Mogħdija tan-navigazzjoni

Kif naħdmu

L-istaff tas-servizz ċivili tal-Kummisjoni jaħdem fi ħdan dipartimenti funzjonali, li jissejħu Direttorati Ġenerali (DĠs).Kull DĠ huwa responsabbli minn xi qasam politiku speċifiku:l-agrikoltura, il-kompetizzjoni, l-ekonomija u l-affarijiet finanzjarji, u l-kumplament.
Kull DĠ jaqa' taħt ir-responsabbiltà ta' wieħed mill-Kummissarji, li jkun assistit mill-uffiċċju privat tiegħu/tagħha jew kif jissejjaħ ukoll il-‘cabinet’.

Il-proposti għal-liġijiet il-ġodda ta' l-UE jitfasslu mill-persunal tas-servizz ċivili tal-Kummissjoni bil-kollaborazzjoni tal-Kummissarju rispettiv tagħhom u l-kabinett tiegħu/tagħha.Il-'kulleġġ' tal-Kummissarji jiltaqa' darba fil-ġimgħa.Normalment dawn il-laqgħat jittellgħu fi Brussell kull nhar ta' Erbgħa.Kull suġġett fuq l-aġenda jiġi ppreżentat mill-Kummissarju responsabbli minn dak il-qasam ta’ politika, u wara dan, il-kulleġġ jieħu deċiżjoni kollettiva dwaru.

Ejjew issa nagħtu ħarsa aktar dettaljata ta' ħidmet il-Kummissjoni:

Huwa mistenni minna li f'kull waqt ta' ħidmietna naġixxu b'mod oġġettiv, imparzjali, fl-interess Komunitarju u għall-ġid komuni.Fil-prattika, hemm jorbtuna kodiċi ta' mġiba, regoli u prinċipji speċifiċi dwar l-attivitajiet tagħna u r-relazzjonijiet li jkollna mal-pubbliku, l-istampa u l-mezzi tax-xandir, is-soċjetà ċivili, eċċ. Bla ma niġbduha fit-tul wisq, l-attivitajiet tagħna huma ggwidati permezz ta' dawn il-prinċipji li ġejjin:

 

Commission civil service