Mogħdija tan-navigazzjoni

L-Esperti Nazzjonali Sekondati

X'inhu u x'jagħmel Espert Nazzjonali Sekondat (SNE)?

L-Esperti Nazzjonali Sekondati (SNEs) għandhom rwol doppju:iġibu magħhom fil-Kummissjoni l-esperjenza li jkollhom tal-kwistjonijiet li mdorrijin bihom fuq xogħolhom, u jieħdu lura fl-amministrazzjoni ta' pajjiżhom l-għarfien tal-kwisjonijiet ta' l-UE li jakkwistaw matul il-perjodu li jkunu sekondati.

Normalment l-SNEs jiġu sekondati mis-servizzi ċivili tal-pajjiżi ta' l-UE, jiġifieri l-biċċa l-kbira tagħhom huma ħaddiema taċ-ċivil nazzjonali, reġjonali jew lokali. Minbarra l-ħaddiema taċ-ċivil, jistgħu jiġu sekondati wkoll mal-Kummissjoni esperti kif ukoll mill-organizzazzjonijiet internazzjonali, universitajiet, ċentri tar-riċerka u entitajiet li għandhom x'jaqsmu mas-settur pubbliku. Dan isir b'mod speċjali f'dawk l-oqsma fejn il-ħiliet u l-għarfien uniċi tagħhom huma speċifikament meħtieġa mill-Kummissjoni.

Bħala SNE taħdem flimkien ma' l-uffiċjali tal-Kummissjoni, billi tgħin ħalli jintlaħqu l-għanijiet strateġiċi definiti minn xi Direttorat Ġenerali jew Servizz għall-benefiċċju taċ-ċittadini ta' l-UE.Meta tiġi sekondat, tibda taħdem taħt l-istruzzjonijiet ta' uffiċjal ta' l-UE, skond deskrizzjoni ta' l-impjieg dettaljata u skond ir-regoli li jgħinu sabiex jevitaw li jkunu hemm ir-riskju ta' xi kunflitt ta' interessi.Tista' ssib aktar tagħrif fir-Regoli dwar is-Sekondament ta' l-Esperti Nazzjonali mal-Kummissjoni.

Kif issir Espert Nazzjonali Sekondat?

Il-biċċa l-kbira ta' l-SNEs huwa ċittadini minn xi pajjiż ta' l-UE jew taż-¯ona Ekonomika Ewropea, iżda f'xi każi eċċezzjonali anke ċittadini li mhumiex mill-UE jew miż-¯EE jistgħu jiġu sekondati mal-Kummissjoni.Irid ikollok talanqas tliet snin ta' esperjenza tax-xogħol f'livell adatt u min jimpjegak jgħaddi lill-Kummissjoni dikjarazzjoni tan-natura ta' l-impjieg tiegħek matul is-sena preċedenti.Irid ikollok għarfien sodisfaċenti ta' lingwa Komunitarja oħra apparti dik nattiva tiegħek.Il-Kummissjoni tqis il-bilanċ ġeografiku u bejn is-sessi meta tikkunsidra l-Esperti Nazzjonali Sekondati.

Il-Kummissjoni timpjega l-Esperti Nazzjonali Sekondati minn pajjiżi tal-UE permezz tar-Rappreżentanti Permanenti għall-UE. Jekk jinteressak taħdem bħala SNE, jeħtieġlek li qabel xejn tindaga fir-Rappreżentanza Permanenti ta' pajjiżek għall-UE. Hemmhekk, għandhom jgħadduk mal-persuna responsabbli mill-amministrazzjoni tar-reklutaġġ ta' l-SNEs minn pajjiżek, li tkun tista' tittratta r-rikjesta tiegħek.

Is-sekondament tiegħek jiġi formalizzat permezz ta' ftehim bilaterali bejn l-amministrazzjoni tal-Kummissjoni u s-servizz ċivili jew l-organizzazzjoni li tkun qed tissekondak.Fil-prattika, dan jinvolvi skambju ta' ittri bejn id-Direttorat Ġenerali inkarigat tar-Riżorsi Umani u tas-Sigurtà u l-Uffiċċju tar-Rappreżentanza ta' l-Istat Membru kkonċernat jew min jimpjegak.

Karriera u benefiċċji

Prinċipalment, is-sekondament jista' jtawwal bejn minimu ta' sitt xhur u massimu ta' erba' snin.Tista' tirritorna għal perjodu ieħor ta' sekondament jekk talanqas tkun għamilt intervall ta' 6 snin.

Bħala SNE, tibqa' titħallas minn min jimpjegak, imma l-Kummissjoni tħallsek kumpens għall-ispejjeż żejda biex tgħix u taħdem barra minn pajjiżek.Dan il-ħlas ikun jikkonsisti f'allowance ta' kuljum għall-għajxien u tista' tkun eliġibbli wkoll għal allowance ta' kull xahar li tiddependi mid-distanza mill-post li tkun oriġinajt minnu.

Tibqa' kopert bid-dispożizzjonijiet tas-sigurtà soċjali li jipprovdilek min jimpjegak, imma tkun kopert ukoll mill-iskema ta' assikurazzjoni tal-Kummissjoni kontra l-inċidenti matul il-perjodu li tkun sekondat mal-Kummissjoni.

Għal aktar tagħrif, inklużi dettalji dwar drittijietek, il-kundizzjonijiet tax-xogħol u s-sigħat tax-xogħol, agħti titwila lir-Regolamenti dwar is-Sekondament ta' l-Esperti Nazzjonali pdf - 244 KB [244 KB] български (bg) čeština (cs) dansk (da) Deutsch (de) eesti keel (et) ελληνικά (el) English (en) español (es) français (fr) italiano (it) latviešu valoda (lv) lietuvių kalba (lt) magyar (hu) Nederlands (nl) polski (pl) português (pt) română (ro) slovenčina (sk) slovenščina (sl) suomi (fi) svenska (sv)

Commission civil service