Mogħdija tan-navigazzjoni

Opportunitajiet ta' Xogħol

Impjieg mal-Kummissjoni Ewropea huwa eċċitanti!Qajla tista' ssib organizzazzjoni oħra bħalha, kemm f'dik li hija ħidma li tkun qed tagħmel u wkoll f'dak li huwa ambjent ġenwinament multikulturali li ssib ruħek fih.


09/09/2013

Sejħa ġdida għall-Aġenti Kuntrattwali

Il-Kummissjoni Ewropea qiegħda tniedi sejħa għal turija ta’ interess, biex twaqqaf pula ta’ aġenti kuntrattwali fil-gruppi ta' funzjoni II, III u IV fl-oqsma ġeneralisti li ġejjin: l-amministrazzjoni, l-awditu, is-segretarjat, l-ekonomija, il-finanzi, l-informazzjoni u l-komunikazzjoni, il-lingwi, il-liġi, il-politika, il-ġestjoni ta' programm/proġett u l-istatistika...

Biex tipparteċipa f’din is-sejħa għal turija ta’ interess, trid tapplika permezz ta' 'EU CV online'. Jekk m’intix diġà rreġistrat f’din il-bażi tad-dejta, l-ewwel trid toħloq kont u CV elettroniku. Ġaladarba s-CV tiegħek ikun lest, tista’ tagħżel u tapplika għas-sejħa/iet għal grupp(i) ta’ funzjoni korrispondenti. Int tista’ tapplika għal wieħed jew diversi gruppi ta’ funzjoni, dejjem jekk tissodisfa l-kundizzjonijiet tal-ammissjoni korrispondenti għall-grupp ta’ funzjoni, kif stabbilit fis-sejħa għal turija ta' interess. Għal kull grupp ta’ funzjoni l-kandidati jistgħu jagħżlu wieħed jew diversi profili u l-postijiet tax-xogħol.

Is-servizzi tal-Kummissjoni se jfittxu fil-bażi tad-dejta u jidentifikaw il-kandidati li għandhom jiġu mistiedna għal intervisti ta’ kompetenza. Il-kandidati magħżula se jiġu offruti kuntratt b'terminu fiss skont l-Artikolu 3b tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg Applikabbli għall-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni Ewropea (CEOS). Din is-sejħa ma tkoprix il-kuntratti tat-tip 3A li jistgħu jwasslu għal kuntratt ta' żmien indefinit. Il-maġġoranza tal-kuntratti se jingħataw f’postijiet tax-xogħol ewlenin fil-Kummissjoni: Brussell (il-Belġju), il-Lussemburgu (il-Lussemburgu) u Ispra (l-Italja), għalkemm jista' jkun hemm xi pożizzjonijiet f’postijiet tax-xogħol oħra, bħal Geel (il-Belġju), Karlsruhe (il-Ġermanja), Petten (il-Pajjiżi l-Baxxi) u Sevilja (Spanja).

Qabel ma tapplika, jekk jogħġbok aqra bir-reqqa s-sejħa għal turija ta' interess pdf - 257 KB [257 KB] български (bg) čeština (cs) dansk (da) Deutsch (de) eesti keel (et) ελληνικά (el) English (en) español (es) français (fr) Gaeilge (ga) hrvatski (hr) italiano (it) latviešu valoda (lv) lietuvių kalba (lt) magyar (hu) Nederlands (nl) polski (pl) português (pt) română (ro) slovenčina (sk) slovenščina (sl) suomi (fi) svenska (sv) :

Biex tibda l-applikazzjoni tiegħek, jekk jogħġbok agħfas hawn


Interessat/a...

...issir membru permanenti ta' l-istaff ?

... esperjenza temporanja ta' xogħol f'ambjent multilingwu?

Ikun xi jkun it-tip ta' xogħol li tagħmel, minħabba l-firxa estensiva ta' l-attivitajiet ta' l-UE flimkien mad-daqs relattivament żgħir tal-Kummissjoni, aktarx li tingħata ammont ta' responsabbiltà pjuttost kbira sa minn kmieni fil-karriera tiegħek u f'għadd ta' oqsma differenti.
Hemm opportunitajiet partikolari għalik jekk il-qasam li jinteressak jinzerta jirfes xi wieħed minn dawn is-suġġetti:

Commission civil service