Għodod għall-aċċessibilità
Għodod tas-servizz
Selettur tal-lingwa
Mogħdija tan-navigazzjoni
L-aġenti temporanji jistgħu jiddaħħlu biex iwettqu diversi ħidmiet varjati, fi ħdan xi waħda minn dawn il-kategoriji:
Bħala aġent temporanju tat-tip (d), ikollok iċ-ċans taħdem f'xi wieħed mill-għadd ta' ċentri tar-riċerka li ġew stabbiliti mill-UE sabiex tippromwovi u tmexxi l-programmi ta' qafas Ewropej għar-riċerka u l-iżvilupp.Jekk tkun aġent temporanju tat-tip (c), ikollok l-opportunità li taħdem fl-uffiċċju privat ta' Kummissarju sakemm dan idum fil-kariga.
L-aġenti temporanji tat-tipi (a) u (b) jistgħu jiddaħħlu biex iwettqu bosta tipi ta' ħidmiet, li essenzjalment ikunu identiċi għal dak li jwettqu l-uffiċjali permanenti tal-Kummissjoni.Madankollu, dan jiddependi minn fatturi bħall-ħtiġijiet temporanji tal-Kummissjoni u s-sitwazzjoni fir-rigward tal-mili tal-postijiet battala.
Fejn nista' nsibhom l-avviżi dwar il-pożizzjonijiet battala għall-aġenti temporanji?
Jekk xi Direttorat Ġenerali jkun irid jirrekluta xi aġent temporanju biex iwettaq xi jew xi xogħol temporanju (tip a), dan jibgħat l-avviż tal-kariga u l-profil tal-persuna li għandu f'moħħu lir- Rappreżentanzi Permanenti ta' l-Istati Membri filwaqt li jippubblikah ukoll fil-websajt ta' l-EPSO. Jista' wkoll jippubblika l-pożizzjoni battala fil-websajt tad-DĠ stess;allura ta' min tiċċekkja dawn is-siti b'mod regolari jekk hemm xi DĠ partikolari li tixtieq taħdem miegħu.
Tista' wkoll tapplika biex issir aġent temporanju billi ddaħħal id-dettalji tiegħek fid-database tas-CV onlajn ta' l-UE(jew fid-database ELSA, jekk jinteressak il-qasam tar-riċerka).
Karriera
Ladarba tiddaħħal bħala aġent temporanju, titpoġġa fi grad skond it-tip ta' pożizzjoni li tkun qed tokkupa, u skond ukoll l-esperjenza professjonali preċedenti li jkollok.
Għalkemm ir-regoli dwar it-tul tal-kuntratti inizjali u l-estenzjonijiet tagħhom ivarjaw, bħala regola, l-aġenti temporanji tat-tipi (a), (b) u (d) jistgħu jaħdmu mal-Kummissjoni għal perjodu massimu ta' sitt snin, filwaqt li l-aġenti temporanji fi ħdan l-uffiċċji privati tal-Kummissarji jaħdmu għat-tul ta' żmien li fih il-Kummissarju li jaħdmu miegħu jkun fil-ħatra.
L-aġenti temporanji jieħdu sehem ukoll fis-sistema ta' evalwazzjoni annwali ta' l-istaff bl-istess mod bħall-uffiċjali permanenti.
Is-salarji u benefiċċji oħra
Is-salarju, il-benefiċċji u l-kundizzjonijiet tax-xogħol tiegħek bħala aġent temporanju jkunu essenzjalment l-istess bħal dawk ta' l-ufiċċjali permanenti.Dawn ikopru l-istess firxa ta' benefiċċji familjari (inkluż il-benefiċċju għall-espatrijazzjoni), benefiċċji tas-sigurtà soċjali bħall-assikurazzjoni medika u l-pensjonijiet (id-drittijiet għall-pensjoni jiġu akkumulati fuq l-istess bażi bħal fil-każ ta' l-uffiċjali permanenti), kundizzjonijiet fiskali, leave marbut mas-sitwazzjoni familjari, leave annwali u anke l-istess sigħat ta' ħidma.Tista', għalhekk, issib aktar informazzjoni dwar dan fis-sezzjoni dwar l-uffiċjali permanenti.
Bħala aġent temporanju tista' tkun intitolat ukoll għal benefiċċju tal-qagħad temporanju, meta jiskadilek il-kuntratt.Għal aktar tagħrif, ara t-Titolu 2 (Aġenti Temporanji
) fil-Kundizzjonijiet ta' l-impjieg ta' membri oħra ta' l-istaff fi ħdan il-Komunitajiet Ewropej