozji jevitaw jew jirrisolvu l-ilmenti u l-kontoversji tagħhom online permezz ta’ servizz rapidu, effiċjenti u bi prezz li jintlaħaq.

FuqFuq

L-ECODIR tipprovdi benefiċċju lill-konsumaturi billi tipprovdilhom mezz effettiv għar-riżoluzzjoni tal-kontroversji tagħhom online. L-ECODIR tuża proċess strutturat ta’ negozjati u (jekk tkun meħtieġa) medjazzjoni – kollox f’ambjent privat u sigur online. Is-sistem hija ħafifa biex tużaha, irrispettivament minn fejn jinsabu l-partijiet.

L-ECODIR tibbenefika n-negozji wkoll, għaliex l-ilmenti u l-pretensjonijiet tal-konsumaturi jiġu ppreżentati lilhom forma ta’ pakkett – b’mod li jippermettilhom jiġġestixxu r-relazzjoni mal-konsumaturi aktar effettivament. U l-klijenti jippreferu jittrattaw ma’ negozji li għandhom proċeduri effettivi għat-tressiq ta’ l-ilmenti u l-ġestonji tal-kontroversji.

Tip ta’ kontroversji – It-tilwima tkun qamet minn skambju online. Il-kontroversja tkun tinvolvi ta’ l-inqas konsumatur wieħed. It-tilwima ma tkunx dwar kontneut illeċtu, danni korporali, il-familja, it-tassazzjoni jew kwistjonijiet dwar il-proprjetà intellettwali.

Proċedura tal-medjazzjoni – L-ECODIR tipprovdi web-space privat sigur, li fih, il-partijiet tal-kontroversja jkunu jistgħu jinnegozjaw soluzzjoni aċċettabbli għat-tnejn permezz tal-proċess ta’ l-innegozjar ta’ l-ECODIR. Il-partijiet jistgħu jirrikorru għall-għajnuna ta’ medjatur ikkwalifikat ta’ l-ECODIR biex jassistihom sabiex isolvu l-kontroversja tagħhom jekk it-tnejn jixtiequ. Is-servizz huwa bla ħlas kemm għall-konsumaturi kif ukoll għan-negozji.

Regoli English - français

FuqFuq

1.5. Kamer van Arbitrage en Bemiddeling Nederlands vzw

Funzjoni – L-għan tal-Kamra ta’ l-Arbitrazzjoni u l-Medjazzjoni huwa li jiġbru flimkien avukati li jispeċjalizzaw f’qasam jew oqsma tal-liġi li, bit-taħriġ, l-esperjenza u r-reputazzjoni tagħhom, huma mistennija jeżerċitaw il-professjoni tagħhom b’mod kompetenti u b’laqta umana.

Tip ta’ kontroversji – Kwistjonijiet ċivili u kummerċjali u dwar il-kostruzzjoni

Medjazzjoni - Il-Kamra tikkonsisti f’medjaturi.

Regoli Nederlands tal-proċedura tal-medjazzjoni

1.6. Arbitrage- en Bemiddelingsinstelling (ABI)

Funzjoni – Il-provvediment ta’ servizzi tal-medjazzjoni

Tip ta’ kontroversji – Kwistjonijiet kummerċjali

Proċedura tal-medjazzjoni – L-ABI tirrikonoxxi l-medjaturi imma ma toħroġx listi. Ir-remunerazzjoni tal-medjaturi hija rranġata permezz ta’ l-ABI.

Regoli - “Regoli tal-proċedura”

2. Entitajiet tal-medjazzjoni għal industriji speċifiċi

2.1. Verzoeningscommissie Bouw

Funzjoni – Is-soluzzjoni tal-kontroversji bejn klijenti individwali (mhux kumpaniji) u l-kuntrattur u l-arkitett tagħhom.

FuqFuq

Tip ta’ kontroversji – Kontroversji dwar il-kostruzzjoni

Proċedura tal-medjazzjoni – Tħejjija ta’ lista ta’ esperti li minnhom il-partijiet jistgħu jagħżlu espert biex isolvi l-kontroversja tagħhom. Id-drittijiet ta’ l-esperti jitħallsu mill-partijiet; il-Kummissjoni ma żżomm l-ebda dritt.

Regoli – Procedurereglement van de verzoeningscommissie “Bouw” Nederlands PDF File (PDF File 52.1 KB)

2.2. Kummissjoni dwar il-kontroversji dwar karozzi second-hand français- Nederlands

Funzjoni – Il-provvediment ta’ assistenza fis-soluzzjoni tal-kontroversji bejn dawk li jbigħu u dawk li jixtru, li jużaw il-kuntratt standard propost minn “Federauto-Test-Aankoop / Federauto-Test-Achats ” għal karozzi second-hand.

