Mogħdija tan-navigazzjoni

Min aħna

L-espressjoni "Kummissjoni Ewropea" tirreferi qabelxejn għas-28 Kummissarju maħtura mill-Istati Membri ta' l-UE u approvati mill-Parlament Ewropew."Kummissjoni Ewropea" tirreferi ukoll, però, għall-istituzzjoni nfisha b'madwar 33039 persuna li timpjega magħha.

Wisq impjegati?Mhux daqstant, meta tqis li aħna responsabbli minn għadd estensiv ta' attivitajiet u oqsma politiċi u li fil-fatt ma nimpjegawx aktar nies minn awtorità lokali tipika ta' belt Ewropea ta' daqs medju!

Mhux faċli niddeskrivu fuq fuq l-uffiċjal tipiku tal-Kummissjoni, peress li lkoll kemm aħna ġejjin minn kuntesti kulturali, lingwistiċi, soċjali u etniċi ferm differenti minn xulxin.Id-diversità li ssaltan fostna hija mera tad-diversità ta' l-Unjoni Ewropea nfisha, biex b'hekk nistgħu ngħidu li l-Kummissjoni hija speċi ta' riċetta li l-ingredjenti tagħha huma l-lingwi u l-kulturi differenti Ewropej.

Biex nagħtuk imqar idea ta' min aħna u x'nagħmlu, staqsejna lil xi wħud minn sħabna biex jirrakkontawlek dwar f'xiex jikkonsisti xogħolhom.Ikklikkja r-ritratti wieħed wieħed biex taċċessa dan.

  • Lista ta' Konsulenti Speċjali tal-President u l-Membri tal-Kummissjoni Ewropea English (en)

  • Curricula vitae tad-Diretturi Ġenerali, id-Deputati Diretturi Ġenerali u uffiċjali oħra tal-Kummissjoni English (en)

 

Matthias LangemeyerJeremy LesterAnne RopersGiorgio ClarottiValerie O’BrienDorota Lewczuk-BiancoMarta Sanz Fernández
            
          
            
          Deutsch (de) English (en) français (fr)

 

Commission civil service