Navigation path


Aħbarijiet

  1. 29/04/2013 - Issa tista' ssib sett ta' linji gwida u rakkomandazzjonijiet għall-implimentazzjoni prattika tal-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej, intiżi għall-użu tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u l-organizzaturi. Dawn ikopru stadji varji tal-proċedura tal-Inizjattiva, mir-reġistrazzjoni mal-Kummissjoni sal-verifikazzjoni tad-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ.
  2. 31/10/2012 - Bħala rispons għall-kwistjonijiet iffaċċjati mill-organizzaturi matul il-fażi ta’ bidu, il-Kummissjoni ddeċidiet li hi kienet eċċezzjonalment se taċċetta d-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ li jinġabru sal-01/11/2013 għall-inizjattivi reġistrati bħalissa.
  3. 31/10/2012 - L-Ewwel inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej li għaddejja fuq is-servers tal-Kummissjoni, "Fraternité 2020", tista’ attwalment tibda tiġbor id-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ onlajn, wara ċ-ċertifikazzjoni tas-sistema tagħhom mill-awtorità nazzjonali kompetenti tal-Lussemburgu - Stqarrija għall-istampa.
  4. 04/09/2012 - L-ewwel inizjattiva – right2water – bdiet bil-ġbir ta’ dikjarazzjoni ta’ appoġġ onlajn. Is-sistema onlajn tagħha twaqqfet b’suċċess ma’ provveditur privat tal-websajts tal-internet u ġiet iċċertifikata mill-awtorità nazzjonali kompetenti. Stqarrija għall-istampa
  5. 17/08/2012 - Għajnuna eċċezzjonali mill-Kummissjoni fil-fażi tal-bidu. Biex tgħin jibdew l-ewwel inizjattivi tat-ċittadini Ewropej, il-Kummissjoni offriet, bħala miżura eċċezzjonali, is-servers tagħha lill-organizzaturi li qed isibuha iebsa jsibu provveditur tal-websajts tal-internet lest li jagħtihom spazju, u qed tgħinhom b’mod sħiħ biex jippreparaw għaċ-ċertifikazzjoni tas-sistema ta’ ġbir onlajn tagħhom mill-awtorità nazzjonali kompetenti. Ara ESPRESSO tat-18 ta’ Lulju u illinkja ma’ joinup.eu.
  6. 11/05/2012 - L-ewwel Inizjattivi Ewropej taċ-Ċittadini ġew irreġistrati; il-ġbir tal-firem li jappoġġawhom issa jista' jibda. Sib hawn x'qed jipproponu dawn l-inizjattivi.
  7. 08/05/2012 - Stqarrija għall-istampa
  8. 31/03/2012 - Messaġġ mingħand Maroš Šefčovič, Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea
  9. 30/03/2012 - L-għadd minimu ta' firmatarji għal kull Stat Membru ġie emendat biex titqies il-bidla fil-bażi għal kalkolu (l-għadd ta' Membri tal-Parlament Ewropew għal kull Stat Membru). Ikklikkja l-membri ġodda.
  10. 30/03/2012 - Il-Corrigenda tar-Regolament dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini dalwaqt se tkun ippubblikata b'19-il lingwa, b'mod partikulari f'dak li għandu x'jaqsam mad-dikjarazzjoni tal-formoli ta' appoġġ. Din se tkun ukoll inkorporata fis-softwer tal-Kummissjoni li verżjoni ġdida tiegħu se tinħareġ din il-ġimgħa. Organizzaturi potenzjali għandhom jiżguraw li jużaw din il-verżjoni appdejtjata fis-sistema tagħhom.

L-inizjattiva Ewropea taċ-ċittadini tippermetti miljun ċittadin tal-UE biex jipparteċipaw direttament fl-iżvilupp tal-politiki tal-UE, billi jsejħu lill-Kummissjoni Ewropea tipproponi liġi.

Dan is-sit web jipprovdi informazzjoni dwar l-inizjattivi taċ-ċittadini kollha, u jispjega r-regoli u jippermettilek tniedi l-inizjattiva tiegħek.


Dwar l-Inizjattiva taċ-ċittadini
Sib inizjattiva
Niedi inizjattiva