Għodod tal-aċċessibilità
Service tools
Language selector
Navigation path
Id-dritt tal-inizjattiva taċ-ċittadini hu mniżżel fl-Artikolu 11(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.
Il-proċeduri u l-kundizzjonijiet għall-inizjattiva taċ-ċittadini huma mniżżlin f'Regolament adottat mill-Parlament Ewropea u l-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 (ir-"Regolament dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini"):
Ir-Regolament (UE) Nru 211/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 dwar l-inizjattiva taċ-ċittadiniIl-kumitat tal-inizjattiva taċ-ċittadini hu stabbilit bl-Artikolu 20 tar-Regolament dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini biex jassisti lill-Kummissjoni fl-implimentazzjoni tar-Regolament dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għas-sistemi ta' ġbir onlajn.
Għal informazzjoni dwar il-laqgħat tal-kumitat u l-abbozz tal-miżuri diskussi mill-kumitat, idħol fir-Reġistru tal-Komitoloġija tal-Kummissjoni:
http://ec.europa.eu/transparency/regcomitology/index.cfm
Dan il-grupp ta' esperti, li hu ffurmat mill-awtoritajiet tal-istati membri, twaqqaf mill-Kummissjoni biex jiskambja l-opinjonijiet u jiffaċilita l-koordinazzjoni fost l-istati membri dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini.
| Id-data tal-laqgħa | L-aġenda | Id-dokumenti tal-laqgħa | Taqsira tal-proċeduri |
|---|---|---|---|
| 17/01/2012 | ECI expert group meeting 17-01-12 - draft agenda | Summary report meeting January 2012 | |
| 12/03/2012 | ECI expert group meeting 12-03-12 - draft agenda | Summary report meeting March 2012 | |
| 02/10/2012 | ECI expert group meeting 02-10-12 - draft agenda | Summary report meeting October 2012 | |
| 04/03/2013 | ECI expert group meeting 04-03-13 - draft agenda | Guidelines and recommendations | Summary report meeting March 2013 |