Mogħdija tan-navigazzjoni

Il-multilingwiżmu

F'UE ta' 27 pajjjiż, numru li mistenni jkompli jiżdied fil-futur mhux daqstant imbiegħed, huwa ċar li l-multilingwiżmu għandu rwol ewlieni fl-attivitajiet ta' ħajjietna ta' kuljum.Ħalli niflu dan is-suġġett f'aktar dettall:

Bħalissa, l-Unjoni Ewropea għandha 23 lingwa uffiċjali. Għaldaqstant, il-laqgħat li jinvolvu persuni minn pajjiżi differenti, id-dokumenti,il-komunikazzjonijiet u kwalunkwe tip ieħor ta' informazzjoni li toħroġ mill-Kummissjoni spiss jeħtiġilhom jiġu interpretati jew tradotti f'għadd ta' lingwi.Dan huwa essenzjali sabiex iċ-ċittadini Ewropej ikollhom il-possibilità li jaċċessaw l-informazzjoni dwar l-UE b'lingwa li jifhmu.

Biex nagħtuk idea ġenerali, id-Direttorat Ġenerali inkarigat mill-Interpretazzjoni jipprovdi interpreti għal aktar minn 11,000 laqgħa fis-sena!L-interpreti jagħmluha possibbli għal dawk li m'għandhomx lingwa in komuni li jifhmu u jikkomunikaw ma' xulxin.Id-Direttorat Ġenerali inkarigat mit-Traduzzjoni ttraduċa 1,324,231 paġna fl-2005!

Mill-banda l-oħra, il-25,000 uffiċjal ċivili impjegati mal-Kummissjoni Ewropea wkoll jeħtiġilhom li biex jaħdmu flimkien ikunu kapaċi jifhmu lil xulxin.Għal dan il-għan, għandna tliet lingwi li nużaw waqt xogħolna:l-Ingliż, il-Franċiż u l-Ġermaniż.Dan ifisser li l-ħidma fi ħdan il-Kummissjoni tista' titwettaq b'xi waħda minn dawn it-tliet lingwi.Fil-prattika, wieħed spiss jisma' taħlita ta' Ingliż, Franċiż u Ġermaniż matul il-laqgħat interni tagħna, u dak li jkun jesprimi ruħu bil-lingwa li l-aktar iħossu komdu juża.Bħala regola, niċċekkjaw ukoll jekk hemmx xi problemi ta' komprensjoni f'xi waħda jew aktar mil-lingwi in kwistjoni qabel ma tinbeda kwalunkwe diskussjoni.

Commission civil service