Mogħdija tan-navigazzjoni

L-effiċjenza

Nistabbilixxu l-prijoritajiet u nallokaw ir-riżorsi

Sabiex niżguraw irwieħna li nkunu kapaċi nissodisfaw dak li huwa rikjest minna llum u fil-ġejjieni, jeħtiġilna nistabbilixxu prijoritajiet ċari u naċċertaw li r-riżorsi neċessarji jkunu disponibbli.Imma dan kif nagħmluh fil-prattika?
Implimentajna ċiklu ta' ppjanar, ipprogrammar u rapportar strateġiku, li jibda b'dibattitu ta' orjentazzjoni fi ħdan il-"kulleġġ" tal-Kummissarji, li imbagħad jiġi segwit minn deċiżjoni ta' Strateġija Politika Annwali li fiha l-Kummissjoni tiddeċiedi dwar il-prijoritajiet politiċi għal tul ta' sena, x'se jkunu l-inizjattivi u l-orjentazzjonijiet ewlenin għall-proċess ta' allokazzjoni tar-riżorsi u l-ipprogrammar operattiv mis-servizzi.
Il-kunċetti bażiċi huma sempliċi:jiġu stabbiliti l-prijoritajiet, li mbagħad jiġu diskussi mal-Parlament u l-Kunsill u ppjanati fid-Direttorati Ġenerali u jitressaq Programm ta' Ħidma, li jiġi eżekwit u mbagħad jinħareġ rapport dwar ir-riżultati.
B'mod konformi ma' din il-metodoloġija, l-intrigi ta' natura periferali kull ma jmur bdew jiġu esternalizzati lill-aġenziji eżekuttivi u l-uffiċċji amministrattivi, sabiex ikun possibbli għall-istaff tal-Kummissjoni li jikkonċentra fuq il-ħidmiet essenzjali.
Sir af aktar dwar:

Nagħtu laqta professjonali lir-Riżorsi Umani

L-akbar riżorsa tal-Kummissjoni hija l-istaff tagħha.Għaldaqstant biex il-Kummissjoni tkun effiċjenti teħtieġ tmexxija effiċjenti tar-riżorsi umani tagħha.
Nhar l-1 ta' Mejju 2004 daħlu fis-seħħ r-Regolamenti tal-Persunal il-ġodda, li huma t-test leġiżlattiv ewlieni rigward id-drittijiet u l-obbligi tal-membri ta' l-istaff. Dawn ikkompletaw il-modernizzazzjoni estensiva tal-politika dwar ir-riżorsi umani tal-Kummissjoni.Fost l-akbar tibdiliet insibu:

  • struttura ġdida tal-karrieri, li tirrikonoxxi u tipremja lil min jagħti xhieda ta' abbiltà u prestazzjoni;
  • sistema evalwattiva ġdida, li toħloq rabta aktar intima bejn l-evalwazzjoni oġġettiva annwali u l-evoluzjoni tal-karriera;
  • kultura ta' tagħlim kontinwu tul il-ħajja;
  • regoli ġodda dwar il-mobilità, li jħeġġu lill-membri ta' l-istaff jibdlu l-pożizzjonijiet tagħhom kull sentejn sa ħamsa li jgħaddu.Il-maniġers fil-karigi superjuri u tan-nofs kif ukoll l-impjegati f'pożizzjonijiet sensittivi (p.eż. dawk responsabbli mill-għoti tal-kuntratti u flejjes, eċċ.) huma fil-fatt obbligati li jibdlu l-pożizzjonijiet tagħhom kull ħames snin; 

Sir af aktar dwar:

Niddeċentralizzaw l-amministrazzjoni finanzjarja

Is-simplifikazzjoni, id-deċentralizzazzjoni u r-responsabilizzazzjoni tad-dipartimenti kienu l-prinċipji ewlenin f'moħħ il-Kummissjoni meta din iddeċidiet li timmodernizza s-sistema maniġerjali finanzjarja tagħha.
Id-'deċentralizzazzjoni' kellha importanza partikolari peress li bis-sistema l-antika tal-kontrolli finanzjarji li kellna qabel, kull tranżazzjoni finanzjarja kien ikollha tiġi approvata permezz ta' kontroll finanzjarju ċentrali, li spiss kien ikun ferm maqtugħ mis-servizz li jamministra l-attività in kwistjoni.
Allura, m'hemmx aktar 'kontrolli' fuq kif nonfqu flus il-poplu?Dażgur li għad hemm, bħal:

  • dawk li jawtorizzaw l-infiq u l-pagamenti issa saru personalment responsabbli għal dak li jagħmlu;
  • Servizz Finanzjarju Ċentrali joffri pariri u assistenza professjonali ċentrali lil kull min għandu x'jaqsam ma' l-amministrazzjoni finanzjarja u baġitarja;
  • Servizz ta' Verifika Interna separat jipprovdi r-rijassikurazzjoni li l-konroll ta' l-operazzjonijiet fil-livell tal-Kummissjoni jkun qed jiffunzjona kif suppost;
  • nhar l-1 ta' Jannar 2005, bdejn nużaw is-sistema tal-kontabbiltà bbażata fuq id-dovuti (accrual), biex b'hekk ikkonformajna rwieħna ma' l-istandards internazzjonali tal-kontabbiltà għas-settur pubbliku kif żviluppati mill-Federazzjoni Internazzjonali ta' l-Accountants (IFAC).

Nissimplifikaw l-istrumenti u l-proċeduri

Is-simplifikazzjoni tal-proċeduri interni segwiet fil-biċċa l-kbira tagħha l-kontribizzjonijiet u l-involviment tal-membri ta' l-istaff infushom minn fost id-dipartimenti differenti.Bis-saħħa ta' dan, analizzajna għadd ta' proċeduri interni (p.eż. il-proċedura tad-delega, il-konsultazzjonijiet fost is-servizzi, u l-aspetti lingwistiċi tal-proċeduri tat-teħid tad-deċiżjonijiet). Dan il-proċess wassal biex fl-2003 effettwajna bidla fundamentali kbira fil-Manwal tal-Proċeduri Operattivi tal-Kummissjoni.
Dan kollu kien akkumpanjat minn għadd ta' inizjattivi intiżi biex jiġu implimentati soluzzjonijiet minn ta' quddiem nett ibbażati fuq l-internet, fl-oqsma tar-riżorsi umani u l-kontroll finanzjarju.
It-teknoloġiji diġitali jippermetulna naqsmu l-informazzjoni bejnietna b'mod aktar effettiv, biex b'hekk nittrasformaw radikalment il-mod kif nikkomunikaw fost is-servizzi tagħna u ma' l-istituzzjonijiet sħabna, maċ-ċittadini u mal-gruppi ċivili fis-soċjetà.

Fittex aktar tagħrif dwar il-Kummissjoni-e(lettronika).

Commission civil service