Mogħdija tan-navigazzjoni

Il-Kummissjoni-e(lettronika)

It-Teknoloġiji ta' l-Informatika u l-Komunikazzjoni jinsabu fil-qalba ta' kull amministrazzjoni moderna.F'dan il-qasam, il-Kummissjoni minn dejjem kienet attiva ferm sabiex tipprova mill-bidunett tħeġġeġ it-trasformazzjoni ta' l-amministrazzjonijiet pubbliċi f'amministrazzjonijiet-e(lettroniċi).

Ma jistax jonqos, li nippruvaw ukoll inwettqu dak li nippriedkaw!L-inizjattiva tal-Kummissjoni-e taf il-bidu tagħha fil-White Paper tar-Riforma.Din titħaddet dwar kif il-Kummissjoni tista' tipprovdi servizzi aħjar, aktar trasparenti, sikuri u ta' valur għal prezzhom lill-istaff, l-amministrazzjonijiet sħabna, in-negozji u ċ-ċittadini.

Il-Kummissjoni adottat qafas strateġiku, "Il-Kummissjoni-e 2006-2010" pdf - 85 KB [85 KB] , bil-għan li ssir amministrazzjoni elettronika mill-aqwa ħalli ttejjeb l-effiċjenza u t-trasparenza tagħha permezz ta' l-aħjar użu tat-Teknoloġiji ta' l-Informatika u l-Komunikazzjoni (ICT).

Fittex aktar tagħrif dwar il-proġetti tal-Kummissjoni-e English (en) .

Commission civil service