Għodod għall-aċċessibilità
Għodod tas-servizz
Selettur tal-lingwa
Mogħdija tan-navigazzjoni
L-EUPAN huwa netwerk informali bejn l-impjegati taċ-ċivil mill-pajjiżi kollha ta' l-UE sabiex jikkooperaw u jiskambjaw l-għarfien fil-qasam ta' l-amministrazzjoni pubblika.
Din il-kooperazzjoni ssir fuq tliet livelli:
Fi ħdan il-Kummissjoni, il-Viċi President Maroš Šefčovič, li huwa responsabbli mill-affarijiet amministrattivi, jiżgura r-rappreżentanza fil-livell politiku, filwaqt li l-parteċipazzjoni fil-livell amministrattiv u dak tekniku jikkoordinaha l-istaff tad-Direttorat Ġenerali tar-Riżorsi Umani u tas-Sigurtà.
B'mod ġenerali, rwol il-Kummissjoni fil-EUPAN huwa li:
Il-laqgħat jittellgħu fuq l-inizjattiva ta' kull Presidenza ta' l-UE.L-aħħar laqgħat Ministerjali plenarji ttellgħu f'Ġunju 2005 fil-Lussemburgu,u f'Ġunju 2007 taħt il-Presidenza Ġermaniża.
L-Istitut Ewropew għall-Amministrazzjon Pubblika (EIPA) huwa wkoll parti min-netwerk.
Il-programm mid-term 2006-2007
Il-Ministri u d-Diretturi Ġenerali laħqu qbil dwar programm ta' ħidma ta' sentejn.Il-programm attwali jenfasizza t-tħassib sabiex jittejbu l-kompetittività, l-innovazzjoni u l-orjentazzjoni tal-prestazzjoni ta' l-amministrazzjoni pubblika sabiex din tikkontribwixxi aktar lejn is-sodisfar tal-miri ta' Liżbona dwar it-tkabbir ekonomiku, il-ħolqien ta' l-impjiegi u l-koeżjoni soċjali.
Il-varjetà tal-kwistjonijiet dibattuti fi ħdan il-gruppi ta' ħidma hija vasta u tinkludi suġġetti bħall-etika u l-integrità, il-proċessi tan-negozju fil-Gvern Elettroniku, il-valur tal-flejjes minfuqa, l-iżvilupp tal-persunal, l-aċċessibilità tal-websajts, u l-Qafas Komuni Evalwattiv (CAF).
Għal aktar tagħrif, żur dan is-sit il-programm u dokumenti oħra uffiċjali
Konferenzi dwar il-Kwalità
Fl-1998, il-Ministri inkarigati mill-Amministrazzjonijiet Pubbliċi ddeċidew li kellha tittella' konferenza dwar il-kwalità tas-settur pubbliku sabiex jiġu ppreżentati każijiet ta' l-aqwa prattika mill-pajjiżi kollha ta' l-UE u mill-Kummissjoni Ewropea.L-ewwel konferenza ttellgħet f'Liżbona fl-2000 u minn dak in-nhar 'il hawn, dawn il-konferenzi, li jiġbdu lejhom madwar 1,200 parteċipant, bdew jittellgħu darba kull sentejn.
L-aħħar konferenza ttellgħet f'Settembru 2006 f'Tampere, il-Finlandja.Għall-Kummissjoni ttresqu dawn il-każijiet ta' l-aqwa prattika li ġejjin:
Aktar tagħrif jinsab f'dan is-sit: www.4qconference.org.
Il-kwistjoni tad-Djalogu Soċjali
It-trejdjunjins, li jirrappreżentaw lill-membri ta' l-istaff li jaħdmu ma' l-amministrazzjoni pubblika fil-livell Ewropew u nazzjonali, dan l-aħħar ukoll bdew jiġu involuti fin-netwerk ta' l-EUPAN.
It-tliet trejdjunjins fil-livell Ewropew huma
EPSU (Il-Federazzjoni Ewropea ta' l-Unjins tas-Servizzi Pubbliċi),
Għalissa, l-EUPAN u d-delegazzjoni mit-tliet trejdjunjins qablu li jiskambjaw l-ideat ta' xulxin dwar xi oqsma speċifiċi fosthom l-opportunitajiet indaqs, il-mobbiltà u d-deċentralizzazzjoni.