Mogħdija tan-navigazzjoni

Apprendistati

Aħna noffru żewġ perjodi ta' ħames xhur il-wieħed ta' taħriġ intern ('stages') għal dawk li m'ilhomx ma rċevew diploma universitarja u jixtiequ jakkwistaw għarfien akbar ta' ħidmietna filwaqt li jiksbu esperjenza ta' xogħol f'xi wieħed mid-dipartimenti tal-Kummissjoni.Dan il-programm ilu għaddej għal 45 sena u 'l fuq minn 30,000 persuna bbenefikaw billi daqu din l-esperjenza ta' ħames xhur ta' ħajja fil-Kummissjoni. Bosta uffiċjali ċivili Ewropej huma ex-stagiares, biex ma nsemmux ukoll saħansitra xi Kummissarji Ewropej!

L-apprendistati normalment isiru mill-1 ta' Marzu sa l-1 ta' Ottubru ta' kull sena.L-applikazzjonijiet jistgħu jitressqu sa l-1 ta' Settembru għal apprendistat li jibda f'Marzu ta' wara jew sa l-1 ta' Marzu għal dak li jibda f'Ottubru.

Hemm żewġ tipi ta’ apprendistati: 

  • Taħriġ Amministrattiv fi ħdan Servizz Intern (fis-servizzi kollha apparti d-Direttorat Ġenerali tat-Traduzzjoni)
    Bħala apprendist amministrattiv, xogħolok normalment ikun ekwivalenti għal dak li s-soltu jagħmlu l-uffiċjali 'amministraturi' fil-bidu tal-karriera tagħhom fil-Kummissjoni, p.eż. jikkompilaw l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni, jorganizzaw gruppi ta' ħidma, forums, smigħ pubbliċi u laqgħat, iħejju r-rapporti u jwieġbu għad-domandi, jipparteċipaw f'laqgħat ta' l-unità, jiffajljaw, jirrevedu xi testi mil-lat lingwistiku, eċċ. 
  • Taħriġ fi ħdan Servizz Intern fit-Traduzzjoni Miktuba - Id-Direttorat Ġenerali tat-Traduzzjoni biss
    Tkun assenjat f'unità tat-traduzzjoni flimkien ma' tradutturi ta' lsien pajjiżek.Tagħmel l-istess xogħol bħall-kollegi sħabek, jiġifieri tittraduċi fil-lingwa tiegħek minn almenu żewġ ilsna Komunitarji oħra.Xogħolok jirreveduhulek membri oħra ta' l-istaff b'aktar esperjenza.Xi apprendisti jistgħu jiġu assenjati lil xi unità ta' appoġġ fi ħdan id-Direttorat Ġenerali.

Għal aktar informazzjoni dwar il-proċedura ta' l-għażla, il-kundizzjonijiet tax-xogħol, grants finanzjarji u benefiċċji oħra, żur il-websajts tal-Kummissjoni dwar l-apprendistati Deutsch (de) English (en) français (fr) .

Commission civil service