Tip ta’ kontroversji – Kontroversji dwar skambji dwar il-vetturi bil-mutur: karozzi second-hand, tiswijiet, bejgħ minn kummerċanti professjonali u individwi privati.

FuqFuq

Proċedura tal-medjazzjoni – Il-partijiet jistgħu jagħżlu medjatur minn fuq il-lista. M’hemm l-ebda provvediment dwar ir-remunerazzjoni tal-medjaturi, sakemm dawn ma jkunux esperti uffiċjali.

Regoli – “Regoli tal-proċedura tal-medjazzjoni dwar vetturi second-hand

2.3. Centrum Advocaat-Bemiddelaars in Familiezaken (CABF Deutsch - English - français - Nederlands)

Funzjoni – Il-promozzjoni, l-użu u l-iżvilupp ta’ kull forma ta’ soluzzjoni tal-kontroversji barra mill-qorti fi kwistjonijiet tal-familja, u l-provvediment ta’ varjetà ta’ forom ta’ servizzi tal-medjazzjoni u taħriġ fl-użu ta’ dawn il-forom ta’ riżoluzzjoni alternattiva tal-kontroversji.

Tip ta’ kontroversji – Kontroversji tal-familja

Proċedura tal-medjazzjoni – Il-partijiet huma ħielsa li jagħżlu avukat tal-medjazzjoni rikonoxxut/a. Jeżisti provvediment dwar ir-remunerazzjoni.

FuqFuq

2.4. Association pour la Médiation Familiale (AMF français)

Funzjoni – Il-promozzjoni u l-organizzazzjoni tal-medjazzjoni tal-familja u l-abbozzar tar-regoli ta’ l-etika professjonali f’dan il-qasam.

Tip ta’ kontroversji – Kontroversji tal-familja

Proċedura tal-medjazzjoni – Il-partijiet huma ħielsa li jagħżlu avukat tal-medjazzjoni rikonoxxut/a. Il-medjatur jiġi remunerat mill-partijiet.

2.5. L-Ombudsman English- français- Nederlands għall-industrija bankarja

Funzjoni – L-Ombudsman għall-industrija bankarja huwa medjatur imparzjali li jgħin lill-individwi privati isolvu l-problemi li jkollhom mal-bank, l-istock-broker, il-maniġer tal-beni, il-konsulent dwar l-investmenti jew l-istabbiliment tal-kreditu tagħhom.

FuqFuq

Tip ta’ kontroversji – Finanzjarju

Proċedura tal-medjazzjoni – L-Ombudsman joħroġ fehma li ma torbotx dwar il-problema mressqa quddiemu. M’hemm l-ebda ħlas.

2.6. L-Ombudsman għall-industrija ta' l-assigurazzjoni français - Nederlands

Funzjoni – Il-funzjoni ta’ l-Ombudsman hija li jinvestiga l-kontroversji u jipprovdi medjazzjoni bejn konsumatur (fi kwalunkwa kapaċità) u kumpanija ta’ l-assigurazzjoni, intermedjarju jew Datassur. français - Nederlands

Tip ta’ kontroversji – Kontroversji tal-konsumaturi fl-industrija ta’ l-assigurazzjoni

Proċedura tal-medjazzjoni – Wieħed għandu jirrikorri għand l-Ombudsman bil-miktub. Dan jipproduċi fehma bil-miktub fejn jagħti r-raġunijiet tiegħu, ma’ l-ewwel opportunità u f’kull każ mhux aktar tard minn sitt xhur. M’hemm l-ebda ħlas.

Regoli – Il-Karta - Bevoegdheden. français - Nederlands

2.7. L-Ombudsman għas-servizzi pubbliċi français- Nederlands

Fejn – L-Uffiċċju tal-Posta, il-Ferrovijia, L-Ispettorat tat-Telekomunikazzjoni u l-Assigurazzjoni (CDV)

2.8. L-Ombudsman għall-atoritajiet pubbliċi français- Nederlands

Fejn - il-Gvern Federali, il-Gvernijiet Reġjonali Fjaming u ta’ Walloon, il-Komunità Franċiża u ċerti bliet fil-Belġju

« Meżżi alternattivi għal riżoluzzjoni ta’ kwistjoni - Informazzjoni Ġenerali | Belġju - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 09-11-2006

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit