Navigation path

Paġna Ewlenija Kuntatt Mappa tas-sit

Dwar l-Inizjattiva taċ-ċittadini

Sib inizjattiva

Niedi inizjattiva

  • RSS
Ipprepara s-sistema tal-ġbir tiegħek onlajn

Sabiex tiġbor id-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ onlajn, l-organizzaturi għandhom jibnu sistema ta' ġbir onlajn li tkun aċċessibbli mill-websajt tagħhom u tkun konformi mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stabbiliti fir-Regolament ta' Implimentazzjoni Nru 1179/2011. Imbagħad l-Organizzaturi għandhom jakkwistaw iċ-ċertifikazzjoni tas-sistema tagħhom mill-awtorità kompetenti fl-istat membru li fih se tinżamm id-dejta.

Għalhekk hemm tliet fażijiet sabiex il-ġbir ikun jista' jsir onlajn:

L-għażla tas-softwer

Biex jibnu s-sistema tal-ġbir onlajn tagħhom, l-organizzaturi jistgħu jagħżlu li jużaw is-softwer ipprovdut mill-Kummissjoni, li diġà jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti, jew li jiżviluppaw is-softwer tagħhom billi jiżguraw li jintlaħqu dawn ir-rekwiżiti.

Is-softwer b'sors miftuħ li l-Kummissjoni żviluppat jinsab disponibbli bla ħlas u jipprovdi l-funzjonalitajiet kollha meħtieġa biex jinġabru d-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ onlajn, tinżamm b'mod sigur id-dejta tal-firmatarji u tintbagħat id-dejta għall-verifika mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.

Is-sejba ta' provveditur tas-servizz

L-organizzaturi għandhom isibu provveditur tas-servizz li jissupplixxi s-sistema tal-ġbir onlajn tagħhom, billi jqis li d-dejta miġbura għandha tinżamm fit-territorju ta' stat membru tal-UE. L-organizzaturi għandhom jiżguraw li l-provveditur supplixxenti – u b'mod partikulari s-servers użati biex jissupplixxu s-sistema tal-ġbir onlajn – jikkonferma mar-rekwiżiti rilevanti tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi.

Għadd ta' inizjattivi ffaċċjaw ċerti diffikultajiet huma u jidentifikaw provvedituri supplixxenti fis-suq. Il-Kummissjoni qed taħdem dwar miżuri biex tipprovdi soluzzjoni fit-tul għal dawn id-diffikultajiet li wieħed jiltaqa' magħhom fil-fażi ta' bidu tal-inizjattiva tat-ċittadini Ewropej. Sakemm dawn jinsabu fil-post u qed jiffunzjonaw, u sabiex jiġi żgurat li l-organizzaturi tal-ewwel inizjattivi taċ-ċittadini Ewropej ma jiltaqgħux ma' ostakoli insuperabbli, il-Kummissjoni qed toffri li tissupplixxi sistemi ta' ġbir onlajn fuq is-servers tagħha.

Għal aktar informazzjoni dwar is-servizz offrut b'mod eċċezzjonali mill-Kummissjoni, ara Sistemi ta' ġbir onlajn li l-Kummissjoni tissupplixxi.

Iċ-ċertifikazzjoni tas-sistema ta' ġbir onlajn

Meta s-sistema ta' ġbir onlajn tiġi stabbilita, l-organizzaturi għandhom jitolbu ċ-ċertifikazzjoni tas-sistema mill-awtorità kompetenti tal-istat membru fejn il-provveditur supplixxenti jżomm id-dejta miġbura.