Mogħdija tan-navigazzjoni

X'inhu xogħlna?

Il-Kummissjoni Ewropea hija l-fergħa esekuttiva ta' l-Unjoni Ewropea (UE).
Rwolha huwa bejn wieħed u ieħor simili għal dak tal-gvern u l-ministeri fi kwalunkwe pajjiż, anke jekk ma nistgħux inqablu l-mod kif topera l-UE direttament mal-mod kif jaħdem Stat jew kwalunkwe entità amministrattiva oħra.

Il-Kummissjoni għandha erba' funzjonijiet distinti li lkoll huma importanti:

  1. tabbozza l-liġijiet u r-regolamenti ġodda, li mbagħad jittressqu quddiem il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għad-dibattitu u sabiex tittieħed deċiżjoni dwarhom;
  2. tieħu ħsieb l-amministrazzjoni ta' kuljum tal-politiki u l-attivitajiet ta' l-UE (mill-biedja u s-sikurezza ta' l-ikel sal-ħarsien tal-konsumaturi min-negozji qarrieqa)
  3. tiżgura li l-liġijiet adottati mill-Kunsill u l-Parlament jiġu applikati sew u b'mod ġust u ekwu fil-pajjiżi kollha ta' l-UE (id f'id mal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja)
  4. tirrappreżenta l-Unjoni Ewropea fuq livell internazzjonali, per eżempju permezz tan-negozjar ta’ ftehimiet bejn l-UE u pajjiżi oħra

Fi ftit kliem, b'mod jew ieħor, aħna involuti f'kulma tagħmel l-UE.Meta nħolqot l-UE (jew kif kienet magħrufa dak iż-żmien, il-Komunità Ekonomika Ewropea) fil-ħamsinijiet, il-pajjiżi fi ħdanha ffokaw il-kollaborazzjoni tagħhom l-aktar fuq kwistjonijiet li jolqtu l-kummerċ u l-ekonomija.
Imma llum, l-UE tittratta wkoll bosta suġġetti oħra li jolqtu direttament il-ħajja ta' kuljum ta' kull wieħed u waħda minna, bħad-drittijiet taċ-ċittadin, il-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja, il-ħolqien ta' l-impjiegi, l-iżvilupp reġjonali, il-ħarsien ta' l-ambjent u t-tiswir ta' tip ta' globalizzazzjoni li minnha jgawdi kulħadd.

Commission civil service