Mogħdija tan-navigazzjoni

Kont taf li...

...l-UE raħħset ferm il-prezzijiet tat-telefonati u tal-vjaġġi bl-ajru fl-UE, peress li s-suq waħdani u l-munita komuni min-natura tagħhom iraħħsu l-prezzijiet u jkabbru l-għażla?L-UE hija "suq waħdieni"  fejn bis-saħħa tal-kompetizzjoni jorħsu l-prezzijiet u titjieb il-kwalità.L-UE ħolqot l-euro li jintuża fi 13-il pajjiż, u dalwaqt ukoll f'Malta u Ċipru (mill-1 ta' Jannar 2008).L-euro jipprovdi stabbiltà għan-negozju u permezz tiegħu l-prezzijiet jistgħu jitqabblu aħjar.

Commission civil service

Inwieġbu l-mistoqsijiet taċ-ċittadini

Għall-Kummissjoni huwa ferm importanti li nwieġbu l-mistoqsijiet taċ-ċittadini.Iċ-ċittadini jistgħu jċemplu bla ħlas minn kullimkien fl-Unjoni Ewropea jew jibgħatu email lit-tim tagħna ta' EUROPE DIRECT.Sandra tifforma parti minn dan it-tim.

Sandra twieldet f'Siersdorf, raħal qrib Aachen, il-Ġermanja, fl-1966.Hija tifforma parti mit-tim tal-EUROPE DIRECT fi ħdan id-DĠ responsabbli mill-Komunikazzjoni, li kull sena jwieġeb aktar minn 100,000 telefonata, email u domandi bl-internet miċ-ċittadini Ewropej.

Sandra

Wara li kkwalifikat bħala assistenta Direttorjali multi-lingwa, l-intenzjoni oriġinali ta' Sandra kienet li taħdem fi Brussell għal sena u mbagħad taqsam l-Atlantiku u tmur l-Istati Uniti.Id-destin, però, talab mod ieħor!Hija ngħaqdet mal-Kummissjoni fl-1988 bħala segretarja fi ħdan għadd ta' DĠs differenti, imbagħad irritornat Aachen sabiex tkompli tistudja l-ekonomija u ssieħbet mill-ġdid mal-Kummissjoni bħala Assistent Uffiċjal Politiku fid-DĠ responsabbli mill-Edukazzjoni u l-Kultura, fejn xogħolha kien jinvolvi l-implimentazzjoni tal-programm ta' taħriġ Leonardo da Vinci.Wara li qattgħet 4 snin oħra Brussell, reġgħet irħietha lejn il-Ġermanja għal impjieg fir-Rappreżentanza tal-Kummissjoni f'Bonn, u mbagħad f'Berlin, meta din ta' l-aħħar saret il-kapitali Ġermaniża u r-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea ttrasferiet ruħha hemmhekk.Din kienet l-ewwel esperjenza ta' xogħol li Sandra kellha f'art twelidha u kellha tgħaddi minn kemxejn ta' xokk kulturali.

"Parti minn xogħli kien li norganizza l-progammi għaż-żjajjar tal-Kummissarji.Dan kien jinvolvi kuntatti ma' l-impjegati taċ-ċivil fi ħdan il-Ministeri Ġermaniżi.Kultant għaġġibni l-istil formali u ġerarkiku kif jaħdmu xi Ministeri meta wieħed iqabblu ma' l-atmosfera aktar rilassata li kont drajt biha fil-Kummissjoni."

Sandra rritornat Brussell fl-2007 sabiex ingħaqdet mat-tim tal-EUROPE DIRECT, li jipprovdi informazzjoni u tweġibiet għal domandi dwar l-Unjoni Ewropea bit-23 lingwa uffiċjali kollha.Bħala ċittadin ta' l-UE, inti tista' ċċempel bla ħlas minn fejn trid fl-UE (00800 6 7 8 9 10 11), jew inkella tista' tibgħat email jew "tiċċettja" onlajn ma' membru tat-tim tal-EUROPE DIRECT.Il-maġġorparti ta' dawn id-domandi jitwieġbu miċ-ċentru tal-kuntatt tal-EUROPE DIRECT, imma meta jinzertaw jidħlu domandi aktar sensittivi politikament jew inkella kumplessi, dawn jingħaddu lil Sandra u l-kollegi tagħha fi ħdan id-DĠ inkarigat mill-Komunikazzjoni.

"Spiss nirrispondu għal domandi iebsin li jirrikjedu li nġibu d-dettalji minn bosta dipartimenti differenti fi ħdan il-Kummissjoni.Inħoss sodisfazzjoni meta jirnexxielna ngħaqdu tweġiba xierqa.Tgħidx kemm tgħallimt!Ħaġa oħra li timlieni ferm bis-sodisfazzjon hija l-fatt li ninteraġixxi mal-pubbliku ġenerali."

Sandra hija wkoll kuntenta li dan ir-rwol jippermetilha taħdem part-time ħalli b'hekk tkun tista' tqatta' aktar ħin ma' uliedha li għandhom tliet u ħames snin rispettivament."Meta attendejt l-intervju, għidt lill-kollegi tiegħi li kelli t-tfal żgħar.Fis irrispondewni, "tibżax, m'għandekx issib diffikultà tgħaqqad il-ħajja professjonali ma' dik familjari!""

Commission civil service