Mogħdija tan-navigazzjoni

Is-CV onlajn ta' l-UE

Applikajt biex tipprova eżami pre-selettiv għall-aġenti kuntrattwali?

Jekk applikajt ma' l-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Personal (EPSO) sabiex tattendi xi eżami pre-selettiv, nistednuk timla jew taġġorna s-CV tiegħek onlajn.

Kemm il-maniġers kif ukoll l-uffiċjali tar-riżorsi umani fid-dipartimenti tar-reklutaġġ tagħna jistgħu jikkonsultaw dan id-database meta jkunu qed ifittxu l-kandidati li jkollhom bżonn.

Sabiex tingħaraf bħala kandidat tat-test pre-selettiv, ara li tittajpja sew ir-referenza ta' l-eżami pre-selettiv rispettiv tiegħek (EU25, RELEX, etc.) kif ukoll in-numru tal-kandidatura tiegħek taħt it-titlu "Additional Information".

Jekk jogħġbok tinsiex timla s-sezzjoni "Information to be completed by open competition/selection laureates"

Tixtieq issir aġent temporanju?

L-aġenti temporanji u kuntrattwali jkopru għadd ta' ħidmiet u ħiliet diversi għal perjodi li jvarjaw minn ftit ġimgħat sa, spiss, numru ta' snin.Tista' tissottometti kandidatura spontanja permezz tas-CV onlajn ta' l-UE.

Dan id-database onlajn huwa s-sors preferut tal-maniġers tagħna biex ifittxu l-kandidati li jkollhom bżonn għal opportunitajiet ta' xogħol speċifiċi li ma jkunux jeħtieġu xi proċedura selettiva speċjali.Kulma trid tagħmel huwa li tirreġistra.Xejn iżjed.Jekk xi ħadd fostna jkun interessat fik, iċempillek jew jibgħatlek email.

Kif taġġorna s-CV tiegħek

Mhu diffiċli xejn taċċessa s-CV onlajn ta' l-UE:

Tinsiex toffri l-aċċess għas-CV tiegħek ("make my CV accessible"), jekk tixtieq li s-servizzi tagħna jkunu jistgħu jarawh, u żommu aġġornat (jew neħħieħ jekk m'għadekx interessat li nħaddmuk magħna).

Jekk jogħġbok innota wkoll li r-reġistrazzjoni tiegħek fid-database ma tfissirx li għandna xi obbligu li noffrulek xi impjieg fil-Kummissjoni jew fi kwalunkwe Isitituzzjoni jew entità oħra.

Aktar informazzjoni dwar l-ipproċessar tad-data tiegħek

Dan id-database min jikkonsultah?

Dan id-database tieħu ħsiebu l-Kummissjoni Ewropea.Jingħata aċċess għalih ukoll lil organizzazzjonijiet Ewropej u internazzjonali oħra.Meta organizzazzjonijiet ġodda jissieħbu fid-database, ninfurmawk u inti jkollok il-fakultà tiddeċiedi jekk tridx tħallihom jaraw l-informazzjoni dwarek.

Jekk diġà rreġistrajt ma' l-EPSO jew ma' xi applikazzjoni ta' database oħra tal-Kummissjoni bħall-ELSA (impjiegi fil-qasam tar-riċerka), jekk jogħġbok erġa' rreġistra.Niskużaw irwieħna għax-xogħol żejjed biex tirreġistra aktar minn darba, minħabba kif inhi s-sitwazzjoni bħalissa.Madankollu, ninsabu fil-proċess li ngħaqqsu d-databases differenti f'wieħed.Jekk inti rreġistrat ma' xi database ieħor, is-servizz responsabbli jinfurmak dwar kwalunkwe integrazzjoni jew konnessjoni tad-database tiegħu li għad ikun hemm mas-CV onlajn ta' l-UE.

Xi ngħidu dwar il-privatezza tad-data tiegħek?

Min-naħa tagħna napplikaw l-ogħla standards fir-rigward tal-privatezza b'rispett sħiħ tar-Regolament Ewropew dwar il-protezzjoni tad-data EC 45/2001.Nistednuk taqra l-l-istqarrija speċifika tagħna dwar il-privatezza.

U jekk diġà taħdem ma' Istituzzjoni jew entità Ewropea?

Jekk diġà taħdem ma xi Istituzzjoni jew entità Ewropea oħra, nistednuk tirreġistra, biex b'hekk tippermetti lis-servizzi tar-reklutaġġ minn kwalunkwe entità parteċipanti jaċċessaw l-informazzjoni dwarek.

Dwar is-CV onlajn ta' l-UE in ġenerali

Is-CV onlajn ta' l-UE huwa disponibbli bit-tliet lingwi tal-ħidma interna tal-Kummissjoni Ewropea:l-Ingliż, il-Franċiż u l-Ġermaniż.Madankollu, f'dawk il-partijiet tal-formola elettronika fejn tista' tittajpja liberament, tista' tiktbilna anke b'lingwi uffiċjali ta' l-UE oħrajn, jekk trid.

U mbagħad x'jiġri?

Ladarba tkun irreġistrajt, m'għandek għalfejn tagħmel xejn iżjed.Jekk xi ħadd fostna jkun interessat fil-profil tiegħek, iċempillek jew jibgħatlek email.Hekk kif kull ma jmur is-sistema tikber, ninfurmawk dwar kull servizz ġdid relevanti jew titjib li jkun seħħ.

Jekk ikollok xi kummenti jew tħabbat wiċċek ma kwalunkwe diffikultajiet meta tuża dan id-database, nitolbuk tibgħatilna email f'dan l-indirizz:ec-candidatures-spontanees@ec.europa.eu

Commission civil service