Għodod għall-aċċessibilità
Għodod tas-servizz
Selettur tal-lingwa
Mogħdija tan-navigazzjoni
Biex tuża l-potenzjal kollu tagħha, il-Kummissjoni Ewropea għandu jkollha taħlita bilanċjata ta' persunal u ta' talenti. Hu importanti li kulħadd jiġi trattat l-istess f'ambjent ta' rispett. Billi tagħti valur lill-kapaċitajiet tal-membri kollha tal-persunal, tirrikonoxxi l-potenzjal tagħhom, telimina l-ostakli, u tagħti li kull wieħed u waħda minnhom il-possibbiltà li jagħtu l-aħjar li jistgħu, nistgħu nippermettu lill-istituzzjoni tagħna tkun iktar effikaċi, iktar innovattiva u iktar dinamika.
F'Diċembru 2010 l-Kummissjoni adottat strateġija dwar l-opportunitajiet indaqs favur in-nisa u l-irġiel fil-Kummissjoni Ewropea (2010 – 2014).
Din l-istrateġija tal-Kummissjoni hi msejsa fuq 3 pilastri:
Il-ġestjoni tat-talenti tinkludi r-reklutaġġ, il-mobbiltà interna, it-titjib tar-riżultati tal-individwi, l-evalwazzjoni u l-ġestjoni tal-kompetenzi kif ukoll it-taħriġ. Għalhekk tilħaq diversi aspetti tal-politika tar-riżorsi umani. Tattira, tmexxi, tiżviluppa u tikkonsolida t-talenti u l-kompetenzi.
Ir-riżultati tal-organizzazzjoni jiddependu, fost l-oħrajn, minn ġestjoni effikaċi tat-talenti, li tqis il-firxa kollha tar-riżorsi disponibbli: nisa u rġiel, persuni b'diżabbiltà u gruppi oħra.
Il-politika tal-Kummissjoni Ewropea fil-qasam tal-ġlieda kontra l-fastidju għandha tliet elementi differenti iżda komplementari:
It-telexogħol u l-ħin flessibbli implimentati fl-2007 fil-Kummissjoni Ewropea jagħmlu parti mill-kuntest ta' modernizzar tal-istituzzjoni. Dawn l-arranġamenti ta' xogħol flessibbli jippermettu iktar flessibbiltà fl-organizzazzjoni grazzi għall-użu tat-teknoloġiji ġodda tal-informazzjoni. Dawn l-arranġamenti jibbażaw fuq ġestjoni mmirata fuq ir-riżultati u fuq il-ġestjoni tar-riżultati skont l-għanijiet, li mhux bilfors jirrikjedu l-preżenza fiżika tal-persunal fuq il-post tax-xogħol.
Barra dan, l-użu tat-telexogħol u tal-ħin flessibbli jissejsu fuq il-fiduċja, ir-rispett u d-djalogu.