Mogħdija tan-navigazzjoni

Il-lingwi

B'27 Stat Membru u 23 lingwa uffiċjali, is-servizzi lingwistiċi huma ta' importanza ferm kbira għal istituzzjoni bħal m'hi l-Kummissjoni Ewropea.Min-naħa tiegħek tista' tagħżel, skond x'jogħġbok u x'korsijiet attendejt, bejn:

  • it-traduzzjoni tal-kelma miktuba, li titwettaq mid-Direttorat Ġenerali inkarigat mit-Traduzzjoni;
  • l-interpretazzjoni konsekuttiva jew simultanja, li jwettaqha d-Direttorat Ġenerali inkarigat mill-Interpretazzjoni.

Fiż-żewġ każi, sabiex issir membru ta’ l-istaff, japplikaw l-istess regoli bħal kwalunkwe pożizzjoni permanenti oħra fi ħdan il-Kummissjoni Ewropea.Dan ifisser li tkun trid tieħu sehem f'f'konkors kompetittiv.F’każi eċċezzjonali, meta jinqalgħu bżonnijiet speċjali jew urġenti, l-interpreti u t-tradutturi jistgħu jiddaħħlu bħala staff temporanju.
Żur dawn il-websajts għal aktar tagħrif dwar il-karriera ta':

  • traduttur (id-Direttorat Ġenerali inkarigat mit-Traduzzjoni) Deutsch (de) English (en) français (fr) ;

F'dawn is-siti ssib ukoll informazzjoni dwar l-esperjanza ta' xogħol temporanju bħala traduttur jew interpretu freelance jew bħala apprentist fil-qasam lingwistiku.

Commission civil service