Għodod għall-aċċessibilità
Għodod tas-servizz
Selettur tal-lingwa
Mogħdija tan-navigazzjoni
Minkejja li l-impjegati taċ-ċivil Ewropej kien ilhom ibbażati fi Brussell għal għexieren ta' snin, kien biss fl-1997 (it-Trattat ta' Amsterdam) li ġie ddikjarat uffiċjalment li l-kwartieri ġenerali tal-Kummissjoni għandhom ikunu fi Brussell.
Dan fil-qosor ifisser li l-biċċa l-kbira ta' l-impjegati tal-Kummissjoni jaħdmu fi Brussell, anke jekk ta' min insemmu li ma' l-2,000 fosthom jinsabu l-Lussemburgu u f'postijiet oħra madwar l-Ewropa. Hemm ukoll ir-rappreżentanzi tal-Kummissjoni b'uffiċċji fit-27 pajjiż li jiffurmaw l-Unjoni Ewropea.Imbagħad insibu wkoll 'il fuq minn 120 delegazzjoni madwar id-dinja – mill-Peru sal-Papua New Guinea, li jittrattaw suġġetti konnessi mal-kummerċ, l-iżvilupp u l-għajnuna umanitarja.
Skopri l-bini li jospita l-Kummissjoni Ewropea:
- 'il fuq minn 120 delegazzjoni madwar id-dinja u fl-organizzazzjonijiet internazzjonali (l-OECD, l-OSCE, in-NU, id-WTO).