Navigation path

Paġna Ewlenija Kuntatt Mappa tas-sit

Dwar l-Inizjattiva taċ-ċittadini

Sib inizjattiva

Niedi inizjattiva

  • RSS
Is-softwer għas-sistemi ta' ġbir onlajn żviluppat mill-Kummissjoni

Sabiex tgħin l-organizzaturi jibnu s-sistema ta' ġbir onljan tagħhom, il-Kummissjoni żviluppat softwer b'sors miftuħ.

Dan is-softwer jipprovdi l-funzjonalitajiet bażiċi kollha biex jinġabru d-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ onlajn permezz ta' formoli konformi mar-Regolament dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini, iżomm b'mod sigur id-dejta tal-firmatarji u jibgħat id-dejta lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti. Hu konformi mal-Linji Gwida għall-Aċċessibilità tal-Kontenut tal-Web 2.0 u ma jippermettix li jkun hemm sottomissjoni ta' dikjarazzjonijiet ta' appoġġ doppji.

Is-softwer jista' faċilment jiġi konfigurat għal kwalunkwe inizjattiva taċ-ċittadini peress li jippermetti lill-organizzaturi jtellgħu kwalunkwe informazzjoni rilevanti dwar l-inizjattiva tagħhom mill-kont tal-organizzatur f'dan is-sit.

Is-softwer hu disponibbli bla ħlas.

Fiex jikkonsisti?

Is-softwer jikkonsisti f'interface pubbliku u f'interface amministrattiv:

Il-mowd offlajn jippermetti l-organizzaturi jħejju u jittestjaw is-sistema qabel ma tibda l-kampanja ta' ġbir onlajn. L-organizzaturi jistgħu jittestjaw is-softwer f'dan il-mowd qabel ma jitolbu r-reġistrazzjoni tal-inizjattiva proposta tagħhom mal-Kummissjoni. Din il-mowd tippermetti wkoll lill-organizzaturi biex iħejju s-sistema tagħhom għas-sottomissjoni tat-talba ta' ċertifikazzjoni lill-awtorità nazzjonali kompetenti. Biex jiswiċċjaw għall-mowd onlajn u jibdew il-ġbir onlajn, l-organizzaturi għandhom japplowdjaw iċ-ċertifikat tas-sistema tagħhom u jridu jkunu rċevew il-konferma tar-reġistrazzjoni tal-inizjattiva proposta tagħhom.

Għal aktar informazzjoni ddettaljata, ara s-softwer Manwal tal-utent.

Għaliex għandek tuża dan is-softwer?

L-organizzaturi li jixtiequ jiġbru d-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ onlajn għandhom jibnu sistema ta' ġbir onlajn li tikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti mir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1179/2011.

Il-konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi hi verifikata mill-awtorità(jiet) nazzjonali kompetenti li l-organizzaturi jitolbuha(hom) iċ-ċertifikazzjoni tas-sistema tagħhom qabel ma jibdew jiġbru d-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ onlajn.

Bħala bażi biex jibnu s-sistema tagħhom, l-organizzaturi huma ħielsa li jużaw is-softwer żviluppat mill-Kummissjoni jew softwer ieħor magħżul minnhom.

Is-softwer tal-Kummissjoni hu diġà konformi mar-rekwiżiti rilevanti tas-sigurtà u t-teknika, jiġifieri l-punti 1, 2.3 to 2.7.2, 2.7.3 (a), (b), (d), (f), (h), 2.7.4, 2.7.5, 2.7.7 (b), (c), 2.7.8, 2.7.10, 2.12, 2.14, 3.1, 3.2, u parzjalment il-punti 2.7.3 (c), (e), 2.7.7 (a), (d), 2.8 to 2.11, 2.13, 3.3 tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 1179/2011. Għalhekk, l-organizzaturi li jixtiequ dan is-softwer jeħtiġilhom biss li jiżguraw li elementi oħrajn tas-sistema tagħhom (p.e. l-ambjent supplixxenti jew il-proċess tan-negozju) li jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti (Il-punti 2.1, 2.2, 2.7.3(g), 2.7.6, 2.7.9, 2.15 to 2.20.2, 3.4, u l-punti parzjali 2.7.3 (c), (e), 2.7.7 (a), (d), 2.8 to 2.11, 2.13, 3.3 tal-Anness għar-Regolament (UE) Nru 1179/2011).
B'hekk din iċ-ċertifikazzjoni hi magħmula faċli.

Għal aktar informazzjoni, ara l-FAQ.

Fejn jista' jiġi ddawnlowdjat is-softwer żviluppat mill-Kummissjoni?

Il-pakkett tas-softwer jista' jiġi ddawnlowdjat minn JoinUp.

Għandkom issibu wkoll, fit-taqsima "Librerija elettronika" d-dokumentazzjoni kollha rilevanti; din tinkludi l-Manwal tal-utent u l-Gwida tal-istallazzjoni.

Biex tittestjaw is-softwer, mingħajr ma jkun jeħtiġilkom tistallawh, użaw il-Magna virtwali u segwu l-istruzzjonijiet ipprovduti.