Mogħdija tan-navigazzjoni

L-Aġenti Kuntrattwali

X'inhu aġent kuntrattwali u x'inhuma l-funzjonijiet tiegħu?

Fir-realtà jeżistu żewġ kategoriji ta' aġenti kuntratt
wali. L-ewwel waħda tiġbor fiha l-aġenti rreklutati biex jaħdmu:

  • fid-Direttorati Ġenerali tal-Kummissjoni sabiex iwettqu ħidma manwali jew ta' appoġġ amministrattiv;
  • fl-uffiċċji tal-Kummissjoni marbuta ma' Direttorat Ġenerali, bħaż-żewġ uffiċċji tal-"Infrastruttura u l-Loġistika" fi Brussell u l-Lussemburgu u l-PMO (l-uffiċċju tal-ġestjoni tal-likwidazzjoni tad-drittijiet individwali);
  • fl-aġenziji;
  • fir-rappreżentanzi u d-delegazzjonijiet tal-Kummissjoni.

Dawn l-aġenti kuntrattwali (persunal b'kuntratt tat-tip "3a") jibbenefikaw minn tul tal-impjieg itwal. It-tul massimu tal-kuntratt inizjali huwa effettivament ta' ħames snin, u huwa rinnovabbli għal tul massimu ta' ħames snin oħra. Minbarra dan, dan il-kuntratt jista' jinbidel għal kuntratt b'tul mhux definit.

It-tieni subkategorija hija dik tal-aġenti kuntrattwali li jistgħu jiġu rreklutati fid-Direttorati Ġenerali tal-Kummissjoni biex iwettqu ħidma mhux manwali jew ta' appoġġ amministrattiv (persunal b'kuntratt tat-tip "3b"). Konkretament, dawn huma impjegati:

  • fuq bażi temporanja biex jissostitwixxu l-uffiċjali mhux disponibbli minħabba mard, liv tal-maternità, eċċ.;
  • biex jikkumpensaw għal nuqqas akut ta' ħaddiema f'perjodi fejn il-piż tax-xogħol ikun qawwi ħafna;
  • biex iwettqu ħidmiet fuq bażi provviżorja u jipprovdu appoġġ f'oqsma speċjalizzati fil-każ ta' nuqqas ta' persunal li għandu l-kompetenzi meħtieġa.

L-aġenti rreklutati taħt dan it-tip ta' kuntratt huma ingaġġati għal perjodi qosra: mhux aktar minn sitt snin. Dawn il-kuntratti huma konklużi għal tul ta' mill-anqas tliet xhur.

Kif issir aġent kuntrattwali?

Id-dispożizzjonijiet li jirregolaw ir-reklutaġġ tal-aġenti kuntrattwali fil-Kummissjoni huma stabbiliti b'Deċiżjoni tal-Kummissjoni pdf - 76 KB [76 KB] English (en) français (fr) .

L-ewwel tappa tal-proċess tas-selezzjoni tikkonsisti fil-mili ta' formula tal-kandidatura onlajn b'rispons għal sejħa għal manifestazzjoni ta' interess ippubblikata fuq is-sit tal-EPSO. Dawn il-fajls ta' kandidatura jinżammu f'bażi tad-dejta. Il-kandidati li jkollhom il-kompetenzi, profili u kwalifiki speċifiċi mitluba, jiġu mistiedna biex jagħmlu testijiet maħsuba biex jevalwaw l-aptitudnijiet, il-kompetenzi lingwistiċi, l-għarfien dwar l-integrazzjoni Ewropea u l-kompetenzi professjonali tagħhom. Il-kandidati li jgħaddu minn dawn it-testijiet u jkunu jissodisfaw il-ħtiġijiet speċifiċi tas-servizz li jkun qed jirrekluta jiġu mistiedna għal intervista ma' kumitat tal-għażla.

Sabiex tippreżenta l-kandidatura tiegħek bħala aġent kuntrattwali:

  • tista' tikkonsulta s-sit tal-EPSO sabiex tfittex sejħiet eventwali għal manifestazzjoni ta' interess;
  • Tista' wkoll tibgħat kandidatura spontanja permezz tal-applikazzjoni EU CV online.

Karriera u vantaġġi

Il-Karriera

Il-postijiet ta' aġenti kuntrattwali jikkorrispondu għal firxa wiesgħa ta' dmirijiet, li jitolbu livelli differenti ta' kompetenzi. Il-kandidati jistgħu jkunu impenjati taħt kuntratt li t-tul tiegħu jista' jkun minn wieħed ta' perjodu qasir għal impjieg għall-ħajja. B'konsegwenza ta' dan, din il-kategorija ta' persunal hija maqsuma fi tmintax-il grad, li jinqasmu f'erba' gruppi ta' funzjoni, li jikkorrispondu għat-tipi ta' dmirijiet imwettqa u għal deskrizzjonijiet preċiżi ħafna tal-postijiet.

L-erba' gruppi ta' funzjoni huma definiti kif ġej:

  • IV (gradi 13 sa 18): dmirijiet amministrattivi, ta' konsulenza, lingwistiċi, u dmirijiet tekniċi ekwivalenti;
  • III (gradi 8 sa 12): kompiti eżekuttivi, abbozzar, kontabbiltà u kompiti tekniċi oħra ekwivalenti.
  • II (gradi 4 sa 7): dmirijiet tal-uffiċċju u tas-segretarjat, tal-ġestjoni tal-uffiċċju u dmirijiet oħra ekwivalenti.
  • I (gradi 1 sa 3): dmirijiet manwali u appoġġ amministrattiv.

Il-grad attribwit fil-mument tad-dħul fis-servizz iqis il-kwalifiki u l-esperjenza tar-rekluti l-ġodda. L-aġenti kuntrattwali l-ġodda huma rreklutati fl-ewwel skaluna tal-grad ikkonċernat (kull grad għandu seba' skaluni ta' remunerazzjoni) u javvanzaw b'mod awtomatiku bi skaluna waħda kull sentejn.

Karriera u vantaġġi

Is-salarji jvarjaw minn 1 600 euro bħala minimu għal 5 800 euro bħala massimu. Għat-tabella tas-salarji ara l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra (Artikolu 93).

L-aġenti kuntrattwali jistgħu wkoll jibbenefikaw minn allowances tal-familja u minn kopertura mill-istess sistemi ta' sigurtà soċjali bħall-aġenti temporanji (assigurazzjoni kontra l-qgħad, sistema tal-pensjonijiet u sistema tal-assigurazzjoni kontra l-mard tal-Komunitajiet Ewropej).

Bħala aġent kuntrattwali, ikollok ukoll aċċess għall-programmi ta' taħriġ offruti mill-Istituzzjonijiet Ewropej

 

Commission civil service